Kawża C‑355/12

Nintendo Co. Ltd et

vs

PC Box Srl u9Net Srl

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Milano)

“Direttiva 2001/29/KE — Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni — Kunċett ta’ ‘miżuri teknoloġiċi’ — Tagħmir ta’ protezzjoni — Apparat u prodotti kumplimentari protetti — Tagħmir, prodotti jew komponenti kumplimentari simili li joriġinaw minn impriżi oħra — Esklużjoni ta’ kull interoperabbiltà bejniethom — Portata ta’ dawn il-miżuri teknoloġiċi — Rilevanza”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-23 ta’ Jannar 2014

  1. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati – Direttiva 2001/29 – Armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti tad-drittijiet tal-awtur u ta’ drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni – Kamp ta’ applikazzjoni – Programmes d’ordinateur – Inklużjoni – Kundizzjoni – Expression de la création intellectuelle propre à leur auteur

    (Direttiva 2001/29 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, Artikolu 1(1))

  2. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati – Direttiva 2001/29 – Armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti tad-drittijiet tal-awtur u ta’ drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni – Miżuri teknoloġiċi effettivi – Kunċett – Tagħmir ta’ rikonoxximent installat, għal parti, fl-apparat li jkun fih ix-xogħol protett u, għal parti oħra, fl-apparati li jinġarru jew fil-consoles maħsuba sabiex jiżguraw l-aċċess għax-xogħol u l-użu tiegħu – Inklużjoni

    (Direttiva 2001/29 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-disa’ premessa, Artikoli 2 sa 4 u 6)

  3. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati – Direttiva 2001/29 – Armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti tad-drittijiet tal-awtur u ta’ drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni – Miżuri teknoloġiċi effettivi – Tagħmir ta’ rikonoxximent installat, għal parti, fl-apparat li jkun fih ix-xogħol protett u, għal parti oħra, fl-apparati li jinġarru jew fil-consoles maħsuba sabiex jiżguraw l-aċċess għax-xogħol u l-użu tiegħu – Osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità – Kriterji ta’ evalwazzjoni

    (Direttiva 2001/29 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, premssa 48 u Artikolu 6)

  1.  Mill-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2001/29, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni, jirriżulta li din id-direttiva tirrigwarda l-protezzjoni legali tad-drittijiet tal-awtur u tad-drittijiet relatati inklużi, għall-awturi, id-drittijiet esklużivi fir-rigward tax-xogħlijiet tagħhom. Dwar ix-xogħlijiet bħal programmi tal-kompjuter, dawn huma protetti mid-drittijiet tal-awtur sakemm dawn ikunu oriġinali, jiġifieri li dawn ikunu kreazzjoni intellettwali tal-awtur stess. Fir-rigward tal-partijiet ta’ xogħol, għandu jiġi kkonstatat li ma hemm xejn fid-Direttiva 2001/29 li jindika li dawn il-partijiet huma suġġetti għal sistema differenti minn dik tax-xogħol fl-intier tiegħu. Minn dan isegwi li dawn huma protetti mid-drittijiet tal-awtur kemm-il darba dawn ikollhom sehem, bħala tali, mill-oriġinalità tax-xogħol fl-intier tiegħu.

    Din il-konstatazzjoni ma taffettwax il-fatt li d-Direttiva 2009/24, dwar il-protezzjoni legali ta’ programmi tal-kompjuter, tikkostitwixxi lex specialis fil-konfront tad-Direttiva 2001/29. Fil-fatt, skont l-Artikolu 1(1) tagħha, il-protezzjoni mogħtija mid-Direttiva 2009/24 hija limitata għall-programmi tal-kompjuter. Issa, il-logħob elettroniku jikkostitwixxi materjal kumpless li ma jinkludix biss programm tal-kompjuter, iżda jinkludi wkoll elementi ta’ grafika u ta’ ħoss li, għalkemm ikkodifikati fil-lingwaġġ tal-informatika, għandhom valur kreattiv tagħhom stess li ma jistax jiġi ridott għal din il-kodifikazzjoni. Sakemm il-partijiet ta’ logħob elettroniku, f’dan il-każ dawn l-elementi ta’ grafika u ta’ ħoss, għandhom sehem mill-oriġinalità tax-xogħol, dawn huma protetti, flimkien max-xogħol fl-intier tiegħu, mid-drittijiet tal-awtur taħt is-sistema stabbilita mid-Direttiva 2001/29.

    (ara l-punti 21-23)

  2.  L-Artikolu 6 tad-Direttiva 2001/29, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni, jobbliga lill-Istati Membri jipprovdu protezzjoni legali xierqa kontra l-evitar ta’ kull “miżura teknoloġika” effettiva li hija ddefinita, fil-paragrafu 3 tiegħu, bħala kull teknoloġija, tagħmir jew komponent li, fil-kors normali tat-tħaddim tiegħu, ikun iddisinjat li jipprevjeni jew jirrestrinġi atti, fir-rigward tax-xogħlijiet jew l-oġġetti l-oħra protetti, li ma humiex awtorizzati mill-proprjetarju ta’ drittijiet tal-awtur jew ta’ dritt relatat mad-drittijiet tal-awtur previst mil-liġi, jew tad-dritt sui generis previst fil-Kapitolu III tad-Direttiva 96/9/KE dwar il-protezzjoni legali ta’ databases.

    Peress li dawn l-atti jikkostitwixxu, kif jirriżulta mill-Artikoli 2 sa 4 tad-Direttiva 2001/29, ir-riproduzzjoni, il-komunikazzjoni ta’ xogħlijiet lill-pubbliku u t-tqegħid ta’ dawn ix-xogħlijiet għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, kif ukoll id-distribuzzjoni tal-oriġinal jew kopji tax-xogħlijiet, il-protezzjoni legali prevista fl-Artikolu 6 ta’ din id-direttiva tapplika biss għall-protezzjoni tal-imsemmi proprjetarju kontra l-atti li għalihom hija meħtieġa l-awtorizzazzjoni tiegħu.

    F’dan ir-rigward, xejn fid-Direttiva ma jippermetti li jiġi kkunsidrat li l-Artikolu 6(3) tagħha ma japplikax għall-miżuri teknoloġiċi, li huma, għal parti, inkorporati fl-apparati fiżiċi tal-logħob u, għal parti oħra, fil-consoles u li jeħtieġu interazzjoni bejniethom.

    Fil-fatt, jirriżulta minn din id-dispożizzjoni li l-kunċett ta’ “miżuri teknoloġiċi effettivi” huwa ddefinit b’mod wiesa’ u jinkludi l-applikazzjoni ta’ kodiċi ta’ aċċess jew ta’ proċess ta’ protezzjoni, bħall-kodifikazzjoni, it-taqlib jew kull trasformazzjoni oħra tax-xogħol jew tal-oġġett protett jew ta’ mekkaniżmu ta’ kontroll tal-ikkopjar. Tali definizzjoni hija, barra minn hekk, konformi mal-għan prinċipali tad-Direttiva 2001/29 li, kif jirriżulta mill-premessa 9 tagħha, huwa dak li jiġi stabbilit livell għoli ta’ protezzjoni favur, partikolarment, l-awturi, li huwa essenzjali għall-ħolqien intellettwali.

    F’dawn iċ-ċirkustanzi, id-Direttiva 2001/29 għandha tiġi interpretata fis-sens li l-kunċett ta’ “miżuri teknoloġiċi effettivi”, fis-sens tal-Artikolu 6(3) ta’ din id-direttiva, jista’ jkopri miżuri teknoloġiċi li jikkonsistu, prinċipalment, fl-introduzzjoni ta’ tagħmir ta’ rikonoxximent mhux biss fl-apparat li jkun fih ix-xogħol protett, bħal-logħob elettroniku, bil-għan li dan jiġi protett kontra atti mhux awtorizzati mill-proprjetarju tad-drittijiet tal-awtur, iżda wkoll fl-apparati li jinġarru jew il-consoles maħsuba sabiex jiżguraw l-aċċess għal dan il-logħob u l-użu tiegħu.

    (ara l-punti 24-27, 37 u d-dispożittiv)

  3.  Protezzjoni legali, prevista fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 2001/29, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni, kontra l-atti mhux awtorizzati mill-proprjetarju tad-drittijiet tal-awtur għandha tosserva, skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva interpretat fid-dawl tal-premessa 48 tagħha, il-prinċipju ta’ proporzjonalità u ma għandhiex tipprojbixxi t-tagħmir jew l-attivitajiet li għandhom, fil-livell kummerċjali, skop jew użu li ma huwiex dak li tiġi ffaċilitata l-implementazzjoni ta’ tali atti permezz tal-evitar tal-protezzjoni teknoloġika.

    Għalhekk, din il-protezzjoni legali tingħata biss fir-rigward ta’ miżuri teknoloġiċi li jsegwu l-għan ta’ prevenzjoni jew ta’ eliminazzjoni, fir-rigward tax-xogħlijiet, l-atti li ma humiex awtorizzati mill-proprjetarju ta’ drittijiet tal-awtur bħar-riproduzzjoni, il-komunikazzjoni ta’ xogħlijiet lill-pubbliku u t-tqegħid ta’ dawn ix-xogħlijiet għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, kif ukoll id-distribuzzjoni tal-oriġinal jew kopji tax-xogħlijiet. Dawn il-miżuri għandhom ikunu xierqa għall-kisba ta’ dan l-għan u ma għandhomx imorru lil hinn minn dak li huwa neċessarju għal dan l-iskop.

    Fir-rigward tal-miżuri teknoloġiċi li jikkonsistu, prinċipalment, fl-introduzzjoni ta’ tagħmir ta’ rikonoxximent mhux biss fl-apparat li jkun fih ix-xogħol protett, bħal-logħob elettroniku, bil-għan li dan jiġi protett kontra atti mhux awtorizzati mill-proprjetarju tad-drittijiet tal-awtur, iżda wkoll fl-apparati li jinġarru jew il-consoles maħsuba sabiex jiżguraw l-aċċess għal dan il-logħob u l-użu tiegħu, hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika jekk miżuri oħra jew miżuri li ma humiex installati fuq il-consoles jistgħux jikkawżaw inqas interferenzi mal-attivitajiet ta’ terzi jew limitazzjonijiet ta’ dawn l-attivitajiet, u dan filwaqt li jipprovdu protezzjoni paragunabbli għad-drittijiet tal-proprjetarju. Għal dan il-għan, huwa rilevanti li jittieħdu inkunsiderazzjoni, b’mod partikolari, l-ispejjeż marbuta mad-diversi tipi ta’ miżuri teknoloġiċi, l-aspetti tekniċi u prattiċi tal-implementazzjoni tagħhom kif ukoll il-paragun tal-effettività ta’ dawn id-diversi tipi ta’ miżuri teknoloġiċi fir-rigward tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetarju, filwaqt li ma huwiex meħtieġ, madankollu, li tali effettività tkun assoluta. Hija wkoll l-imsemmija qorti li għandha teżamina l-għan tat-tagħmir, tal-prodotti jew tal-komponenti li jistgħu jevitaw l-imsemmija miżuri teknoloġiċi. F’dan ir-rigward, il-prova tal-użu li t-terzi fil-fatt jagħmlu minnhom għandha tkun, fid-dawl taċ-ċirkustanzi inkwistjoni, partikolarment rilevanti. Il-qorti nazzjonali tista’, b’mod partikolari, teżamina l-frekwenza li biha dan it-tagħmir, prodotti jew komponenti huma fil-fatt użati bi ksur tad-drittijiet tal-awtur kif ukoll il-frekwenza li biha huma użati għal skopijiet li ma jiksrux dawn id-drittijiet.

    (ara l-punti 30, 31, 38 u d-dispożittiv)