7.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/21


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ottubru 2011 — tesa vs UASI — Superquimica (tesa TACK)

(Kawża T-555/11)

2012/C 6/38

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: tesa SE (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: F. Schwab, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: La Superquimica, SA (L’Hospitalet de Llobregat, Spanja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-5 ta’ Lulju 2011, fil-Każ R 866/2010-1, u tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni fil-Każ Nru B 1301987; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “tesa TACK”, għal prodotti fil-klassi 16 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 6233506

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjoni ta’ trade mark Spanjola Nru 585323 tat-trade mark verbali “TACK” għal prodotti fil-klassi 16; reġistrazzjoni ta’ trade mark Spanjola Nru 2515958 tat-trade mark verbali “TACK Ceys”, għal prodotti fil-klassi 16

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell evalwa b’mod żbaljat l-eżistenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti