1.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/32


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fil-25 ta’ Frar 2010 — Lidl & Companhia vs Fazenda Pública

(Kawża C-106/10)

2010/C 113/49

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Supremo Tribunal Administrativo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Lidl & Companhia

Konvenuta: Fazenda Pública

Parti intervenjenti: Ministério Público

Domanda preliminari

Is-subparagrafu (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 78, moqri flimkien mas-subparagrafu (ċ) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 79 tad-Direttiva 2006/112/KE (1), tat-28 ta’ Novembru, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jippermettix li, fl-akkwisti intra-Komunitarji, fil-bażi ta’ taxxa tal-VAT għandu jiġi inkluż l-ammont ta’ taxxa fuq il-vetturi, stabbilit mil-Liġi Nru 22-A/2007, tad-29 ta’ Ġunju?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1)