26.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Settembru 2013 — “Rauscher” Consumer Products vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ tampun)

(Kawża T-492/11) (1)

(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva li tirrapreżenta tampun sanitarju - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Artikolu 7 (1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2013/C 313/47

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti:“Rauscher” Consumer Products GmbH (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentant: M. Stütz, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-20 ta’ Lulju 2011 (Każ R 2168/2010-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv li jirrappreżenta tampun sanitarju bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

“Rausche” Consumer Products GmbH għandha tbati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 355, 03.12.2011.