27.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 123/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ Marzu 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Arbeidshof te Antwerpen il-Belġju) — Aldegonda van den Booren vs Rijksdienst voor Pensioenen

(Kawża C-127/11) (1)

(Sigurtà soċjali tal-ħaddiema migranti - Artikolu 46a tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 - Regoli nazzjonali antikumulu - Pensjoni tax-xjuħija - Żieda tal-ammont imħallas minn Stat Membru - Pensjoni tas-superstiti - Tnaqqis tal-ammont imħallas minn Stat Membru ieħor)

2013/C 123/03

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Arbeidshof te Antwerpen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Aldegonda van den Booren

Konvenut: Rijksdienst voor Pensioenen

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Arbeidshof te Antwerpen — Interpretazzjoni tal-Artikoli 10 KE, 39 KE u 42 KE (li saru l-Artikoli 4(3) TUE, 45 TFUE u 48 TFUE rispettivament) u tal-Artikolu 46a(3)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35) — Benefiċċji — Regoli nazzjonali antikumulu — Tnaqqis tal-ammont tal-pensjoni tas-superstiti mogħtija mill-ewwel Stat Membru minħabba ż-żieda tal-pensjoni tax-xjuħija mogħtija minn Stat Membru ieħor

Dispożittiv

L-Artikolu 46a tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità, fil-verżjoni tiegħu emendata u implementata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97, tat-2 ta’ Diċembru 1996, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1386/2001, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Ġunju 2001, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tinkludi klawżola li abbażi tagħha pensjoni tas-superstiti rċevuta f’dan l-Istat Membru titnaqqas wara ż-żieda fil-pensjoni tax-xjuħija ppreċepita abbażi tal-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru ieħor, bla ħsara, b’mod partikolari, għall-osservanza tal-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 46a(3)(d).

L-Artikolu 45 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li lanqas huwa ma jipprekludi l-applikazzjoni ta’ tali leġiżlazzjoni nazzjonali sa fejn din ma twassalx, għall-persuna kkonċernata, għal sitwazzjoni li ma hijiex favorevoli meta mqabbla ma’ dik li tinsab fiha persuna li s-sitwazzjoni tagħha ma tinvolvi l-ebda element transkonfinali u, fil-każ fejn l-eżistenza ta’ tali żvantaġġ ikun ikkonstatat li tkun iġġustifikata minn kunsiderazzjonijiet oġġettivi kif ukoll proporzjonati fir-rigward tal-għan leġittimament imfittex mid-dritt nazzjonali, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.


(1)  ĠU C 152, 21.5.2011.