10.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 269/49


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2011 — Petroci vs Il-Kunsill

(Kawża T-160/11 R)

(Proċeduri għal miżuri provviżorji - Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward tas-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire - Iffriżar ta’ fondi - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fil-proċeduri prinċipali - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

2011/C 269/110

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Société nationale d’opérations pétrolières de la Côte d’Ivoire Holding (Petroci Holding) (Abidjan, il-Côte d’Ivoire) (rappreżentant: M. Ceccaldi, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen u A. Vitro, aġenti)

Suġġett

Talba għal miżuri provviżorji intiża sabiex tinkiseb, skont l-Artikolu 278 TFUE, is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/18/PESK, tal-14 ta’ Jannar 2011, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d'Ivoire (ĠU L 11, p. 36), u, min-naħa l-oħra, tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 25/2011, tal-14 ta’ Jannar 2011, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 560/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire (ĠU L 11, p. 1).

Dispożittiv

(1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal miżuri provviżorji.

(2)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.