8.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/34


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ Diċembru 2013 — Balionyte-Merle vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-113/12) (1)

(Servizz pubbliku - Kompetizzjoni ġenerali - Avviż ta’ kompetizzjoni EPSO/AD/204/10 - Nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista ta’ riżerva - Evalwazzjoni tal-kompetenzi ġenerali tal-kandidati - Evalwazzjoni bbażata fuq il-prestazzjoni tal-kandidati waqt l-eżami fiċ-ċentru ta’ evalwazzjoni - Koerenza bejn il-punteġġ numeriku u l-kummenti li jidhru fil-passaport tal-ħiliet)

(2014/C 71/65)

Lingwa tal-kawża:l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Vilija Balionyte-Merle (Auderghem, il-Belġju) (rappreżentanti: L. Levi u A. Tymen, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Eggers u G. Gattinara, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla li r-rikorrenti ma tkunx inkluża fil-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni EPSO/AD/204/10 u għall-annullament tad-deċiżjoni li biha ġie miċħud l-ilment.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

V. Balionyte-Merle għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 26, 26.1.2013, p. 710.