9.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Craiova (Ir-Rumanija) fis-6 ta’ Lulju 2010 — Administrația Finanțelor Publice a Municipiului Târgu-Jiu, Administrația Fondului pentru Mediu vs Victor Vinel Ijac

(Kawża C-336/10)

()

2010/C 274/11

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Craiova

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Administrația Finanțelor Publice a Municipiului Târgu-Jiu, Administrația Fondului pentru Mediu

Konvenuta: Victor Vinel Ijac

Domanda preliminari

L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 110 TFUE (ex Artikolu 90 KE) għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprojbixxi Stat Membru milli jistabilixxi taxxa li għandha l-karatteristiċi tat-taxxa dwar l-inkwinament irregolata mill-OUG Nru 50/2008, li jissuġġetta r-reġistrazzjoni fir-Rumanija ta’ vetturi bil-mutur użati importati u rreġistrati preċedentement fi Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea għall-ħlas tat-taxxa dwar l-inkwinament, filwaqt li tali taxxa mhijiex dovuta fil-każ ta’ vetturi bil-mutur użati rreġistrati fir-Rumanija meta dawn jinbiegħu u għalhekk jiġu rreġistrati mill-ġdida, peress li tali taxxa tista’ tirrappreżenta taxxa interna fuq beni li joriġinaw minn Stati Membri oħra li hija indirettament diskriminatorja fir-rigward tat-taxxa fuq il-prodotti nazzjonali?