31.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal administratif (il-Lussemburgu) fis-16 ta’ Jannar 2012 — Elodie Giersch, Benjamin Marco Stemper, Julien Taminiaux, Xavier Renaud Hodin, Joëlle Hodin vs l-Istat tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu

(Kawża C-20/12)

2012/C 98/20

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal administratif

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Elodie Giersch, Benjamin Marco Stemper, Julien Taminiaux, Xavier Renaud Hodin, Joëlle Hodin

Konvenut: L-Istat tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu

Domandi preliminari

Fid-dawl tal-prinċipju Komunitarju ta’ trattament ugwali mħabbar fl-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1612/68 (1), il-kunsiderazzjonijiet ta’ politika tal-edukazzjoni u ta’ politika baġitarja li saru mill-Istat Lussemburgiż, jiġifieri li tipprova tiġi nkoraġġuta żieda fil-proporzjon ta’ persuni li għandhom diploma ta’ edukazzjoni ogħla, li attwalment hija insuffiċjenti meta mqabbel ma’ dik internazzjonali għal dak li jirrigwarda l-popolazzjoni residenti fil-Lussemburgu, kunsiderazzjonijiet li jkunu mhedda serjament li kieku l-Istat Lussemburgiż kellu jagħti l-għajnuna finanzjarja għal studji terzjarji lill-istudenti kollha, mingħajr ebda konnessjoni mas-soċjetà tal-Gran Dukat, sabiex iwettqu l-istudji terzjarji tagħhom fi kwalunkwe pajjiż fid-dinja, li jwassal għal piż li ma huwiex raġonevoli għall-baġit tal-Istat Lussemburgiż, jikkostitwixxu kunsiderazzjonijiet, fis-sens tal-ġurisprudenza Komunitarja iċċitata iktar ’il fuq, li jistgħu jiġġustifikaw it-trattament differenti li jirriżulta mill-obbligu ta’ residenza impost kemm fuq iċ-ċittadini Lussemburgiżi kif ukoll fuq ċittadini li ġejjin minn Stati Membri oħra sabiex jiksbu għajnuna għall-istudji terzjarji?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1612/68, tal-15 ta’ Ottubru 1968, dwar il-libertà tal-moviment għall-ħaddiema fi ħdan il-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 15).