SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla)

21 ta’ Ġunju 2012 ( *1 )

“Direttiva 2003/88/KE — Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol — Dritt għal-leave annwali mħallas — Leave tal-mard — Leave annwali li jikkoinċidi ma’ leave tal-mard — Dritt għall-benefiċċju tal-leave annwali mħallas f’perijodu ieħor”

Fil-Kawża C-78/11,

li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja), permezz ta’ deċiżjoni tas-26 ta’ Jannar 2011, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-22 ta’ Frar 2011, fil-proċedura

Asociación Nacional de Grandes Empresas de Distribución (ANGED)

vs

Federación de Asociaciones Sindicales (FASGA),

Federaciόn de Trabajadores Independientes de Comercio (Fetico),

Federaciόn Estatal de Trabajadores de Comercio, Hostelería, Turismo y Juego de UGT,

Federaciόn de Comercio, Hostelería y Turismo de CC.OO.,

IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),

komposta minn M. Safjan, President tal-Awla, M. Ilešič u E. Levits (Relatur), Imħallfin,

Avukat Ġenerali: V. Trstenjak,

Reġistratur: M. Ferreira, Amministratur Prinċipali,

wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tad-29 ta’ Marzu 2012,

wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:

għall-Federación de Asociaciones Sindicales (FASGA), minn J. Caballero Ramos, avukat,

għall-Federación Estatal de Trabajadores de Comercio, Hostelería, Turismo y Juego de UGT, minn J. Jiménez de Eugenio, avukat,

għall-Federación de Comercio, Hostelería y Turismo de CC.OO., minn A. Martín Aguado u J. Jiménez de Eugenio, avukati,

għall-Gvern Spanjol, minn A. Rubio González, bħala aġent,

għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn G. Palatiello, avvocato dello Stato,

għall-Kummissjoni Ewropea, minn S. Pardo Quintillán u M. van Beek, bħala aġenti,

wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,

tagħti l-preżenti

Sentenza

1

It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381), iktar ’il quddiem id-“Direttiva 2003/88”.

2

Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn l-Asociación Nacional de Grandes Empresas de Distribución (iktar ’il quddiem l-“ANGED”) u l-Federación de Asociaciones Sindicales, il-Federaciόn de Trabajadores Independientes de Comercio (Fetico), il-Federaciόn Estatal de Trabajadores de Comercio, Hostelería, Turismo y Juego de UGT u l-Federación del Comercio, Hostelería y Turismo de CC.OO. (iktar ’il quddiem il-“FASGA et”), sindakati li jirrappreżentaw lill-ħaddiema, dwar rikorsi kollettivi ppreżentati minn dawn is-sindikati intiżi li jiġi rrikonoxxut għal ċerti ħaddiema d-dritt li jibbenefikaw mil-leave annwali mħallas tagħhom anki meta dan jikkoinċidi mal-perijodi ta’ leave minħabba inkapaċità temporanja għax-xogħol.

Il-kuntest ġuridiku

Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni

3

L-Artikolu 1 tad-Direttiva 2003/88, intitolat “Għan u skop”, jistabbilixxi :

“1.   Din id-Direttiva tistabbilixxi ħtiġiet minimi tas-siġurtà u s-saħħa għall-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol.

2.   Din id-Diretiva tapplika għal:

a)

perjodi minimi […] ta’ leave annwali […]

[…]”.

4

L-Artikolu 7 ta’ din id-direttiva, intitolat “Leave annwali”, jistabbilixxi :

“1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa ħalli jassiguraw li kull ħaddiem ikun intitolat għal-leave annwali bil-ħlas ta’ mill-anqas erba’ ġimgħat b’konformità mal-kondizzjonijiet għall-intitolament għal, u l-għoti ta’, leave bħal dan stabbilit bil-leġislazzjoni nazzjonali u/jew bil-prattika.

2.   Il-perjodu minimu ta’ leave annwali bil-ħlas ma jistax ikun mibdul b’pagament ta’ benefiċċji bħala kumpens, apparti minn meta r-relazzjoni ta’ l-impieg tkun ġiet itterminata.”

5

L-Artikolu 17 tad-Direttiva 2003/88 jistabbilixxi li l-Istati Membri jistgħu jidderogaw minn ċerti dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva. Ebda deroga ma hija ammessa fir-rigward tal-Artikolu 7 tal-imsemmija direttiva.

Il-leġiżlazzjoni nazzjonali

6

Id-Digriet Irjali Leġiżlattiv 1/1995, dwar l-approvazzjoni tat-test imfassal mill-ġdid tal-Liġi dwar l-Istatut tal-Ħaddiema (Real Decreto Legislativo 1/1995, por el que se aprueba el texto refundido de la Ley del Estatuto de los Trabajadores), tal-24 ta’ Marzu 1995 (BOE Nru 75, tad-29 ta’ Marzu 1995, p. 9654), kif emendat bil-Liġi organika 3/2007 għall-ugwaljanza effettiva bejn nisa u rġiel (Ley orgánica 3/2007 para la igualdad efectiva de mujeres y hombres), tat-22 ta’ Marzu 2007 (BOE Nru 71, tat-23 ta’ Marzu 2007, p. 12611, iktar ’il quddiem l-“Istatut”), jirregola b’mod partikolari l-qasam tal-leave annwali mħallas kif ukoll il-leave minħabba inkapaċitajiet temporanji għax-xogħol.

7

L-Artikolu 38 tal-Istatut jistabbilixxi :

“1.   Il-perijodu ta’ leave annwali mħallas, li ma jistax jiġi ssostitwit b’kumpens finanzjarju, huwa dak li jkun ġie miftiehem permezz ta’ ftehim kollettiv jew kuntratt individwali. Dan il-perijodu f’ebda każ ma jista’ jkun iqsar minn tletin ġurnata kalendarja.

2.   Il-perijodu jew il-perijodi meta jista’ jittieħed il-leave għandhom jiġu stabbiliti bi ftehim bejn l-imprenditur u l-ħaddiem, skont kif ipprovdut, jekk ikun il-każ, fil-ftehim kollettivi dwar l-ippjanar annwali tal-leave.

F’każ ta’ nuqqas ta’ qbil bejn il-partijiet, il-qorti kompetenti għandha tistabbilixxi d-data li fiha għandu jittieħed il-leave, u d-deċiżjoni tagħha ma tistax tiġi appellata. Il-proċedura għandha tkun imħaffa u tingħata prijorità.

3.   Il-kalendarju tal-leave għandu jitfassal f’kull impriża. Il-ħaddiem għandu jsir jaf bid-dati li jikkonċernawh għall-inqas xahrejn qabel il-bidu tal-leave.

Meta l-perijodu tal-leave stabbilit fil-kalendarju tal-leave tal-impriża msemmi fis-subparagrafu preċedenti jikkoinċidi ma’ perijodu ta’ inkapaċità għax-xogħol minħabba tqala, ħlas jew irdigħ, jew mal-perijodu ta’ sospensjoni tal-kuntratt ta’ impjieg previst fl-Artikolu 48(4) ta’ din il-liġi, il-persuna kkonċernata għandha d-dritt tieħu l-leave tagħha fi żmien differenti mill-perijodu ta’ inkapaċità għax-xogħol jew minn perijodu ieħor ta’ leave li tkun intitolata għalih skont din id-dispożizzjoni, wara li jkun għadda l-perijodu ta’ sospensjoni, anki jekk is-sena kalendarja korrispondenti tkun diġà għaddiet.”

8

L-Artikolu 37 tal-ftehim kollettiv tal-istabbilimenti l-kbar għas-sena 2009-2010 jinkludi dispożizzjoni simili għal dik tal-aħħar paragrafu tal-Artikolu 38 tal-Istatut.

9

L-Artikolu 48(4) tal-Istatut jirregola l-każijiet ta’ sospensjoni ta’ kuntratt ta’ impjieg fil-każ ta’ ħlas, ta’ mewt tal-omm wara l-ħlas, ta’ ħlas prematur, ta’ żmien fl-isptar tat-tarbija, ta’ adozzjoni jew ta’ trobbija.

Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari

10

Permezz ta’ rikorsi separati li ngħaqqdu, FASGA et fetħu proċedura għar-riżoluzzjoni ta’ kunflitt kollettiv sabiex jiġi kkonstatat li l-ħaddiema suġġetti għall-ftehim kollettiv tal-istabbilimenti l-kbar għas-sena 2009-2010 jibbenefikaw mil-leave annwali mħallas, anki meta dan jikkoinċidi ma’ perijodi ta’ leave għal inkapaċità għax-xogħol.

11

L-ANGED tqis li l-ħaddiema li jinsabu f’sitwazzjoni ta’ inkapaċità temporanja għax-xogħol qabel il-bidu ta’ perijodu ta’ leave stabbilit bil-quddiem, jew matul dan il-perijodu, ma għandhomx id-dritt li jibbenefikaw mil-leave tagħhom wara li tintemm is-sitwazzjoni ta’ inkapaċità għax-xogħol, ħlief fil-każijiet espressament previsti mill-imsemmi ftehim kollettiv, jiġifieri dawk previsti fl-Artikolu 48(4) tal-Istatut.

12

Permezz ta’ sentenza tat-23 ta’ Novembru 2009, l-Audiencia Nacional laqgħet in toto r-rikors tal-FASGA et.

13

Għalhekk, l-ANGED ippreżentat appell ta’ kassazzjoni quddiem it-Tribunal Supremo minn din is-sentenza.

14

It-Tribunal Supremo jsemmi l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja iżda xorta waħda jqis li hemm bżonn, sa fejn dan l-appell jirrigwarda każ ta’ inkapaċità għax-xogħol li jseħħ wara l-bidu ta’ perijodu ta’ leave annwali mħallas, li jissospendi l-proċedura u li jagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari segwenti:

“L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88 […] jipprekludi interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tippermettix li jiġi interrott il-perijodu ta’ leave sabiex wieħed ikun jista’ igawdi l-leave kollu — jew il-leave li jifdal — f’data sussegwenti fil-każ li jkun hemm diżabbiltà [inkapaċità] temporanja [għax-xogħol] matul il-perijodu tal-leave imsemmi?”

Fuq id-domanda preliminari

15

Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88 għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjonijiet nazzjonali li jistabbilixxu li ħaddiem, li l-inkapaċità tiegħu għax-xogħol isseħħ matul il-perijodu ta’ leave annwali mħallas, ma huwiex intitolat li jibbenefika sussegwentement mill-imsemmi leave annwali li jikkoinċidi mal-perijodu ta’ inkapaċità għax-xogħol.

16

F’dan ir-rigward, għandu l-ewwel nett jitfakkar li skont ġurisprudenza stabbilita, id-dritt għal-leave annwali mħallas ta’ kull ħaddiem għandu jitqies li huwa prinċipju tad-dritt soċjali tal-Unjoni li għandu importanza partikolari, li minnu ma tistax issir deroga u li implementazzjoni tiegħu mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandha ssir biss fil-limiti espressament stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 93/104/KE, tat-23 ta’ Novembru 1993, dwar xi aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 197), liema direttiva ġiet ikkodifikata bid-Direttiva 2003/88 (ara s-sentenza tat-22 ta’ Novembru 2011, KHS, C-214/10, Ġabra p. I-11757, punt 23 u l-ġurisprudenza ċċitata).

17

It-tieni nett, għandu jiġi osservat li d-dritt għal-leave annwali mħallas għandu, bħala prinċipju tad-dritt soċjali tal-Unjoni, mhux biss importanza partikolari, iżda huwa wkoll espressament stabbilit fl-Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li lilu l-Artikolu 6(1) TUE jirrikonoxxi l-istess saħħa legali bħat-Trattati (sentenzi KHS, iċċitata iktar ’il fuq, punt 37, u tat-3 ta’ Mejju 2012, Neidel, C-337/10, punt 40).

18

It-tielet nett, id-dritt għal-leave annwali mħallas ma jistax jiġi interpretat b’mod strett (ara s-sentenza tat-22 ta’ April 2010, Zentralbetriebsrat der Landeskrankenhäuser Tirols, C-486/08, Ġabra p. I-3527, punt 29).

19

Huwa paċifiku, barra minn hekk, li l-għan tad-dritt għal-leave annwali mħallas huwa li jippermetti lill-ħaddiem li jistrieħ u li jkollu perijodu ta’ serħan u ta’ delizzji. Dan l-għan huwa differenti minn dak tad-dritt għal-leave tal-mard. Dan tal-aħħar jingħata lill-ħaddiem sabiex huwa jkun jista’ jfiq minn marda li tikkawża inkapaċità għax-xogħol (ara s-sentenza tal-10 ta’ Settembru 2009, Vicente Pereda, C-277/08, Ġabra p. I-8405, punt 21).

20

Għalhekk, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li mill-għan tad-dritt għal-leave annwali mħallas jirriżulta b’mod partikolari li ħaddiem li jkun bil-leave tal-mard matul perijodu ta’ leave annwali stabbilit bil-quddiem għandu d-dritt, fuq talba tiegħu u sabiex ikun jista’ jibbenefika effettivament mil-leave annwali tiegħu, jieħu dan il-leave fi żmien differenti minn dak li jikkoinċidi mal-perijodu ta’ leave tal-mard (ara s-sentenza Vicente Pereda, iċċitata iktar ’il fuq, punt 22).

21

Mill-ġurisprudenza msemmija iktar ’il fuq, li tirrigwarda ħaddiem f’sitwazzjoni ta’ inkapaċità għax-xogħol qabel il-bidu ta’ perijodu ta’ leave annwali mħallas, jirriżulta li l-mument li fih isseħħ l-imsemmija inkapaċità ma hijiex rilevanti. Konsegwentement, il-ħaddiem għandu d-dritt li jieħu l-leave annwali mħallas tiegħu li jikkoinċidi ma’ perijodu ta’ leave tal-mard fi żmien sussegwenti, u dan irrispettivament mill-mument li fih tkun seħħet din l-inkapaċità għax-xogħol.

22

Fil-fatt, ikun arbitrarju u jmur kontra l-għan tad-dritt għal-leave annwali mħallas, kif speċifikat fil-punt 19 ta’ din is-sentenza, li l-imsemmi dritt jingħata lill-ħaddiem biss bil-kundizzjoni li dan tal-aħħar ikun diġà f’sitwazzjoni ta’ inkapaċità għax-xogħol meta jkun beda l-perijodu ta’ leave annwali mħallas.

23

F’dan il-kuntest, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li l-perijodu l-ġdid tal-leave annwali, li jikkorrispondi għaż-żmien li fih jikkoinċidu l-perijodu ta’ leave annwali inizjalment stabbilit u l-leave tal-mard, u li l-ħaddiem huwa intitolat li jibbenefika minnu wara li jirkupra, jista’ jiġi ffissat, jekk ikun il-każ, lil hinn mill-perijodu ta’ referenza li jikkorrispondi għal-leave annwali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Vicente Pereda, punt 23 u d-dispożittiv).

24

Fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal iktar ’il fuq, ir-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun li l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjonijiet nazzjonali li jistabbilixxu li ħaddiem, li l-inkapaċità tiegħu għax-xogħol isseħħ matul il-perijodu ta’ leave annwali mħallas, ma għandux dritt li jibbenefika sussegwentement mill-imsemmi leave annwali li jikkoinċidi mal-perijodu ta’ inkapaċità għax-xogħol.

Fuq l-ispejjeż

25

Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.

 

Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) taqta’ u tiddeċiedi:

 

L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjonijiet nazzjonali li jistabbilixxu li ħaddiem, li l-inkapaċità tiegħu għax-xogħol isseħħ matul il-perijodu ta’ leave annwali mħallas, ma għandux dritt li jibbenefika sussegwentement mill-imsemmi leave annwali li jikkoinċidi mal-perijodu ta’ inkapaċità għax-xogħol.

 

Firem


( *1 ) Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol.


Partijiet
Motivi tas-sentenza
Parti operattiva

Partijiet

Fil-Kawża C-78/11,

li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja), permezz ta’ deċiżjoni tas-26 ta’ Jannar 2011, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-22 ta’ Frar 2011, fil-proċedura

Asociación Nacional de Grandes Empresas de Distribución (ANGED)

vs

Federación de Asociaciones Sindicales (FASGA),

Federaciόn de Trabajadores Independientes de Comercio (Fetico),

Federaciόn Estatal de Trabajadores de Comercio, Hostelería, Turismo y Juego de UGT,

Federaciόn de Comercio, Hostelería y Turismo de CC.OO. ,

IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),

komposta minn M. Safjan, President tal-Awla, M. Ilešič u E. Levits (Relatur), Imħallfin,

Avukat Ġenerali: V. Trstenjak,

Reġistratur: M. Ferreira, Amministratur Prinċipali,

wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tad-29 ta’ Marzu 2012,

wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:

– għall-Federación de Asociaciones Sindicales (FASGA), minn J. Caballero Ramos, avukat,

– għall-Federación Estatal de Trabajadores de Comercio, Hostelería, Turismo y Juego de UGT, minn J. Jiménez de Eugenio, avukat,

– għall-Federación de Comercio, Hostelería y Turismo de CC.OO., minn A. Martín Aguado u J. Jiménez de Eugenio, avukati,

– għall-Gvern Spanjol, minn A. Rubio González, bħala aġent,

– għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn G. Palatiello, avvocato dello Stato,

– għall-Kummissjoni Ewropea, minn S. Pardo Quintillán u M. van Beek, bħala aġenti,

wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,

tagħti l-preżenti

Sentenza

Motivi tas-sentenza

1. It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381), iktar ’il quddiem id-“Direttiva 2003/88”.

2. Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn l-Asociación Nacional de Grandes Empresas de Distribución (iktar ’il quddiem l-“ANGED”) u l-Federación de Asociaciones Sindicales, il-Federaciόn de Trabajadores Independientes de Comercio (Fetico), il-Federaciόn Estatal de Trabajadores de Comercio, Hostelería, Turismo y Juego de UGT u l-Federación del Comercio, Hostelería y Turismo de CC.OO. (iktar ’il quddiem il-“FASGA et ”), sindakati li jirrappreżentaw lill-ħaddiema, dwar rikorsi kollettivi ppreżentati minn dawn is-sindikati intiżi li jiġi rrikonoxxut għal ċerti ħaddiema d-dritt li jibbenefikaw mil-leave annwali mħallas tagħhom anki meta dan jikkoinċidi mal-perijodi ta’ leave minħabba inkapaċità temporanja għax-xogħol.

Il-kuntest ġuridiku

Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni

3. L-Artikolu 1 tad-Direttiva 2003/88, intitolat “Għan u skop”, jistabbilixxi :

“1. Din id-Direttiva tistabbilixxi ħtiġiet minimi tas-siġurtà u s-saħħa għall-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol.

2. Din id-Diretiva tapplika għal:

a) perjodi minimi […] ta’ leave annwali […]

[…]”.

4. L-Artikolu 7 ta’ din id-direttiva, intitolat “Leave annwali”, jistabbilixxi :

“1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa ħalli jassiguraw li kull ħaddiem ikun intitolat għal-leave annwali bil-ħlas ta’ mill-anqas erba’ ġimgħat b’konformità mal-kondizzjonijiet għall-intitolament għal, u l-għoti ta’, leave bħal dan stabbilit bil-leġislazzjoni nazzjonali u/jew bil-prattika.

2. Il-perjodu minimu ta’ leave annwali bil-ħlas ma jistax ikun mibdul b’pagament ta’ benefiċċji bħala kumpens, apparti minn meta r-relazzjoni ta’ l-impieg tkun ġiet itterminata.”

5. L-Artikolu 17 tad-Direttiva 2003/88 jistabbilixxi li l-Istati Membri jistgħu jidderogaw minn ċerti dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva. Ebda deroga ma hija ammessa fir-rigward tal-Artikolu 7 tal-imsemmija direttiva.

Il-leġiżlazzjoni nazzjonali

6. Id-Digriet Irjali Leġiżlattiv 1/1995, dwar l-approvazzjoni tat-test imfassal mill-ġdid tal-Liġi dwar l-Istatut tal-Ħaddiema (Real Decreto Legislativo 1/1995, por el que se aprueba el texto refundido de la Ley del Estatuto de los Trabajadores), tal-24 ta’ Marzu 1995 (BOE Nru 75, tad-29 ta’ Marzu 1995, p. 9654), kif emendat bil-Liġi organika 3/2007 għall-ugwaljanza effettiva bejn nisa u rġiel (Ley orgánica 3/2007 para la igualdad efectiva de mujeres y hombres), tat-22 ta’ Marzu 2007 (BOE Nru 71, tat-23 ta’ Marzu 2007, p. 12611, iktar ’il quddiem l-“Istatut”), jirregola b’mod partikolari l-qasam tal-leave annwali mħallas kif ukoll il-leave minħabba inkapaċitajiet temporanji għax-xogħol.

7. L-Artikolu 38 tal-Istatut jistabbilixxi :

“1. Il-perijodu ta’ leave annwali mħallas, li ma jistax jiġi ssostitwit b’kumpens finanzjarju, huwa dak li jkun ġie miftiehem permezz ta’ ftehim kollettiv jew kuntratt individwali. Dan il-perijodu f’ebda każ ma jista’ jkun iqsar minn tletin ġurnata kalendarja.

2. Il-perijodu jew il-perijodi meta jista’ jittieħed il-leave għandhom jiġu stabbiliti bi ftehim bejn l-imprenditur u l-ħaddiem, skont kif ipprovdut, jekk ikun il-każ, fil-ftehim kollettivi dwar l-ippjanar annwali tal-leave.

F’każ ta’ nuqqas ta’ qbil bejn il-partijiet, il-qorti kompetenti għandha tistabbilixxi d-data li fiha għandu jittieħed il-leave, u d-deċiżjoni tagħha ma tistax tiġi appellata. Il-proċedura għandha tkun imħaffa u tingħata prijorità.

3. Il-kalendarju tal-leave għandu jitfassal f’kull impriża. Il-ħaddiem għandu jsir jaf bid-dati li jikkonċernawh għall-inqas xahrejn qabel il-bidu tal-leave.

Meta l-perijodu tal-leave stabbilit fil-kalendarju tal-leave tal-impriża msemmi fis-subparagrafu preċedenti jikkoinċidi ma’ perijodu ta’ inkapaċità għax-xogħol minħabba tqala, ħlas jew irdigħ, jew mal-perijodu ta’ sospensjoni tal-kuntratt ta’ impjieg previst fl-Artikolu 48(4) ta’ din il-liġi, il-persuna kkonċernata għandha d-dritt tieħu l-leave tagħha fi żmien differenti mill-perijodu ta’ inkapaċità għax-xogħol jew minn perijodu ieħor ta’ leave li tkun intitolata għalih skont din id-dispożizzjoni, wara li jkun għadda l-perijodu ta’ sospensjoni, anki jekk is-sena kalendarja korrispondenti tkun diġà għaddiet.”

8. L-Artikolu 37 tal-ftehim kollettiv tal-istabbilimenti l-kbar għas-sena 2009-2010 jinkludi dispożizzjoni simili għal dik tal-aħħar paragrafu tal-Artikolu 38 tal-Istatut.

9. L-Artikolu 48(4) tal-Istatut jirregola l-każijiet ta’ sospensjoni ta’ kuntratt ta’ impjieg fil-każ ta’ ħlas, ta’ mewt tal-omm wara l-ħlas, ta’ ħlas prematur, ta’ żmien fl-isptar tat-tarbija, ta’ adozzjoni jew ta’ trobbija.

Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari

10. Permezz ta’ rikorsi separati li ngħaqqdu, FASGA et fetħu proċedura għar-riżoluzzjoni ta’ kunflitt kollettiv sabiex jiġi kkonstatat li l-ħaddiema suġġetti għall-ftehim kollettiv tal-istabbilimenti l-kbar għas-sena 2009-2010 jibbenefikaw mil-leave annwali mħallas, anki meta dan jikkoinċidi ma’ perijodi ta’ leave għal inkapaċità għax-xogħol.

11. L-ANGED tqis li l-ħaddiema li jinsabu f’sitwazzjoni ta’ inkapaċità temporanja għax-xogħol qabel il-bidu ta’ perijodu ta’ leave stabbilit bil-quddiem, jew matul dan il-perijodu, ma għandhomx id-dritt li jibbenefikaw mil-leave tagħhom wara li tintemm is-sitwazzjoni ta’ inkapaċità għax-xogħol, ħlief fil-każijiet espressament previsti mill-imsemmi ftehim kollettiv, jiġifieri dawk previsti fl-Artikolu 48(4) tal-Istatut.

12. Permezz ta’ sentenza tat-23 ta’ Novembru 2009, l-Audiencia Nacional laqgħet in toto r-rikors tal-FASGA et .

13. Għalhekk, l-ANGED ippreżentat appell ta’ kassazzjoni quddiem it-Tribunal Supremo minn din is-sentenza.

14. It-Tribunal Supremo jsemmi l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja iżda xorta waħda jqis li hemm bżonn, sa fejn dan l-appell jirrigwarda każ ta’ inkapaċità għax-xogħol li jseħħ wara l-bidu ta’ perijodu ta’ leave annwali mħallas, li jissospendi l-proċedura u li jagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari segwenti:

“L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88 […] jipprekludi interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tippermettix li jiġi interrott il-perijodu ta’ leave sabiex wieħed ikun jista’ igawdi l-leave kollu — jew il-leave li jifdal — f’data sussegwenti fil-każ li jkun hemm diżabbiltà [inkapaċità] temporanja [għax-xogħol] matul il-perijodu tal-leave imsemmi?”

Fuq id-domanda preliminari

15. Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88 għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjonijiet nazzjonali li jistabbilixxu li ħaddiem, li l-inkapaċità tiegħu għax-xogħol isseħħ matul il-perijodu ta’ leave annwali mħallas, ma huwiex intitolat li jibbenefika sussegwentement mill-imsemmi leave annwali li jikkoinċidi mal-perijodu ta’ inkapaċità għax-xogħol.

16. F’dan ir-rigward, għandu l-ewwel nett jitfakkar li skont ġurisprudenza stabbilita, id-dritt għal-leave annwali mħallas ta’ kull ħaddiem għandu jitqies li huwa prinċipju tad-dritt soċjali tal-Unjoni li għandu importanza partikolari, li minnu ma tistax issir deroga u li implementazzjoni tiegħu mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandha ssir biss fil-limiti espressament stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 93/104/KE, tat-23 ta’ Novembru 1993, dwar xi aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 197), liema direttiva ġiet ikkodifikata bid-Direttiva 2003/88 (ara s-sentenza tat-22 ta’ Novembru 2011, KHS, C-214/10, Ġabra p. I-11757, punt 23 u l-ġurisprudenza ċċitata).

17. It-tieni nett, għandu jiġi osservat li d-dritt għal-leave annwali mħallas għandu, bħala prinċipju tad-dritt soċjali tal-Unjoni, mhux biss importanza partikolari, iżda huwa wkoll espressament stabbilit fl-Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li lilu l-Artikolu 6(1) TUE jirrikonoxxi l-istess saħħa legali bħat-Trattati (sentenzi KHS, iċċitata iktar ’il fuq, punt 37, u tat-3 ta’ Mejju 2012, Neidel, C-337/10, punt 40).

18. It-tielet nett, id-dritt għal-leave annwali mħallas ma jistax jiġi interpretat b’mod strett (ara s-sentenza tat-22 ta’ April 2010, Zentralbetriebsrat der Landeskrankenhäuser Tirols, C-486/08, Ġabra p. I-3527, punt 29).

19. Huwa paċifiku, barra minn hekk, li l-għan tad-dritt għal-leave annwali mħallas huwa li jippermetti lill-ħaddiem li jistrieħ u li jkollu perijodu ta’ serħan u ta’ delizzji. Dan l-għan huwa differenti minn dak tad-dritt għal-leave tal-mard. Dan tal-aħħar jingħata lill-ħaddiem sabiex huwa jkun jista’ jfiq minn marda li tikkawża inkapaċità għax-xogħol (ara s-sentenza tal-10 ta’ Settembru 2009, Vicente Pereda, C-277/08, Ġabra p. I-8405, punt 21).

20. Għalhekk, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li mill-għan tad-dritt għal-leave annwali mħallas jirriżulta b’mod partikolari li ħaddiem li jkun bil-leave tal-mard matul perijodu ta’ leave annwali stabbilit bil-quddiem għandu d-dritt, fuq talba tiegħu u sabiex ikun jista’ jibbenefika effettivament mil-leave annwali tiegħu, jieħu dan il-leave fi żmien differenti minn dak li jikkoinċidi mal-perijodu ta’ leave tal-mard (ara s-sentenza Vicente Pereda, iċċitata iktar ’il fuq, punt 22).

21. Mill-ġurisprudenza msemmija iktar ’il fuq, li tirrigwarda ħaddiem f’sitwazzjoni ta’ inkapaċità għax-xogħol qabel il-bidu ta’ perijodu ta’ leave annwali mħallas, jirriżulta li l-mument li fih isseħħ l-imsemmija inkapaċità ma hijiex rilevanti. Konsegwentement, il-ħaddiem għandu d-dritt li jieħu l-leave annwali mħallas tiegħu li jikkoinċidi ma’ perijodu ta’ leave tal-mard fi żmien sussegwenti, u dan irrispettivament mill-mument li fih tkun seħħet din l-inkapaċità għax-xogħol.

22. Fil-fatt, ikun arbitrarju u jmur kontra l-għan tad-dritt għal-leave annwali mħallas, kif speċifikat fil-punt 19 ta’ din is-sentenza, li l-imsemmi dritt jingħata lill-ħaddiem biss bil-kundizzjoni li dan tal-aħħar ikun diġà f’sitwazzjoni ta’ inkapaċità għax-xogħol meta jkun beda l-perijodu ta’ leave annwali mħallas.

23. F’dan il-kuntest, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li l-perijodu l-ġdid tal-leave annwali, li jikkorrispondi għaż-żmien li fih jikkoinċidu l-perijodu ta’ leave annwali inizjalment stabbilit u l-leave tal-mard, u li l-ħaddiem huwa intitolat li jibbenefika minnu wara li jirkupra, jista’ jiġi ffissat, jekk ikun il-każ, lil hinn mill-perijodu ta’ referenza li jikkorrispondi għal-leave annwali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Vicente Pereda, punt 23 u d-dispożittiv).

24. Fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal iktar ’il fuq, ir-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun li l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjonijiet nazzjonali li jistabbilixxu li ħaddiem, li l-inkapaċità tiegħu għax-xogħol isseħħ matul il-perijodu ta’ leave annwali mħallas, ma għandux dritt li jibbenefika sussegwentement mill-imsemmi leave annwali li jikkoinċidi mal-perijodu ta’ inkapaċità għax-xogħol.

Fuq l-ispejjeż

25. Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.

Parti operattiva

Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) taqta’ u tiddeċiedi:

L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzj oni tal-ħin tax-xogħol, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjonijiet nazzjonali li jistabbilixxu li ħaddiem, li l-inkapaċità tiegħu għax-xogħol isseħħ matul il-perijodu ta’ leave annwali mħallas, ma għandux dritt li jibbenefika sussegwentement mill-imsemmi leave annwali li jikkoinċidi mal-perijodu ta’ inkapaċità għax-xogħol.