26.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-22 ta’ Novembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Rejonowy Poznań — il-Polonja) — Bank Handlowy w Warszawie SA, PPHU “ADAX”/Ryszard Adamiak vs Christianapol sp. z o.o.

(Kawża C-116/11) (1)

(Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (KE) Nru 1346/2000 - Proċedimenti ta’ falliment - Kunċett ta’ “għeluq tal-proċedimenti” - Possibbiltà għall-qorti li quddiemha jitressaq proċediment sekondarju ta’ falliment li tevalwa l-istat ta’ falliment tad-debitur - Possibbiltà li jinfetaħ proċediment ta’ stralċ bħala proċediment sekondarju ta’ falliment meta l-proċediment prinċipali jkun proċediment ta’ salvagwardja)

2013/C 26/07

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Rejonowy Poznań-Stare Miasto w Poznaniu

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bank Handlowy w Warszawie SA, PPHU “ADAX”/Ryszard Adamiak

Konvenuta: Christianapol sp. z o.o

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Sąd Rejonowy Poznań — Interpretazzjoni tal-Artikolu 4(1) u (2)(j) kif ukoll tal-Artikolu 27 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000, tad-29 ta’ Mejju 2000, dwar proċedimenti ta’ falliment (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 1. p. 91) — Proċedimenti sekondarji ta’ falliment — Dritt tal-qorti kompetenti li tiftaħ tali proċediment sabiex teżamina l-falliment tad-debitur

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 4(2)(j) tar-Regolament (KE) tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000, tad-29 ta’ Mejju 2000, dwar proċedimenti ta’ falliment, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 788/2008, tal-24 ta’ Lulju 2008, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa d-dritt nazzjonali tal-Istat Membru fejn jinfetaħ il-proċediment ta’ falliment li għandu jiddetermina l-mument li fih jingħalaq dan il-proċediment.

(2)

L-Artikolu 27 tar-Regolament Nru 1346/2000, kif emendat bir-Regolament Nru 788/2008, għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti l-ftuħ ta’ proċediment sekondarju ta’ falliment fl-Istat Membru fejn ikun jinsab stabbiliment tad-debitur f’sitwazzjoni fejn il-proċediment prinċipali jkollu għan protettiv. Il-qorti li jkollha ġurisdizzjoni tiftaħ proċediment sekondarju għandha, filwaqt li tosserva l-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali, tieħu inkunsiderazzjoni l-għanijiet tal-proċediment prinċipali u l-istruttura tar-Regolament.

(3)

L-Artikolu 27 tar-Regolament Nru 1346/2000, kif emendat bir-Regolament Nru 788/2008, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-qorti li quddiemha titressaq talba għall-ftuħ ta’ proċediment sekondarju ta’ falliment ma tistax teżamina l-istat ta’ falliment tad-debitur li fil-konfront tiegħu jkun infetaħ proċediment prinċipali fi Stat Membru, lanqas jekk dan il-proċediment tal-aħħar ikollu għan protettiv.


(1)  ĠU C 152, 21.5.2011.