9.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/16


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Awwissu 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

(Kawża C-390/10)

()

2010/C 274/23

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Braun u L. de Schietere de Lophem, aġenti)

Konvenuta: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

Talbiet

Tikkonstata li billi ma addottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2007/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar l-eżerċizzju ta’ ċerti drittijiet tal-azzjonisti ta’ kumpanniji kkwotati (1) jew, fi kwalunkwe każ, billi ma kkomunikahomx lill-Kummissjoni, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva;

tikkundanna lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2007/36/KE skada fit-3 ta’ Awwissu 2009. Issa, fid-data tal-preżentata ta’ dan ir-rikors, il-konvenut kien għadu ma adottax l-miżuri kollha neċessarji sabiex jittrasponi d-direttiva jew, fi kwalunkwe każ, ma kienx innotifikahom lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 184, p. 17.