Kawża C‑348/12 P

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

vs

Manufacturing Support & Procurement Kala Naft Co., Tehran

“Appell — Miżuri restrittivi meħuda kontra r-Repubblika Iżlamika tal-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari — Miżuri intiżi kontra l-industrija taż-żejt u tal-gass Iranjana — Iffriżar ta’ fondi — Obbligu ta’ motivazzjoni — Obbligu li tiġi ġġustifikata l-fondatezza tal-miżura”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-28 ta’ Novembru 2013

  1. Rikors għal annullament – Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà – Interess ġuridiku – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Rikors ippreżentat kontra att li jistabbilixxi miżuri restrittivi fir-rigward tar-rikorrent – Organizzazzjoni governattiva li tinvoka l-protezzjoni u l-garanziji marbuta mad-drittijiet fundamentali – Kwistjoni li ma tikkonċernax l-ammissibbiltà tal-aggravju iżda l-fondatezza tiegħu

    (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE)

  2. Proċedura ġudizzjarja – Tressiq ta’ motivi ġodda fil-mori tal-kawża – Aggravju mqajjem għall-ewwel darba fis-seduta – Inammissibbiltà

    (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 48(2))

  3. Unjoni Ewropea – Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet – Miżuri restrittivi kontra l-Iran – Miżuri meħuda fil-kuntest tal-ġlieda kontra l-proliferazzjoni nukleari – Portata tal-istħarriġ

    (l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikoli 41(2), 47 u 52(1))

  4. Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi kontra l-Iran – Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari – Sostenn għall-attivitajiet nukleari tal-Iran sensittivi għall-proliferazzjoni – Kunċett – Kummerċjalizzazzjoni ta’ tagħmir u teknoloġija ewlenin iddestinati għall-industrija tal-gass u taż-żejt – Inklużjoni – Assenza ta’ aġir oġġezzjonabbli effettiv – Assenza ta’ effett

    (Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 423/2007, Artikolu 7(2), Nru 668/2010 u Nru 961/2010, Artikoli 8 u 16(2))

  5. Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi kontra l-Iran – Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari – Kundizzjonijiet ta’ adozzjoni f’każ ta’ leġiżlazzjoni redatta b’mod ġenerali – Rekwiżit ta’ aġir minn qabel – Assenza – Natura suffiċjenti ta’ riferiment għal għan ġenerali li jirriżulta mill-istatut tal-entità kkonċernata

  6. Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi kontra l-Iran – Bażi legali – Miżuri restrittivi previsti minn deċiżjoni adottata fuq il-bażi tal-Artikolu 29 TUE – Kompetenza tal-Kunsill sabiex jadotta miżuri restrittivi ta’ ffriżar ta’ fondi awtonomi u differenti minn dawk rakkomandati mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti

    (Artikolu 29 TUE; Artikoli 215 TFUE u 291(2) TFUE; Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 423/2007, Nru 668/2010 u Nru 961/2010)

  7. Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi kontra l-Iran – Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari – Restrizzjoni tad-dritt għall-proprjetà u tad-dritt għall-eżerċizzju liberu ta’ attività ekonomika – Ammissibbiltà – Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità – Assenza

  1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 50, 51)

  2.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punt 52)

  3.  Il-qrati tal-Unjoni għandhom, b’mod konformi mal-kompetenzi li huma għandhom taħt it-Trattat, jiżguraw stħarriġ, bħala prinċipju komplet, tal-legalità tal-atti kollha tal-Unjoni fir-rigward tad-drittijiet fundamentali li jifformaw parti integrali mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni. Fuq quddiem ta’ dawn id-drittijiet fundamentali jidher, b’mod partikolari, ir-rispett tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva. L-ewwel wieħed minn dawn id-drittijiet, li huwa stabbilit fl-Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, jinkludi d-dritt għal smigħ u d-dritt ta’ aċċess għall-fajl fl-osservanza tal-interessi leġittimi tal-kunfidenzjalità. It-tieni wieħed mill-imsemmija drittijiet fundamentali, li huwa kkonfermat fl-Artikolu 47 tal-Karta, jeżiġi li l-persuna kkonċernata tista’ tkun taf il-motivi li fuqhom hija bbażata d-deċiżjoni meħuda fir-rigward tagħha kemm permezz tal-qari stess tad-deċiżjoni, kemm permezz ta’ komunikazzjoni ta’ dawn il-motivi li ssir fuq talba tagħha, bla ħsara għas-setgħa tal-qorti kompetenti li teżiġi mill-awtorità inkwistjoni li hija tikkomunika lil din il-persuna dawn il-motivi, sabiex tkun tista’ tiddefendi d-drittijiet tagħha fl-aħjar kundizzjonijiet possibbli u li tiddeċiedi b’għarfien sħiħ tal-fatti jekk kienx utli li tinstema’ quddiem il-qorti kompetenti, kif ukoll sabiex din il-qorti tkun fl-aħjar pożizzjoni li teżerċita l-istħarriġ tal-legalità tad-deċiżjoni inkwistjoni.

    L-Artikolu 52(1) tal-Karta madankollu jipprovdi limitazzjonijiet għall-eżerċizzju tad-drittijiet stabbiliti minnha, sa fejn il-limitazzjoni kkonċernata tosserva l-kontenut essenzjali tad-dritt fundamentali inkwistjoni u li, fl-osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, hija tkun neċessarja u tirrispondi effettivament għal għanijiet ta’ interess ġenerali rikonoxxuti mill-Unjoni. Barra minn hekk, l-eżistenza ta’ ksur tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva għandha tiġi evalwata abbażi taċ-ċirkustanzi speċifiċi ta’ kull każ partikolari, b’mod partikolari tan-natura tal-att inkwistjoni, tal-kuntest tal-adozzjoni tiegħu u tar-regoli ġuridiċi li jirregolaw il-qasam ikkonċernat. B’mod partikolari, att li jikkawża preġudizzju jkun motivat b’mod suffiċjenti jekk jiġi adottat f’kuntest magħruf mill-persuna kkonċernata li permezz tiegħu tkun tista’ tifhem il-portata tal-miżura meħuda fir-rigward tagħha.

    Fir-rigward tal-istħarriġ tal-legalità ta’ deċiżjoni li tadotta miżuri restrittivi, fir-rigward tan-natura preventiva tagħhom, jekk il-qorti tal-Unjoni tikkunsidra li, tal-inqas, wieħed mill-motivi msemmija huwa suffiċjentement preċiż u konkret, li huwa sostnut u minnu nnifsu jikkostitwixxi bażi suffiċjenti sabiex isostni din id-deċiżjoni, iċ-ċirkustanza li oħrajn minn dawn il-motivi ma jkunux ma tistax tiġġustifika l-annullament ta’ din id-deċiżjoni. Barra minn hekk, l-effettività tal-istħarriġ ġudizzjarju ggarantit mill-Artikolu 47 tal-Karta teżiġi wkoll li l-qorti tal-Unjoni tiżgura li d-deċiżjoni, li għandha portata individwali għall-persuna jew għall-entità kkonċernata, hija bbażata fuq bażi fattwali suffiċjentement solidu. Dan jimplika verifika tal-fatti allegati fl-espożizzjoni tal-motivi li huma l-bażi tal-imsemmija deċiżjoni, b’mod li l-istħarriġ ġudizzjarju ma jkunx limitat għall-evalwazzjoni tal-astratt plawżibbli tal-motivi invokati, iżda jirrigwarda l-punt jekk dawn il-motivi, jew, tal-inqas wieħed minnhom ikkunsidrat bħala suffiċjenti minnu nnifsu sabiex isostni din l-istess deċiżjoni, humiex sostnuti.

    (ara l-punti 65-73)

  4.  Jirriżulta mill-Artikolu 8(1) u (2) tar-Regolament Nru 961/2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament Nru 423/2007, li l-kunċett ta’ akkwist ta’ oġġetti u teknoloġija pprojbiti, fis-sens tal-Artikolu 16(2) ta’ dan ir-regolament, ikopri l-akkwist ta’ tagħmir u teknoloġija ewlenin iddestinati għas-setturi essenzjali tal-industrija taż-żejt u tal-gass naturali fl-Iran. Fir-rigward tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 668/2010, li jimplimenta l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 423/2007, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, dan jimplementa l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 423/2007, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, li, bid-differenza tal-Artikolu 16(2) tar-Regolament Nru 961/2010, ma jipprovdix speċifikament għall-akkwist ta’ oġġetti u teknoloġija pprojbiti. Madankollu, l-Artikolu 7(2)(a) tar-Regolament Nru 423/2007 huwa intiż għall-involviment, l-assoċjazzjoni diretta jew is-sostenn għall-attivitajiet nukleari tal-Iran sensittivi għall-proliferazzjoni. Issa, il-kunċett ta’ sostenn jimplika livell ta’ konnessjoni mal-attivitajiet nukleari tal-Iran inqas mill-kunċetti ta’ involviment u ta’ assoċjazzjoni diretta, u jista’ jkopri l-akkwist jew il-kummerċjalizzazzjoni ta’ oġġetti u ta’ teknoloġija marbuta mal-industrija tal-gass u taż-żejt.

    Fid-dawl tar-Riżoluzzjoni 1929 (2010) tal-Kunsill tas-Sigurtà, tad-dikjarazzjoni tal-Kunsill Ewropew tas-17 ta’ Ġunju 2010 u tad-Deċiżjoni 2010/413, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140, li jirreferu għad-dħul mis-settur tal-enerġija u r-riskju marbut mal-materjal iddestinat għall-industrija taż-żejt u tal-gass, l-Artikolu 7(2), tar-Regolament Nru 423/2007 għandu, għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-legalità tal-miżura restrittiva adottata mir-Regolament Nru 668/2010, jiġi interpretat fis-sens li l-kummerċjalizzazzjoni ta’ tagħmir u teknoloġija ewlenin iddestinati għall-industrija tal-gass u taż-żejt jista’ jiġi kkunsidrat bħala sostenn għall-attivitajiet nukleari tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran.

    B’hekk ma jistax jiġi ammess li l-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi fir-rigward ta’ entità tippreżupponi li din kienet adottat minn qabel aġir oġġezzjonabbli effettiv, ir-riskju biss li l-entità kkonċernata tadotta aġir tali fil-futur ma huwiex suffiċjenti.

    (ara l-punti 77, 79, 80, 83, 84)

  5.  Meta d-dispożizzjonijiet ta’ atti li jipprovdu għall-iffriżar ta’ fondi huma redatti b’mod ġenerali, mingħajr riferiment għall-aġir minn qabel għal deċiżjoni ta’ ffriżar ta’ fondi, ir-riferiment għal għan ġenerali hekk kif żvelat mill-istatuti ta’ entità jista’ jkun suffiċjenti sabiex jiġġustifika l-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi.

    (ara l-punt 85)

  6.  Id-Deċiżjonijiet 2010/413, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140, u 2010/644, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413, huma bbażati fuq l-Artikolu 29 TUE, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 668/2010, li jimplimenta l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, huwa bbażat fuq l-Artikolu 291(2) TFUE u r-Regolament Nru 423/2007, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, u r-Regolament Nru 961/2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament Nru 423/2007, huwa bbażat fuq l-Artikolu 215 TFUE. Dawn id-dispożizzjonijiet tat-Trattati jagħtu lill-Kunsill il-kompetenza sabiex jadotta atti li jinkludu miżuri restrittivi ta’ ffriżar ta’ fondi awtonomi, differenti minn miżuri rakkomandati speċifikament mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti. Anki jekk dawn kellhom jittieħdu inkunsiderazzjoni fl-interpretazzjoni ta’ dawn l-atti, la r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà 1929 (2010) u lanqas id-dikjarazzjoni tal-Kunsill Ewropew tas-17 ta’ Ġunju 2010 ma jistgħu jikkostitwixxu l-bażi legali ta’ dawn l-atti.

    (ara l-punti 108, 109)

  7.  Fir-rigward tal-istħarriġ ġudizzjarju tal-osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, għandu jiġi rikonoxxut li l-leġiżlatur tal-Unjoni għandu setgħa diskrezzjonali wiesgħa f’oqsma li jimplikaw min-naħa tiegħu, għażliet ta’ natura politika, ekonomika u soċjali, u li fihom huwa msejjaħ jagħmel evalwazzjonijiet kumplessi. B’hekk, hija biss in-natura manifestament mhux xierqa ta’ miżura adottata f’dawn l-oqsma, meta mqabbla mal-għan li l-istituzzjoni kompetenti tixtieq tilħaq, li tista’ taffettwa l-legalità ta’ tali miżura.

    Barra minn hekk, id-dritt għall-proprjetà u l-libertà li tiġi eżerċitata attività ekonomika ma humiex prerogattivi assoluti u l-eżerċizzju tagħhom jista’ jkun is-suġġett ta’ restrizzjonijiet iġġustifikati minn għanijiet ta’ interess ġenerali mħaddna mill-Unjoni. B’konsegwenza, kemm id-dritt li tiġi eżerċitata liberament attività professjonali kif ukoll l-użu tad-dritt għall-proprjetà jistgħu jkunu suġġetti għal restrizzjonijiet, bil-kundizzjoni li dawn ir-restrizzjonijiet effettivament jissodisfaw għanijiet ta’ interess ġenerali segwiti u bil-kundizzjoni li ma jikkostitwixxux, fid-dawl tal-għan segwit, intervent sproporzjonat u intollerabbli li jippreġudika l-essenza stess tad-drittijiet hekk iggarantiti. F’dan ir-rigward, l-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari u li b’hekk tiġi eżerċitata pressjoni fuq ir-Repubblika Iżlamika tal-Iran sabiex twaqqaf l-attivitajiet ikkonċernati jagħmel parti mill-kuntest iktar ġenerali tal-isforzi marbuta maż-żamma tal-paċi u tas-sigurtà internazzjonali u huwa, għalhekk, leġittimu.

    Fir-rigward tal-proporzjonalità, il-miżuri restrittivi adottati kemm mill-Kunsill tas-Sigurtà kif ukoll mill-Unjoni huma progressivi u ġġustifikati mill-assenza ta’ suċċess tal-miżuri adottati preċedentement.

    (ara l-punti 120-122, 124, 126)

Kawża C‑348/12 P

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

vs

Manufacturing Support & Procurement Kala Naft Co., Tehran

“Appell — Miżuri restrittivi meħuda kontra r-Repubblika Iżlamika tal-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari — Miżuri intiżi kontra l-industrija taż-żejt u tal-gass Iranjana — Iffriżar ta’ fondi — Obbligu ta’ motivazzjoni — Obbligu li tiġi ġġustifikata l-fondatezza tal-miżura”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-28 ta’ Novembru 2013

  1. Rikors għal annullament — Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà — Interess ġuridiku — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment — Rikors ippreżentat kontra att li jistabbilixxi miżuri restrittivi fir-rigward tar-rikorrent — Organizzazzjoni governattiva li tinvoka l-protezzjoni u l-garanziji marbuta mad-drittijiet fundamentali — Kwistjoni li ma tikkonċernax l-ammissibbiltà tal-aggravju iżda l-fondatezza tiegħu

    (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE)

  2. Proċedura ġudizzjarja — Tressiq ta’ motivi ġodda fil-mori tal-kawża — Aggravju mqajjem għall-ewwel darba fis-seduta — Inammissibbiltà

    (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 48(2))

  3. Unjoni Ewropea — Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet — Miżuri restrittivi kontra l-Iran — Miżuri meħuda fil-kuntest tal-ġlieda kontra l-proliferazzjoni nukleari — Portata tal-istħarriġ

    (l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikoli 41(2), 47 u 52(1))

  4. Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi kontra l-Iran — Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari — Sostenn għall-attivitajiet nukleari tal-Iran sensittivi għall-proliferazzjoni — Kunċett — Kummerċjalizzazzjoni ta’ tagħmir u teknoloġija ewlenin iddestinati għall-industrija tal-gass u taż-żejt — Inklużjoni — Assenza ta’ aġir oġġezzjonabbli effettiv — Assenza ta’ effett

    (Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 423/2007, Artikolu 7(2), Nru 668/2010 u Nru 961/2010, Artikoli 8 u 16(2))

  5. Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi kontra l-Iran — Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari — Kundizzjonijiet ta’ adozzjoni f’każ ta’ leġiżlazzjoni redatta b’mod ġenerali — Rekwiżit ta’ aġir minn qabel — Assenza — Natura suffiċjenti ta’ riferiment għal għan ġenerali li jirriżulta mill-istatut tal-entità kkonċernata

  6. Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi kontra l-Iran — Bażi legali — Miżuri restrittivi previsti minn deċiżjoni adottata fuq il-bażi tal-Artikolu 29 TUE — Kompetenza tal-Kunsill sabiex jadotta miżuri restrittivi ta’ ffriżar ta’ fondi awtonomi u differenti minn dawk rakkomandati mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti

    (Artikolu 29 TUE; Artikoli 215 TFUE u 291(2) TFUE; Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 423/2007, Nru 668/2010 u Nru 961/2010)

  7. Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi kontra l-Iran — Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari — Restrizzjoni tad-dritt għall-proprjetà u tad-dritt għall-eżerċizzju liberu ta’ attività ekonomika — Ammissibbiltà — Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità — Assenza