11.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundespatentgericht (il-Ġermanja) fil-25 ta’ Frar 2011 — Alfred Strigl vs Deutsches Patent- und Markenamt

(Kawża C-90/11)

2011/C 173/05

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundespatentgericht.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Alfred Strigl.

Konvenut: Deutsches Patent- und Markenamt.

Domanda preliminari

Ir-raġuni għal rifjut prevista fl-Artikolu 3(1)(b) u/jew (c) tad-Direttiva 2008/95/CE (1) għandha tapplika wkoll għal trade mark verbali komposta minn għaqda ta’ kliem deskrittiv flimkien ma’ sekwenza ta’ ittri li ma hijiex deskrittiva fiha nfisha, meta din is-sekwenza, minħabba li tirriproduċi l-ewwel ittra ta’ kull kelma tal-għaqda ta’ kliem, tinftiehem mill-pubbliku bħala taqsira tal-għaqda ta’ kliem, u li t-trade mark, ikkunsidrata fl-intier tagħha, tista’ għalhekk tinftiehem bħala li hija għaqda ta’ indikazzjonijiet jew ta’ taqsiriet deskrittivi li jispjegaw reċiprokament lil xulxin?


(1)  Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2008, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (Verżjoni kodifikata)

ĠU L 299, p. 25.