27.8.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/21 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (L-Italja) fis-17 ta’ Ġunju 2011 — Maria Laura Altavista vs Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato
(Kawża C-303/11)
2011/C 252/40
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Maria Laura Altavista
Konvenuta: Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato
Domandi preliminari
(1) |
Il-provvediment fil-klawżola 4(4) tal-anness tad-Direttiva 1999/70/KE (1), li tgħid li, “Kwalifiki ta’ perjodu ta’ servizz relatati għall-kondizzjonijiet partikolari ta’ l-impjieg għandhom ikunu l-istess għal ħaddiema għal terminu fiss kif ukoll għal ħaddiema permanenti ħlief meta kwalifiki ta’ tul ta’ servizz differenti huma ġustifikati fuq bażi oġġettivi”, moqri flimkien mal-klawżola 5, hekk kif diġà ġiet interpretata mill-Qorti tal-Ġustizzja KE, li tgħid li l-leġiżlazzjoni Taljana, fil-qasam tas-servizz pubbliku, li tipprojbixxi t-tibdil tal-kuntratt ta’ impjieg għal żmien determinat għal kuntratt ta’ impjieg għal żmien indeterminat hija leġittima, jipprekludi l-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-istabbilizzazzjoni tal-ħaddiema prekarji (Artikolu 1(519) tal-Liġi Nru 296/2006) li ppermettiet l-impjieg dirett għal żmien indeterminat tal-ħaddiema diġà impjegati għal żmien determinat, b’eċċezzjoni mir-regola tal-kompetizzjoni pubblika, iżda bit-tneħħija tal-anzjanità fi grad miksuba matul il-perijodu ta’ xogħol għal żmien determinat, jew inkella t-telf tal-anzjanità fi grad, previst mil-leġiżlatur nazzjonali, jagħmel parti minn din l-eċċezzjoni fuq “bażi oġġettivi” għandha tiġi rikonoxxuta fir-rekwiżit li jiġi evitat li l-integrazzjoni ta’ ħaddiema prekarji ssir b’detriment tal-ħaddiema diġà permanenti, liema fatt kien ikun il-każ li kieku tinżamm l-anzjanità fi grad miksuba fir-rigward tal-prekarji? |
(2) |
Il-provvediment iċċitat fil-klawżola 4(4) tal-anness għad-Direttiva 1999/70/KEE, li tgħid li, “Kwalifiki ta’ perjodu ta’ servizz relatati għall-kondizzjonijiet partikolari ta’ l-impjieg għandhom ikunu l-istess għal ħaddiema għal terminu fiss kif ukoll għal ħaddiema permanenti ħlief meta kwalifiki ta’ tul ta’ servizz differenti huma ġustifikati fuq bażi oġġettivi”, moqri flimkien mal-klawżola 5, hekk kif diġà ġiet interpretata mill-Qorti tal-Ġustizzja KE, li tgħid li l-leġiżlazzjoni Taljana, fil-qasam tas-servizz pubbliku, li tipprojbixxi t-tibdil tal-kuntratt ta’ impjieg għal żmien determinat għal kuntratt ta’ impjieg għal żmien indeterminat hija leġittima, jipprekludi l-leġiżlazzjoni nazzjonali li, bla ħsara għall-kisba tal-anzjanità fi grad skont ir-relazzjoni ta’ impjieg għal żmien determinat, tistabbilixxi x-xoljiment tal-kuntratt għal żmien determinat sabiex jiġi introdott kuntratt ieħor ġdid għal żmien indeterminat, differenti minn dak preċedenti u mingħajr ma tinżamm l-anzjanità fi grad miksuba (Artikolu 1(519) Liġi Nru 296/2006)? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368