28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/27


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curte de Apel Bacău (ir-Rumanija) fid-29 ta’ Ġunju 2010 — Ministerul Justiției și Libertăților Cetățenești vs Ștefan Agafiței et

(Kawża C-310/10)

()

2010/C 234/44

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curte de Apel Bacău

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Ministerul Justiției și Libertăților Cetățenești

Konvenuti: Ștefan Agafiței, Apetroaei Raluca, Bărbieru Marcel, Budeanu Sorin, Chiagă Luminița, Crăciun Mihaela, Curpăn Sorin-Vasile, Dabija Mihaela, Damian Mia-Cristina, Danalache Sorina, Dogaru Oana-Alina, Dorneanu Geanina, Galavan Adina-Cătălina, Grancea Gabriel, Radu (Hobjilă) Mădălina, Iacobuț Nicolae Cătălin, Lăcătușu Roxana, Lupașcu Sergiu, Maftei Smaranda, Mărmureanu Silvia, Oborocianu Maria, Panfil Simona, Pânzaru Oana-Georgeta, Păduraru Laurențiu, Pîrjol-Năstase Elena, Pocovnicu Ioana, Pușcașu Alina, Ștefănescu Cezar, Ștefănescu Roxana, Țimiraș Ciprian, Vintilă Cristina

Partijiet oħra: Tribunalul Bacău, Curtea de Apel Bacău, Ministerul Economiei si Finanțelor Publice, Consiliul Național pentru Combaterea Discriminării

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 15 tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE, li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrespettivament mill-oriġini tar-razza jew etniċità (1), u l-Artikolu 17 tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (2) — li t-tnejn li huma ġew trasposti fid-dritt intern permezz tal-OG [Ordonanța Guvernului (Digriet Governattiv)] Nru 137/2000, kif ippubblikat mill-ġdid u emendat — jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali jew sentenza tal-Curte Constituțională (Qorti Kostituzzjonali Rumena) li tipprojbixxi lill-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali milli jirrikonoxxu lir-rikorrenti, li soffrew diskriminazzjoni, dritt għall-kumpens tad-danni materjali u/jew morali li jitqies adegwat fil-każijiet fejn il-kumpens għad-danni kkawżati minn diskriminazzjoni huwa marbut ma’ drittijiet fir-rigward tas-salarji previsti mil-liġi u mogħtija lil kategorija soċjoprofessjonali differenti minn dik li jagħmlu parti minnha r-rikorrenti? F’dan is-sens isir riferiment għas-sentenzi tal-Curte Constituțională tal-4 ta’ Diċembru 2008, Nru 1325, u tal-25 ta’ Frar 2010, Nru 146.

(2)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda, il-qorti nazzjonali hija marbuta tistenna r-revoka jew l-emenda tad-dispożizzjonijiet ta’ liġi nazzjonali u/jew bdil tal-ġurisprudenza tal-Curte Constituțională, li huma, jekk ikun il-każ, kuntrarji għad-dispożizzjonijiet Komunitarji, jew tali qorti hija marbuta tapplika b’mod dirett u immedjat għall-kawżi pendenti quddiemha n-normi Komunitarji kif interpretati, jekk ikun il-każ, mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, filwaqt li tinjora kwalunkwe dispożizzjoni tal-liġi nazzjonali jew kwalunkwe sentenza tal-Curte Constituțională li jkunu kuntrarji għad-dispożizzjonijiet Komunitarji?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE, tad-29 ta’ Ġunju 2000, li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrespettivament mill-oriġini tar-razza jew etniċità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 20, Vol. 1, p. 23)

(2)  Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79)