1.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 31/8


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Diċembru 2013 — Colgate-Palmolive vs UASI — dm-drogerie markt (360o SONIC ENERGY)

(Kawża T-467/11) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali 360o SONIC ENERGY - Trade mark internazzjonali verbali preċedenti SONIC POWER - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2014/C 31/13

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Colgate-Palmolive Company (New York, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Zintler u G. Schindler, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: dm-drogerie markt GmbH & Co. KG (Karlsruhe, il-Ġermanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-25 ta’ Mejju 2011 (Każ R 1094/2010-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn dm-drogerie markt GmbH & Co. KG u Colgate-Palmolive Company.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Colgate-Palmolive Company hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 319, 29.10.2011.