Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ Diċembru 2011 – Alcoa Trasformazioni vs Il‑Kummissjoni

(Kawża C‑446/10 P(R))

“Appell – Proċeduri għal miżuri provviżorji – Għajnuna mill-Istat – Tariffi preferenzjali ta’ provvista ta’ elettriku – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha – Ċaħda tat-talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Urġenza”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni li tordna l-irkupru ta’ għajnuna mill-Istat - Kundizzjonijiet għall-għoti - Dannu gravi u irreparabbli - Sitwazzjoni materjali tar-rikorrent - Evalwazzjoni fid-dawl tas-sitwazzjoni tal-grupp ta’ appartenenza (Artikolu 278 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 83(2); Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 17, 18, 20‑22)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni li tordna l-irkupru ta’ għajnuna mill-Istat - Kundizzjonijiet għall-għoti - Dannu gravi u irreparabbli - Teħid inkunsiderazzjoni tal-interessi oġġettivi tal-impriża kkonċernata sabiex tissopravvivi indipendentement mill-membri tal-grupp ta’ appartenenza tagħha - Esklużjoni - Interessi ta’ grupp li ma humiex ta’ natura awtonoma meta mqabbla ma’ dawk tal-membri tiegħu (Artikolu 278 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 83(2); Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 18, 20)

3.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni li tordna l-irkupru ta’ għajnuna mill-Istat - Kundizzjonijiet għall-għoti - Dannu gravi u irreparabbli - Insolvenza tal-impriża kkonċernata - Assenza ta’ rabta neċessarja mal-kundizzjoni tal-urġenza (Artikolu 278 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 83(2); Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punt 22)

4.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà -Sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni li tordna l-irkupru ta’ għajnuna mill-Istat - Eżistenza ta’ rimedji quddiem il-qorti nazzjonali kontra l-miżuri nazzjonali ta’ eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ rilevanza għall-ammissibbiltà tat-talba għal miżuri provviżorji - Setgħa tal-qorti tal-Unjoni li tieħu inkunsiderazzjoni tali rimedji fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-mertu tat-talba għal miżuri provviżorji (Artikolu 278 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 83(2); Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 46‑48)

5.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Dannu gravi u irreparabbli - Natura irreparabbli tad-dannu - Evalwazzjoni fuq il-bażi biss tal-inċertezza marbuta mal-kumpens għal dannu pekunjarju fil-kuntest ta’ eventwali rikors għad-danni - Inammissibbiltà (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 83(2); Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 54‑57)

6.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Fumus boni juris - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Natura kumulattiva - Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni - Ordni ta’ eżami u metodu ta’ verifika - Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE, Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 83(2); Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 63‑66)

Suġġett

Appell mid-digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Lulju 2010, Alcoa Transformazioni vs Il‑Kummissjoni (T‑177/10 R) - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 8112 finali, tad-19 ta’ Novembru 2009, dwar l-għajnuna mill-Istat C 38/A/2004 (ex NN 58/2004) u C 36/B/2006 (ex NN 38/2006), mogħtija mir-Repubblika Taljana lil Alcoa Trasformazioni srl.

Disposittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Alcoa Trasformazioni Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.