28.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/28


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fit-18 ta’ Ottubru 2011 — IVD GmbH & Co. KG vs Ärztekammer Westfalen-Lippe

(Kawża C-526/11)

(2012/C 25/48)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: IVD GmbH & Co. KG

Konvenuti: Ärztekammer Westfalen-Lippe

Intervenjenti: WWW Druck + Medien GmbH

Domandi preliminari

Korp irregolat bid-dritt pubbliku (hawnhekk: kamra ta’ professjonisti), fis-sens tal-punt c tat-tieni inċiż tal-Artikolu 1(9) tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (1), huwa “[ffinanzjat] mill-biċċa l-kbira, mill-Istat” jew “suġġetti għas-supervizzjoni manigerjali” mill-Istat:

meta l-liġi tawtorizza lill-korp inkwistjoni li jirċievi miżata mingħand il-membri tiegħu, mingħajr ma jiffissa l-ammont u lanqas ma jippreċiża l-portata tal-benefiċċji li dan huwa intiż li jiffinanzja,

iżda li l-iskala ta’ ħlasijiet ta’ taxxi u ta’ drittijiet għandha tiġi approvata mill-Istat?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132.