26.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/29


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2010 — Wohlfahrt vs UASI — Ferrero (Kindertraum)

(Kawża T-580/10)

2011/C 63/55

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Harald Wohlfahrt (Rothenburg o.d. Tauber, il-Ġermanja) (rappreżentant: N. Scholz-Recht, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Ferrero SpA (Alba, l-Italja)

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tas-27 ta’ Mejju 2009 (Oppożizzjoni Nru B 668 600) u d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-20 ta’ Ottubru 2010 fil-Każ R 815/2009-4;

tippermetti r-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja “Kindertraum”, Applikazzjoni Nru 002773059, għall-prodotti kollha fil-klassijiet 16 u 28 inklużi fl-applikazzjoni għal reġistrazzjoni;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrent

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “Kindertraum” għal prodotti fil-klassijiet 15, 16, 20, 21 u 28

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ferrero SpA

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: total ta’ 32 trade mark preċedenti li fihom il-kelma “kinder” xi uħud minnhom figurattivi, oħrajn bħala element verbali ta’ trade mark u oħrajn b’mod iżolat, b’mod partikolari t-trade mark verbali Taljana “kinder” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 28, 30 u 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa u applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 42(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1) minħabba nuqqas ta’ prova ta’ użu wara l-isakdenza tal-perijodu ta’ grazzja matul il-proċedimenti ta’ oppożizzjoni. Nuqqas ta’ ġustifikazzjoni formali tad-deċiżjoni kkontestata, peress li fid-deċiżjoni tiegħu l-Bord tal-Appell ma kienx ikkunsidra l-motivi mressqa wara dan l-appell u l-oġġezzjoni għat-trade mark. Barra minn hekk, hemm reġistrazzjoni ta’ trade mark abbużiva, peress li l-uniku għan tal-proprjetarju tat-trade mark preċedenti kien li jara kif jagħmel sabiex jimmonopolizza t-terminu “kinder”. Fl-aħħar nett, hemm ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009, peress li ma hemm ebda probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).