24.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven administrativen sad (il-Bulgarija) fis-16 ta’ Jannar 2012 — Efir OOD vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto” Plovdiv

(Kawża C-19/12)

2012/C 89/22

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Varhoven administrativen sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Efir OOD

Konvenut: Direktor na Direktsia „Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto“ Plovdiv

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 6(1) u (2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (1), tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ avveniment li jagħti lok għall-ħlas tat-taxxa jikkonċerna kemm tranżazzjonijiet taxxabbli kif ukoll tranżazzjonijiet eżenti?

(2)

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fin-negattiv: dispożizzjoni nazzjonali bħal dik applikabbli fil-kawża prinċipali, li tipprovdi li d-data tal-avveniment li jagħti lok għall-ħlas tat-taxxa hija wkoll id-data ta’ meta ssir tranżazzjoni eżenti, hija valida?

(3)

L-Artikoli 62 u 63 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, huma direttament applikabbli?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1)