3.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 179/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Contencioso-Administrativo no 12 de Sevilla (Spanja) fis-7 ta’ April 2010 — Francisco Javier Rosado Santana vs Consejería de Justicia y Administración Pública de la Junta de Andalucía

(Kawża C-177/10)

2010/C 179/27

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Contencioso-Administrativo no 12 de Sevilla

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Francisco Javier Rosado Santana

Konvenuta: Consejería de Justicia y Administración Pública de la Junta de Andalucía

Domandi preliminari

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE (1), tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP, għandha tiġi interpretata fis-sens li, fil-każ fejn il-qorti kostituzzjonali ta’ pajjiż membru tal-Unjoni tiddeċiedi li l-fatt li jiġu stabbiliti drittijiet differenti bejn il-membri tal-persunal impjegati u l-uffiċjali titolari ta’ dak il-pajjiż jista’ ma jkunx anti kostituzzjonali, dan neċessarjament jimplika li jiġi eskluż li d-dispożizzjoni tad-dritt Komunitarju msemmija iktar ’il fuq tkun tista’ tiġi applikata fil-kuntest tas-servizz pubbliku?

(2)

Din id-direttiva għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi li qorti nazzjonali tinterpreta l-prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ nondiskriminazzjoni b’tali mod li b’mod li teskludi ġeneralment mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom l-ugwaljanza bejn membri tal-persunal impjegati u uffiċjali titolari?

(3)

Il-klawżola 4 tal-imsemmija direttiva għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi li perijodi ta’ servizz mogħtija taħt sistema temporanja ma jittiħdux inkunsiderazzjoni bħala anzjanità miksuba meta jintlaħaq l-istatus ta’ persunal fiss, u b’mod konkret għal finijiet ta’ remunerazzjoni, ta’ klassifikazzjoni u ta’ avvanz fil-karriera ta’ uffiċjal?

(4)

Il-klawżola msemmija iktar ’il fuq timponi li l-leġiżlazzjoni nazzjonali għandha tingħata interpretazzjoni li ma teskludix il-perijodi ta’ servizz mogħtija abbażi ta’ kuntratt temporanju mill-ammont ta’ perijodi ta’ servizz mogħtija mill-persunal uffiċjali?

(5)

Il-klawżola msemmija iktar ’il fuq għandha tiġi interpretata fis-sens li, minkejja li kien ġie ppubblikat avviż ta’ pożizzjoni vakanti li ma kienx ġie kkontestat mill-persuna kkonċernata, il-qorti nazzjonali xorta għandha l-obbligu li teżamina jekk dan imurx kontra l-leġiżlazzjoni Komunitarja u, f’dan il-każ, għandha din il-qorti tastjeni milli tapplika dan l-avviż jew id-dispożizzjoni nazzjonali li fuqha huwa bbażat, peress li tikser l-imsemmija klawżola?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol 1, p. 368