9.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Unabhängigen Verwaltungssenat Wien (l-Awstrija) fid-29 ta’ Lulju 2010 — Erich Albrecht, Thomas Neumann, Van-Ly Sundara, Alexander Svoboda u Stefan Toth

(Kawża C-382/10)

()

2010/C 274/19

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Unabhängigen Verwaltungssenat Wien

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Erich Albrecht, Thomas Neumann, Van-Ly Sundara, Alexander Svoboda, Stefan Toth

Konvenut: Landeshauptmann von Wien

Domandi preliminari

(1)

Liema huma l-kriterji li jippermettu li jiġi stabbilit jekk prodotti tal-ikel ma jkunx tajjeb għall-konsum mill-bniedem fit-tifsira tal-punt 3 tal-Kapitolu IX tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 (1)? Il-fatt li xerrej potenzjali seta’ miss prodott offrut għall-bejgħ jew seta’ għatas fuqu huwa biżżejjed sabiex jiġi stabbilit dan?

(2)

Liema huma l-kriterji li jippermettu li jiġi stabbilit jekk prodott tal-ikel huwiex perikoluż għas-saħħa fit-tifsira tal-punt 3 tal-Kapitolu IX tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 852/2004? Il-fatt li xerrej potenzjali seta’ miss prodott offrut għall-bejgħ jew seta’ għatas fuqu huwa biżżejjed sabiex jiġi stabbilit dan?

(3)

Liema huma l-kriterji li jippermettu li jiġi stabbilit jekk ikunx hemm kontaminazzjoni b’tali mod li ċertu prodott tal-ikel ma jistax raġonevolment jibqa’ jitqies bħala li jista’ jiġi kkunsmat f’dak l-istat fit-tifsira tal-Kapitolu IX tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 852/2004? Il-fatt li xerrej potenzjali seta’ miss prodott offrut għall-bejgħ jew seta’ għatas fuqu huwa biżżejjed sabiex jiġi stabbilit dan?


(1)  Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar l-iġjene tal-oġġetti [prodotti] tal-ikel (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 34, p. 319).