27.3.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 80/40 |
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Jannar 2010 — ING Groep vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-33/10)
2010/C 80/66
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: ING Groep NV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: O. Brouwer, M. Knapen u J. Blockx, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata, ukoll minħabba nuqqas ta’ raġunament jew raġunament inadegwat, sa fejn id-deċiżjoni tikkwalifika l-emenda għat-tranżazzjoni CTI bħala għajnuna addizzjonali ta’ EUR 2 biljuni. |
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata, ukoll minħabba nuqqas ta’ raġunament jew raġunament inadegwat, sa fejn il-Kummissjoni issuġġettat l-approvazzjoni tal-għajnuna għall-aċċettazzjoni ta’ projbizzjonijiet ta’ price leadership kif stabbilit fid-deċiżjoni u fl-Anness II tagħha; |
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata, ukoll minħabba naqqas ta’ raġunament jew raġunament inadegwat, sa fejn il-Kummissjoni issuġġettat l-approvazzjoni tar-rekwiżiti ta’ ristrutturar tal-għajnuna lil hinn minn dak li huwa xieraq u meħtieġ taħt il-Komunikazzjoni ta’ Ristrutturazzjoni. |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Fil-kuntest tat-taqlib fis-swieq finanzjarji f’Settembru/Ottubru 2008, l-Istat Olandiż, fil-11 ta’ Novembru 2008, ikkontribwixxa EUR 10 biljun ta’ kapital Core Tier 1 (iktar ’il quddiem it-“Tranżazzjoni CTI”) f’ING (iktar ’il quddiem ir-“rikorrenti”). Din il-miżura ta’ għajnuna kienet approvata provviżorjament mill-Kummissjoni Ewropea fit-12 ta’ Novembru 2008 għal perijodu ta’ sitt xhur.
F’Jannar 2009, l-Istat Olandiż qabel li jkopri r-riskju ekonomiku relatat ma’ parti ta’ xi uħud mill-attivi indeboliti tar-rikorrenti. Din il-miżura kienet provviżorjament approvata mill-Kummissjoni Ewropea fil-21 ta’ Marzu 2009, fejn l-Istat Olandiż impenna ruħu li jippreżenta pjan ta’ ristrutturazzjoni li jikkonċerna r-rikorrenti. F’Ottubru 2009, ir-rikorrenti u l-Istat Olandiż ikkonkludew emenda għat-tranżazzjoni CTI oriġinali sabiex isir ħlas mill-ġdid kmieni ta’ nofs il-kontribuzzjoni tal-kapital CTI. Verżjoni finali tal-pjan ta’ ristrutturazzjoni tar-rikorrenti tressqet quddiem il-Kummissjoni fit-22 ta’ Ottubru 2009.
Fit-18 ta’ Novembru 2009, il-Kummissjoni adottat id-deċiżjoni kkontestata li fiha hija approvat il-miżura ta’ għajnuna suġġetta għall-impenji ta’ ristrutturazzjoni mniżżla fl-Anness I u II tad-deċiżjoni.
Permezz tal-applikazzjoni tagħha, ir-rikorrenti titlob l-annullament parzjali tad-deċiżjoni, tat-18 ta’ Novembru 2009, dwar l-għajnuna mill-Istat Nru C 10/2009 (ex N 138/2009) implementata mill-Pajjiżi l-Baxxi għall-faċilità ta’ sostenn ta’ attivi mhux likwidi u għall-pjan ta’ ristrutturazzjoni tar-rikorrenti sa fejn huwa allegat li din (i) tikkwalifika l-emenda għat-tranżazzjoni CTI bħala għajnuna addizzjonali ta’ EUR 2 biljuni, (ii) issuġġettat l-approvazzjoni tal-għajnuna għall-aċċettazzjoni ta’ projbizzjonijiet ta’ price leadership u (iii) tissuġġetta l-approvazzjoni tal-għajnuna għal rekwiżiti ta’ ristrutturazzjoni li jmorru lil hinn minn dak li huwa proporzjonat u meħtieġ taħt il-Komunikazzjoni ta’ Ristrutturazzjoni.
Ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata għandha tiġi annullata parzjalment minħabba r-raġunijiet li ġejjin:
|
Abbażi tal-ewwel talba tagħha, relata mal-emenda għat-tranżazzjoni CTI, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni:
|
|
Abbażi tat-tieni talba tagħha, relatata mal-projbizzjoni tal-price leadership għal ING u ING Direct, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni:
|
|
Abbażi tat-tielet talba tagħha, dwar ir-rekwiżiti ta’ ristrutturazzjoni disproporzjonati, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni hija vvizzjata bi:
|