4.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 253/67


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-25 ta’ Ġunju 2014 – Sumberaz Sotte-Wedemeijer vs Europol

(Kawża F-119/12) (1)

((Servizz pubbliku - Persunal tal-Europol - Konvenzjoni Europol - Regolamenti tal-persunal tal-Europol - Deċiżjoni 2009/371/ĠAI - Applikazzjoni tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg għall-membri tal-persunal tal-Europol - Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju għal żmien determinat - Rifjut li jingħata kuntratt ta’ aġent temporanju għal żmien indeterminat))

2014/C 253/94

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Stephanie Sumberaz Sotte-Wedemeijer (Voorburg, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: J.-J. Ghosez, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (rappreżentanti: inizjalment D. Neumann u D. El Khoury, aġenti, sussegwentement J. Arnould, D. Neumann u D. El Khoury, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Europol li ma jiġġeddidx il-kuntratt tar-rikorrenti għal żmien indeterminat u talba għall-kundanna tal-Europol għall-ħlas tad-differenza bejn ir-remunerazzjoni li hija setgħet tkompli tirċievi mill-Europol u kull allowance oħra li hija effettivament irċeviet

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

S. Sumberaz Sotte-Wedemeijer għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija.


(1)  ĠU C 379, 08.12.2012, p. 36.