11.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fl-1 ta’ April 2011 — Azienda Sanitaria Locale di Lecce vs Ordine degli Ingegneri della Provincia di Lecce et — Università del Salento

(Kawża C-159/11)

2011/C 173/12

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Azienda Sanitaria Locale di Lecce

Konvenuti: Ordine degli Ingegneri della Provincia di Lecce, Consiglio Nazionale degli Ingegneri, Associazione delle Organizzazioni di Ingegneri, di Architettura e di Consultazione Tecnico-Economica (Oice), Etacons srl, Ing. Vito Prato Engineering srl, Barletti — Del Grosso e Associati srl, Ordine degli Architetti della Provincia di Lecce, Consiglio Nazionale degli Architetti, Pianificatori, Paesaggisti e Conservatori (Cnappc)

Intervenjenti ad adiuvendum/parti oħra kkonċernata: Università del Salento

Domanda preliminari

Id-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 1(2)(a) u (d), l-Artikoli 2 u 28 u l-Anness II, kategoriji 8 u 12 tagħha, jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti li jiġu stipulati ftehim bil-miktub bejn żewġ awtoritajiet kontraenti għall-istudju u l-evalwazzjoni tal-vulnerabbiltà siżmika tal-istrutturi tal-isptarijiet li għandhom isiru fid-dawl tal-leġiżlazzjonijiet nazzjonali fil-qasam ta’ sigurtà tal-istrutturi u, b’mod partikolari, bini msejjaħ “strateġiku”, għal ħlas li ma għandux ikun ogħla mill-ispejjeż sostnuti għall-eżekuzzjoni tal-prestazzjoni, u filwaqt li l-amministrazzjoni responsabbli għall-eżekuzzjoni tal-missjoni tkun tista’ tadotta l-kwalità ta’ operatur ekonomiku?


(1)  ĠU L 134, p. 114.