22.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/20


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Novembru 2012 — Evonik Industries vs UASI — Impulso Industrial Alternativo (Impulso creador)

(Kawża T-529/11) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Impulso creador - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti IMPULSO - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2012/C 399/36

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Evonik Industries AG (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Albrecht, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni) (rappreżentant: P. Bullock, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Impulso Industrial Alternativo, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: F. Brandolini Kujman u J. Devaureix, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-20 ta’ Ġunju 2011 (Każ R 1101/2010-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Impulso Industrial Alternativo, SA u Evonik Industries AG.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Evonik Industries AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 362, 10.12.2011.