26.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Handelsgericht Wien (l-Awstrija) fit-22 ta’ Ottubru 2012 — Krejci Lager & Umschlagbetriebs GmbH vs Olbrich Transport und Logistik GmbH

(Kawża C-469/12)

2013/C 26/35

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Handelsgericht Wien

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Krejci Lager & Umschlagbetriebs GmbH

Konvenuta: Olbrich Transport und Logistik GmbH

Domanda preliminari

Kuntratt dwar ħżin ta’ merkanzija jikkostitwixxi “provista ta’ servizzi” fis-sens tal-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 (1), tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali?


(1)  ĠU Edizzjoni speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42.