Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2011 – Il‑Kummissjoni vs Franza

(Kawża C‑624/10)

“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Tassazzjoni – Direttiva 2006/112/KE – Artikoli 168, 171, 193, 194, 204 u 214 – Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprevedi l-obbligu għall-bejjiegħ jew għall-fornitur stabbilit barra t-territorju nazzjonali li jaħtar rappreżentant fiskali u li jirreġistra għall-VAT f’dak l-Istat Membru – Leġiżlazzjoni li tippermetti tpaċija bejn il-VAT deduċibbli mħallsa mill-bejjiegħ jew mill-fornitur stabbilit barra t-territorju nazzjonali u dik miġbura minnu f’isem u għan-nom tal-klijenti tiegħu”

Dispożizzjonijiet fiskali - Armonizzazzjoni tal-liġijiet - Taxxi fuq id-dħul mill‑bejgħ - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud - Persuni taxxabbli - Derogi għas-sistema nazzjonali ta’ awtolikwidazzjoni - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-obbligu, għall-bejjiegħ jew għall-fornitur stabbilit barra t-territorju tal-Istat Membru kkonċernat, li jaħtar rappreżentant fiskali u li jirreġistra għat‑taxxa fuq il-valur miżjud fl-Istat Membru inkwistjoni - Leġiżlazzjoni li barra minn hekk tawtorizza lill-imsemmi bejjiegħ jew fornitur ipaċi t-taxxa fuq il-valur miżjud deduċibbli mħallsa ma dik miġbura minnu f’isem u għan-nom tal-klijenti tiegħu - Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu (Direttiva tal-Kunsill 2006/112, Artikoli 168, 171, 193, 194, 204 u 214) (ara l-punti 39, 42, 46, 50)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ksur tal-Artikoli 168, 171, 193, 194, 204 u 214 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is‑sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi l-obbligu li jinħatar rappreżentant fiskali mill-bejjiegħ jew mill‑fornitur stabbilit barra t-territorju nazzjonali - Obbligu li jirreġistra għall-VAT - Natura u portata tad-dritt għal tnaqqis.

Dispożittiv

1)

Billi tipprovdi fit-Titolu IV tal-Istruzzjoni Amministrattiva 3 A-9-06 Nru 105, tat‑23 ta’ Ġunju 2006, konċessjoni amministrattiva li tidderoga mis‑sistema ta’ awtolikwidazzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud u li tinvolvi l-ħatra ta’ rappreżentant fiskali mill-bejjiegħ jew mill-fornitur stabbilit barra minn Franza, ir-reġistrazzjoni ta’ dan tal-aħħar għat-taxxa fuq il-valur miżjud fi Franza u t-tpaċija bejn it-taxxa fuq il-valur miżjud deduċibbli li huwa ħallas u dik miġbura għan-nom u f’isem il-klijenti tiegħu, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt id‑Direttiva tal‑Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud u, b’mod partikolari, l-Artikoli 168, 171, 193, 194, 204 u 214 tagħha.

2)

Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż.