Kawża C‑140/12

Pensionsversicherungsanstalt

vs

Peter Brey

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof)

“Moviment liberu tal-persuni — Ċittadinanza tal-Unjoni — Direttiva 2004/38/KE — Dritt ta’ residenza ta’ iktar minn tliet xhur — Artikolu 7(1)(b) — Persuna li ma għadx għandha l-kwalità ta’ ħaddiem — Persuna li għandha dritt għal pensjoni tal-irtirar — Rekwiżit ta’ riżorsi suffiċjenti sabiex il-persuna kkonċernata ma ssirx ta’ piż għas-‘sistema ta’ għajnuna soċjali’ tal-Istat Membru ospitanti — Talba għal benefiċċju speċjali li ma huwiex kontributorju u li jingħata fi flus — Suppliment kumpensatorju intiż sabiex jikkompleta l-pensjoni tal-irtirar — Regolament (KE) Nru 883/2004 — Artikoli 3(3) u 70 — Kompetenza tal-Istat Membru ta’ residenza — Kundizzjonijiet għall-għoti — Dritt ta’ residenza legali fit-territorju nazzjonali — Konformità mad-dritt tal-Unjoni”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-19 ta’ Settembru 2013

  1. Domandi preliminari – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Identifikazzjoni tal-punti rilevanti ta’ liġi tal-Unjoni – Formulazzjoni mill-ġdid tad-domandi

    (Artikolu 267 TFUE)

  2. Sigurtà soċjali – Ħaddiema migranti – Benefiċċji speċjali ta’ natura mhux kontributorja – Sistema ta’ koordinazzjoni prevista fl-Artikolu 10a tar-Regolament Nru 1408/71 – Kamp ta’ applikazzjoni – Suppliment kumpensatorju għall-pensjonijiet tax-xjuħija jew ta’ invalidità mogħtija abbażi ta’ kriterji oġġettivi u mhux iffinanzjat mill-kontribuzzjonijiet tal-persuni assigurati – Benefiċċju msemmi fl-Anness IIa tal-imsemmi regolament – Inklużjoni

    (Regolament tal-Kunsill Nru 1408/71, Artikoli 4(2)a u 10a, u Anness IIa)

  3. Sigurtà soċjali – Ħaddiema migranti – Leġiżlazzjoni applikabbli – Applikazzjoni simultanja ta’ diversi leġiżlazzjonijiet nazzjonali – Esklużjoni – Sistema ta’ regoli ta’ kunflitt – Kompletezza

    (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 883/2004, Artikolu 70(4))

  4. Ċittadinanza tal-Unjoni – Dritt ta’ moviment liberu u ta’ residenza libera fit-territorju tal-Istati Membri – Direttiva 2004/38 – Rekwiżiti tad-dritt ta’ residenza abbażi tad-dritt tal-Unjoni – Rekwiżit ta’ riżorsi suffiċjenti – Sistema ta’ għajnuna soċjali – Kunċett – Suppliment kumpensatorju intiż sabiex jikkompleta l-pensjoni tal-irtirar – Inklużjoni

    (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 883/2004, Artikolu 3(5)(a); Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/38, Artikolu 7(1)(b))

  5. Dritt tal-Unjoni Ewropea – Interpretazzjoni – Testi plurilingwi – Diverġenzi bejn id-diversi verżjonijiet lingwistiċi – Teħid inkunsiderazzjoni tal-istruttura ġenerali u tal-għan tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni

  6. Ċittadinanza tal-Unjoni – Dritt ta’ moviment liberu u ta’ residenza libera fit-territorju tal-Istati Membri – Direttiva 2004/38 – Rekwiżiti tad-dritt ta’ residenza abbażi tad-dritt tal-Unjoni – Rekwiżit ta’ riżorsi suffiċjenti – Ċittadin ekonomikament inattiv ta’ Stat Membru ieħor li ma jissodisfax ir-rekwiżiti sabiex jibbenefika mid-dritt ta’ residenza legali ta’ iktar minn tliet xhur fit-territorju tal-Istat Membru ospitanti – Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi, f’kull ċirkustanza u awtomatikament, l-għoti ta’ suppliment kumpensatorju intiż sabiex jikkompleta l-pensjoni tal-irtirar – Inammissibbiltà

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/38, Artikoli 7(1)(b), 8(4), u 24(1) u (2))

  1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 31, 32)

  2.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 33-35)

  3.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 39-42, 44)

  4.  Il-kunċett ta’ “sistema ta’ l-għajnuna soċjali” li jidher fl-Artikolu 7(1)(b) tad-Direttiva 2004/38, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqalqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri, ma jistax jiġi ċirkoskritt għall-benefiċċji ta’ għajnuna soċjali li, abbażi tal-Artikolu 3(5)(a) tar-Regolament Nru 883/2004, dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali, ma jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament.

    Fil-fatt, dan il-kunċett għandu jiġi ddeterminat mhux abbażi ta’ kriterji formali iżda abbażi tal-għan, imfittex mill-Artikolu 7(1)(b) tad-Direttiva 2004/38, li l-Istat Membru ospitanti jkun jista’ jimponi fuq iċ-ċittadini tal-Unjoni, meta dawn ma jkollhomx jew ma għadx għandhom il-kwalità ta’ ħaddiema, restrizzjonijiet leġittimi f’dak li jirrigwarda l-għoti ta’ benefiċċji soċjali sabiex dawn ma jsirux piż mhux raġonevoli għas-sistema ta’ għajnuna soċjali ta’ dan l-Istat Membru.

    Għalhekk, l-imsemmi kunċett għandu jiġi interpretat bħala li jirreferi għas-sistemi kollha ta’ għajnuna stabbiliti minn awtoritajiet pubbliċi, kemm jekk fuq livell nazzjonali, reġjonali jew lokali, li jirrikorri għalihom l-individwu li ma għandux riżorsi suffiċjenti sabiex jissodisfa l-bżonnijiet elementari tiegħu kif ukoll dawk tal-familja tiegħu u li, minħabba dan il-fatt, hemm perikolu li jsir, matul ir-residenza tiegħu, piż fuq il-finanzi pubbliċi tal-Istat Membru ospitanti li jista’ jkollu konsegwenzi fuq il-livell globali ta’ għajnuna li tista’ tingħata minn dan l-Istat. Minn dan isegwi li suppliment kumpensatorju intiż sabiex jikkompleta l-pensjoni tal-irtirar jista’ jitqies li jaqa’ taħt is-“sistema ta’ l-għajnuna soċjali” tal-Istat Membru kkonċernat. Fil-fatt, dan il-benefiċċju, li huwa intiż li jiggarantixxi li l-benefiċjarju tiegħu jkollu l-minimu biex jgħix fil-każ ta’ pensjoni insuffiċjenti, huwa kompletament iffinanzjat mill-awtoritajiet pubbliċi mingħajr ebda kontribuzzjoni min-naħa tal-persuni assigurati.

    (ara l-punti 57, 58, 60-62)

  5.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 73, 74)

  6.  Id-dritt tal-Unjoni, hekk kif jirriżulta, b’mod partikolari, mill-Artikoli 7(1)(b), 8(4), u 24(1) u (2) tad-Direttiva 2004/38, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqalqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li, anki jekk għall-perijodu ta’ wara l-ewwel tliet xhur ta’ residenza, teskludi f’kull ċirkustanza u b’mod awtomatiku l-għoti ta’ benefiċċju, bħas-suppliment kumpensatorju intiż sabiex jikkompleta l-pensjoni tal-irtirar, lil ċittadin ekonomikament inattiv ta’ Stat Membru ieħor, minħabba li dan, minkejja l-fatt li nħariġlu ċertifikat ta’ reġistrazzjoni, ma jissodisfax ir-rekwiżiti sabiex jibbenefika minn dritt ta’ residenza legali ta’ iktar minn tliet xhur fit-territorju tal-ewwel Stat Membru, peress li l-eżistenza ta’ tali dritt ta’ residenza hija suġġetta għar-rekwiżit li dan iċ-ċittadin ikollu riżorsi suffiċjenti li jżommuh milli japplika għall-imsemmi benefiċċju.

    Ċertament, il-fatt li ċittadin ta’ Stat Membru ieħor li jkun ekonomikament inattiv jista’ jkun eliġibbli għal tali benefiċċju, jista’ jikkostitwixxi indikazzjoni li tista’ turi li dan tal-aħħar ma għandux riżorsi suffiċjenti sabiex jevita li jsir ta’ piż mhux raġonevoli fuq is-sistema ta’ għajnuna soċjali ta’ dan l-Istat, fis-sens tal-Artikolu 7(1)(b) tad-Direttiva 2004/38. Madankollu, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti ma jistgħux jaslu għal tali konklużjoni mingħajr ma jkunu għamlu evalwazzjoni globali tal-piż li jirrappreżenta konkretament l-għoti ta’ dan il-benefiċċju fuq is-sistema nazzjonali ta’ għajnuna soċjali fl-intier tagħha fid-dawl taċ-ċirkustanzi individwali li jikkaratterizzaw is-sitwazzjoni tal-persuna kkonċernata.

    Fil-fatt, billi jissuġġetta d-dritt ta’ residenza ta’ iktar minn tliet xhur għaċ-ċirkustanza li l-persuna kkonċernata ma ssirx piż “mhux raġonevoli” fuq is-“sistema” ta’ għajnuna soċjali tal-Istat Membru ospitanti, l-Artikolu 7(1)(b) tad-Direttiva 2004/38 jimplika li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom is-setgħa li jevalwaw, wara li jieħdu inkunsiderazzjoni numru ta’ fatturi u fid-dawl tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, jekk l-għoti ta’ benefiċċju soċjali jistax jirrappreżenta piż għas-sistemi ta’ għajnuna soċjali kollha ta’ dan l-Istat Membru.

    L-esklużjoni awtomatika mill-Istat Membru ospitanti taċ-ċittadini ekonomikament inattivi ta’ Stati Membri oħra mill-għoti ta’ benefiċċju soċjali partikolari, anki wara l-perijodu ta’ tliet xhur ta’ residenza previst fl-Artikolu 24(2) tad-Direttiva 2004/38, ma tippermettix li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jwettqu l-evalwazzjoni globali tal-imsemmi piż, skont ir-rekwiżiti li jirriżultaw, b’mod partikolari, mill-Artikoli 7(1)(b) u 8(4) ta’ din id-direttiva, kif ukoll mill-prinċipju ta’ proporzjonalità. B’mod partikolari, huwa neċessarju li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jieħdu inkunsiderazzjoni, b’mod partikolari, l-importanza u r-regolarità tad-dħul tal-persuna kkonċernata, il-fatt li dan id-dħul wassal sabiex l-imsemmija awtoritajiet joħorġulu ċertifikat ta’ reġistrazzjoni, kif ukoll il-perijodu li matulu x’aktarx ikollu jingħata l-benefiċċju li għalih saret applikazzjoni. Barra minn hekk, sabiex tiġi evalwata l-portata tal-piż li dan l-għoti jirrappreżenta għas-sistema nazzjonali ta’ għajnuna soċjali, jista’ jkun rilevanti li tiġi ddeterminata l-proporzjoni ta’ benefiċjarji ta’ dan il-benefiċċju li għandhom il-kwalità ta’ ċittadini tal-Unjoni li jirċievu pensjoni tal-irtirar fi Stat Membru ieħor.

    (ara l-punti 63, 64, 72, 77, 78, 80 u d-dispożittiv)

Kawża C‑140/12

Pensionsversicherungsanstalt

vs

Peter Brey

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof)

“Moviment liberu tal-persuni — Ċittadinanza tal-Unjoni — Direttiva 2004/38/KE — Dritt ta’ residenza ta’ iktar minn tliet xhur — Artikolu 7(1)(b) — Persuna li ma għadx għandha l-kwalità ta’ ħaddiem — Persuna li għandha dritt għal pensjoni tal-irtirar — Rekwiżit ta’ riżorsi suffiċjenti sabiex il-persuna kkonċernata ma ssirx ta’ piż għas-‘sistema ta’ għajnuna soċjali’ tal-Istat Membru ospitanti — Talba għal benefiċċju speċjali li ma huwiex kontributorju u li jingħata fi flus — Suppliment kumpensatorju intiż sabiex jikkompleta l-pensjoni tal-irtirar — Regolament (KE) Nru 883/2004 — Artikoli 3(3) u 70 — Kompetenza tal-Istat Membru ta’ residenza — Kundizzjonijiet għall-għoti — Dritt ta’ residenza legali fit-territorju nazzjonali — Konformità mad-dritt tal-Unjoni”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-19 ta’ Settembru 2013

  1. Domandi preliminari — Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja — Identifikazzjoni tal-punti rilevanti ta’ liġi tal-Unjoni — Formulazzjoni mill-ġdid tad-domandi

    (Artikolu 267 TFUE)

  2. Sigurtà soċjali — Ħaddiema migranti — Benefiċċji speċjali ta’ natura mhux kontributorja — Sistema ta’ koordinazzjoni prevista fl-Artikolu 10a tar-Regolament Nru 1408/71 — Kamp ta’ applikazzjoni — Suppliment kumpensatorju għall-pensjonijiet tax-xjuħija jew ta’ invalidità mogħtija abbażi ta’ kriterji oġġettivi u mhux iffinanzjat mill-kontribuzzjonijiet tal-persuni assigurati — Benefiċċju msemmi fl-Anness IIa tal-imsemmi regolament — Inklużjoni

    (Regolament tal-Kunsill Nru 1408/71, Artikoli 4(2)a u 10a, u Anness IIa)

  3. Sigurtà soċjali — Ħaddiema migranti — Leġiżlazzjoni applikabbli — Applikazzjoni simultanja ta’ diversi leġiżlazzjonijiet nazzjonali — Esklużjoni — Sistema ta’ regoli ta’ kunflitt — Kompletezza

    (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 883/2004, Artikolu 70(4))

  4. Ċittadinanza tal-Unjoni — Dritt ta’ moviment liberu u ta’ residenza libera fit-territorju tal-Istati Membri — Direttiva 2004/38 — Rekwiżiti tad-dritt ta’ residenza abbażi tad-dritt tal-Unjoni — Rekwiżit ta’ riżorsi suffiċjenti — Sistema ta’ għajnuna soċjali — Kunċett — Suppliment kumpensatorju intiż sabiex jikkompleta l-pensjoni tal-irtirar — Inklużjoni

    (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 883/2004, Artikolu 3(5)(a); Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/38, Artikolu 7(1)(b))

  5. Dritt tal-Unjoni Ewropea — Interpretazzjoni — Testi plurilingwi — Diverġenzi bejn id-diversi verżjonijiet lingwistiċi — Teħid inkunsiderazzjoni tal-istruttura ġenerali u tal-għan tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni

  6. Ċittadinanza tal-Unjoni — Dritt ta’ moviment liberu u ta’ residenza libera fit-territorju tal-Istati Membri — Direttiva 2004/38 — Rekwiżiti tad-dritt ta’ residenza abbażi tad-dritt tal-Unjoni — Rekwiżit ta’ riżorsi suffiċjenti — Ċittadin ekonomikament inattiv ta’ Stat Membru ieħor li ma jissodisfax ir-rekwiżiti sabiex jibbenefika mid-dritt ta’ residenza legali ta’ iktar minn tliet xhur fit-territorju tal-Istat Membru ospitanti — Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi, f’kull ċirkustanza u awtomatikament, l-għoti ta’ suppliment kumpensatorju intiż sabiex jikkompleta l-pensjoni tal-irtirar — Inammissibbiltà