26.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/45


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Novembru 2012 — Crocs vs UASI — Holey Soles Holdings u PHI (Disinni ta’ żarbuna)

(Kawża T-302/10) (1)

(Trade mark Komunitarja - Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Irtirar tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

2013/C 26/87

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Crocs, Inc. (Niwot, l-Istati Uniti) (rappreżentant: I.R. Craig, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Hanne, aġent)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Holey Soles Holdings Ltd (Vancouver, il-Kanada); u Partenaire Hospitalier International (La Haie Foissière, Franza)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI, tas-26 ta’ Marzu 2010 (Każ R 9/2008-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Holey Shoes Holdings Ltd u Partenaire Hospitalier International u Crocs, Inc.

Dispożittiv

(1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

(2)

Ir-rikorrenti hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-konvenut.


(1)  ĠU C 260, 25.9.2010.