26.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/44


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Novembru 2012 — Steinberg vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-17/10) (1)

(Rikors għal annullament - Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti dwar id-deċiżjonijiet ta’ finanzjament fir-rigward tas-sussidji mogħtija lil organizzazzjonijiet mhux tal-gvern Iżraeljani u Palestinjani fil-kuntest tal-programm ‘Sħubija għall-paċi’ u tal-Istrument Ewropew għad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem - Rifjut parzjali ta’ aċċess - Eċċezzjoni marbuta mal-interess pubblika fir-rigward tas-sigurtà pubblika - Obbligu ta’ motivazzjoni - Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt)

2013/C 26/86

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Gerald Steinberg (Ġerusalem, l-Iżrael) (rappreżentant: T. Asserson, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Tufvesson u C. ten Dam, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni SG.E.3/MV/psi D(2009) 3914, tal-15 ta’ Mejju 2009, li ċaħdet l-aċċess sħiħ lir-rikorrent għal ċerti dokumenti dwar id-deċiżjonijiet ta’ finanzjament fir-rigward tas-sussidji mogħtija lil organizzazzjonijiet mhux tal-gvern Iżraeljani u Palestinjani fil-kuntest tal-programm “Sħubija għall-paċi” u tal-Istrument Ewropew għad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem (IEDDB)

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala parzjalment manifestament inammissibbli u bħala parzjalment manifestament infondat fid-dritt.

(2)

G. Steinberg għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk tal-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 80, 27.3.2010.