26.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-29 ta’ Novembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel București — Ir-Rumanija) — C Gran Via Moinești Srl vs Agenția Națională de Administrare Fiscală (ANAF), Administrația Finanțelor Publice București

(Kawża C-257/11) (1)

(Direttiva 2006/112/KE - Taxxa fuq il-valur miżjud - Artikoli 167, 168 u 185 - Dritt għal tnaqqis - Regolarizzazzjoni tat-tnaqqis - Akkwist ta’ art u ta’ bini mibni fuq din tal-aħħar, sabiex dan il-bini jitwaqqa’ u l-ħolqien ta’ proġett ta’ proprjetà immobbli fuq din l-art)

2013/C 26/14

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel București

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: C Gran Via Moinești Srl

Konvenuta: Agenția Națională de Administrare Fiscală (ANAF), Administrația Finanțelor Publice București

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Curtea de Apel București — Interpretazzjoni tal-Artikoli 167, 168 u 185(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Dritt għat-tnaqqis tal-VAT relatata max-xiri ta’ bini bl-intenzjoni li jitwaqqa’ sabiex jitwettaq proġett ta’ bini — Attività ekonomika qabel it-twettiq tal-proġett ta’ bini, li tikkonsisti fl-ewwel spejjeż ta’ investiment magħmula għall-bżonnijiet tat-twettiq tal-imsemmi proġett — Aġġustament tat-tnaqqis tal-VAT

Dispożittiv

(1)

L-Artikoli 167 u 168 tad-Direttiva 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fiċ-ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, kumpannija li kienet xtrat art u bini mibni fuq din tal-aħħar, intiża għat-twaqqigħ ta’ dan u tal-bini ta’ kumpless residenzjali fuq din l-art, għandha d-dritt li tnaqqas il-VAT fir-rigward tal-akkwist tal-imsemmi bini

(2)

L-Artikolu 185 tad-Direttiva 2006/112 għandu jiġi interpretat fis-sens li, fiċ-ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, it-twaqqigħ ta’ bini, akkwistat flimkien mal-art li fuqha ġie mibni, li twettaq sabiex jinbena kumpless residenzjali minflok dan il-bini, ma jinvolvix obbligu li jiġi aġġustat it-tnaqqis tal-bidu magħmul għal VAT fir-rigward tal-akkwist tal-imsemmi bini


(1)  ĠU C 238, 13.8.2011