Kawża C‑226/12

Constructora Principado SA

vs

José Ignacio Menéndez Álvarez

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Oviedo)

“Direttiva 93/13/KEE — Kuntratti konklużi mal-konsumaturi — Kuntratt ta’ bejgħ ta’ immobbli — Klawżoli inġusti — Kriterji ta’ evalwazzjoni”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Jannar 2014

Protezzjoni tal-konsumaturi – Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi – Direttiva 93/13 – Klawżola inġusta fis-sens tal-Artikolu 3 – Evalwazzjoni tan-natura abbużiva mill-qorti nazzjonali – Eżistenza ta’ żbilanċ sinjifikattiv bejn id-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet li joħorġu mill-kuntratt – Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Direttiva tal-Kunsill 93/13, Artikolu 3(1))

L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, għandu jiġi interpretat fis-sens li:

l-eżistenza ta’ żbilanċ sinjifikattiv ma teħtieġx neċessarjament li l-ispejjeż imposti fuq il-konsumatur bi klawżola kuntrattwali jkollhom fil-konfront tiegħu effett ekonomiku sinjifikattiv fid-dawl tal-ammont tal-operazzjoni inkwistjoni, iżda tista’ tirriżulta mis-sempliċi fatt ta’ preġudizzju suffiċjentement serju għas-sitwazzjoni legali li fiha dan il-konsumatur, bħala parti għall-kuntratt, jinsab skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali applikabbli, kemm jekk fil-forma ta’ restrizzjoni għall-kontenut tad-drittijiet li, skont dawn id-dispożizzjonijiet, huwa għandu skont dan il-kuntratt kif ukoll jekk fil-forma ta’ ostakolu għall-eżerċizzju tagħhom jew ukoll tal-impożizzjoni fuqu ta’ obbligu supplimentari, li ma huwiex previst mir-regoli nazzjonali;

huwa l-kompitu tal-qorti tar-rinviju li, għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-possibbiltà tal-eżistenza ta’ żbilanċ sinjifikattiv, tieħu inkunsiderazzjoni n-natura tal-beni jew tas-servizz li jkun is-suġġett tal-kuntratt, b’riferiment għaċ-ċirkustanzi kollha preżenti waqt il-konklużjoni tal-kuntratt, kif ukoll għall-klawżoli l-oħra kollha tiegħu.

(ara l-punt 30 u d-dispożittiv)