30.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 398/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ottubru 2015 – Technion u Technion Research & Development Foundation vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-216/12) (1)

((“Għajnuna finanzjarja - Sitt programm-kwadru ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni - Irkupru ta’ somom imħallsa mill-Kummissjoni fil-kuntest ta’ kuntratt ta’ riċerka b’applikazzjoni tal-konklużjonijiet ta’ awditu finanzjarju - Tpaċija ta’ krediti - Klassifikazzjoni mill-ġdid parzjali tar-rikors - Talba intiża li tiġi kkonstatata l-ineżistenza ta’ kreditu kuntrattwali - Klawżola ta’ arbitraġġ - Spejjeż eliġibbli - Arrikkiment indebitu - Obbligu ta’ motivazzjoni”))

(2015/C 398/37)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Technion – Israel Institute of Technology (Haïfa, Iżrael) u Technion Research & Development Foundation Ltd (Haïfa) (rappreżentant: D. Grisay, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Calciu u F. Moro, aġenti, assistiti inizjalment minn L. Defalque u S. Woog, sussegwentement minn L. Defalque u J. Thiry, avukati)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament, fuq il-bażi tal-Artikolu 263 TFUE, tad-deċiżjoni ta’ tpaċija tal-Kummissjoni li tinsab fl-ittra tat-13 ta’ Marzu 2012 indirizzata lil Technion – Israel Institute of Technology bil-għan li tiġi rkuprata s-somma ta’ EUR 97  118,69, li tirrappreżenta l-ammont ta’ somom aġġustati, bl-interessi, għall-kuntratt Nru 034984 (Mosaica), wara l-konklużjonijiet ta’ awditu finanzjarju relatat, b’mod partikolari, ma dan il-kuntratt konkluż bħala parti mis-sitt programm-kwadru tal-Komunità Ewropea għal attivitajiet ta’ riċerka, żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni li jikkontribwixxu għall-ħolqien taż-Żona Ewropea ta’ Riċerka u Innovazzjoni (2002-2006), u, min-naħa l-oħra, talba intiża li tiġi kkonstatata, fuq il-bażi tal-Artikolu 272 TFUE, l-ineżistenza ta’ kreditu li l-Kummissjoni tallega li għandha fir-rigward ta’ Technion, taħt il-kuntratt Mosaica, u li kien is-suġġett tat-tpaċija kkontestata.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Technion – Israel Institute of Technology u Technion Research & Development Foundation Ltd huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 243, 11.8.2012.