Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-12 ta’ Lulju 2012 — Dover vs Il-Parlament

(Kawża C-278/11 P)

“Appell — Regolamenti dwar l-ispejjeż u l-allowances tad-deputati Ewropej — Stħarriġ tal-użu tal-allowances — Allowance ta’ assistenza parlamentari — Ġustifikazzjoni tal-ispejjeż — Irkupru tas-somom imħallsa indebitament”

1.                     Appell — Aggravji — Sempliċi repetizzjoni tal-motivi u tal-argumenti mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali — Assenza ta’ identifikazzjoni tal-iżball ta’ liġi invokat — Inammissibbiltà manifesta (Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 112(1)(ċ)) (ara l-punti 23-28, 48, 56)

2.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Motiv ibbażat fuq in-nuqqas jew l-insuffiċjenza ta’ motivazzjoni — Motiv ibbażat fuq l-ineżattezza tal-motivazzjoni — Distinzjoni (Artikolu 296 TFUE) (ara l-punt 36)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-24 ta’ Marzu 2011, Dover vs Il-Parlament Ewropew (T-149/09), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali annullat parzjalment id-deċiżjoni tas-segretarju ġenerali tal-Parlament Ewropew, tad-29 ta’ Jannar 2009, li jiġu rkuprati ċerti somom indebitament imħallsa lill-appellant bħala spejjeż u allowances parlamentari.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Densmore Ronald Dover huwa kkundannat għall-ispejjeż.