6.8.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 232/11 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Bíróság (l-Ungerija) fit-18 ta’ April 2011 — Bericap vs Plastinnova 2000
(Kawża C-180/11)
2011/C 232/20
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Fővárosi Bíróság
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Bericap Záródástechnikai bt.
Konvenuta: Plastinnova 2000 kft.
Parti oħra fil-proċedura: Szellemi Tulajdon Nemzeti Hivatala (li kienet Magyar Szabadalmi Hivatal)
Domandi preliminari
(1) |
Miżuri, proċeduri u kumpensi li, fil-kuntest ta’ proċedura ta’ reviżjoni li tikkonċerna talba għall-annullament tal-protezzjoni ta’ mudell ta’ utilità, japplikaw b’mod li l-qorti nazzjonali ma tkunx marbuta bit-talbiet jew dikjarazzjonijiet oħra tal-partijiet li għandhom effetti legali, u li hi għandha s-setgħa li tordna ex officio il-produzzjoni ta’ provi li hija tqis neċessarji, huma konformi mad-dritt tal-Unjoni Ewropea? |
(2) |
Miżuri, proċeduri u kumpensi li, fil-kuntest ta’ proċedura ta’ reviżjoni li tikkonċerna talba għall-annullament tal-protezzjoni ta’ mudell ta’ utilità, japplikaw b’mod li fl-evalwazzjoni tagħha, il-qorti nazzjonali ma tkunx marbuta b’deċiżjoni amministrattiva għal talba għal annullament, u lanqas minn konstatazzjonijiet ta’ fatt li huma effettwati minnha, b’mod partikolari permezz tal-motivi ta’ annullament invokati matul il-proċedura amministrattiva, jew ukoll mid-dikjarazzjonijiet jew affermazzjonijiet ifformulati, jew il-provi prodotti matulha, huma konformi mad-dritt tal-Unjoni Ewropea? |
(3) |
Miżuri, proċeduri u kumpensi li, fil-kuntest ta’ proċedura ta’ reviżjoni li tikkonċerna talba għall-annullament tal-protezzjoni ta’ mudell ta’ utilità, japplikaw b’mod li l-qorti nazzjonali teskludi, minn fost il-provi prodotti fil-kuntest tat-talba ġdida — inklużi dawk minnhom li huma tal-iprem kwalità — dawk li diġa ġew prodotti fuq talba preċedenti għall-annullament tal-protezzjoni ta’ mudell ta’ utilità, huma konformi mad-dritt tal-Unjoni Ewropea? |