Kawża C-616/10

Solvay SA

vs

Honeywell Fluorine Products Europe BV et

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank ’s-Gravenhage)

“Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sentenzi — Regolament (KE) Nru 44/2001 — Azzjoni għal ksur ta’ privattiva Ewropea — Ġurisdizzjoni speċjali u esklużiva — Artikolu 6(1) — Numru ta’ konvenuti — Artikolu 22(4) — Kontestazzjoni tal-validità tal-privattiva — Artikolu 31 — Miżuri provviżorji jew kawtelatorji”

Sommarju tas-sentenza

  1. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali – Regolament Nru 44/2001 – Ġurisdizzjoni speċjali – Numru ta’ konvenuti – Ġurisdizzjoni tal-qorti ta’ waħda mill-konvenuti – Kundizzjoni – Rabta ta’ konnessjoni – Eżistenza ta’ riskju ta’ sentenzi irrikonċiljabbli – Portata – Kumpanniji stabbiliti fi Stati Membri differenti, akkużati separatament fi proċedura pendenti quddiem qorti ta’ wieħed minn dawn l-Istati Membri, ta’ ksur tal-istess parti nazzjonali ta’ privattiva Ewropea, minħabba atti riżervati li jikkonċernaw l-istess prodott – Inklużjoni – Evalwazzjoni li għandha twettaq il-qorti nazzjonali

    (Regolament tal-Kunsill Nru 44/2001, Artikolu 6(1))

  2. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali – Regolament Nru 44/2001 – Kompetenzi esklużivi – Kawżi “li għandhom x’jaqsmu mar-reġistrazzjoni jew validità ta’ patenti [privattivi]” – Portata – Miżuri provviżorji jew kawtelatorji – Invalidità ta’ privattiva Ewropea mqajma, b’mod inċidentali, bħala eċċezzjoni kontra l-adozzjoni ta’ miżura provviżorja intiża sabiex tipprojbixxi ksur transkonfinali – Assenza ta’ effett fuq il-ġurisdizzjoni tal-imħallef għal miżuri provviżorji

    (Regolament tal-Kunsill Nru 44/2001, Artikoli 22(4) u 31)

  1.  L-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 44/2001, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li sitwazzjoni fejn tnejn jew iktar kumpanniji stabbiliti fi Stati Membri differenti huma akkużati, kull waħda separatament, fi proċeduri pendenti quddiem qorti ta’ wieħed minn dawn l-Istati Membri, bi ksur tal-istess parti nazzjonali ta’ privattiva Ewropea, li hija fis-seħħ fi Stat Membru ieħor, minħabba atti riżervati li jikkonċernaw l-istess prodott, tista’ twassal għal soluzzjonijiet irrikonċiljabbli jekk il-kawżi jiġu deċiżi separatament, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa l-eżistenza ta’ tali riskju billi tieħu kont tal-provi kollha rilevanti tal-proċess.

    (ara l-punt 30 u d-dispożittiv 1)

  2.  L-Artikolu 22(4) tar-Regolament Nru 44/2001, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix, f’sitwazzjoni li tikkonċerna azzjoni ta’ ksur li fil-kuntest tagħha tqajmet l-invalidità ta’ privattiva Ewropea, b’mod inċidentali, bħala eċċezzjoni kontra l-adozzjoni ta’ miżura provviżorja intiża sabiex tipprojbixxi ksur transkonfinali, l-applikazzjoni tal-Artikolu 31 ta’ dan ir-regolament.

    Fil-fatt, fl-ewwel lok, dawn id-dispożizzjonijiet huma intiżi sabiex jirregolaw sitwazzjonijiet differenti u kull waħda minnhom għandha kamp ta’ applikazzjoni distint. Għalhekk, filwaqt li l-Artikolu 22(4) huwa intiż li jagħti ġurisdizzjoni sabiex jingħataw deċiżjonijiet fuq il-mertu f’kawżi relatati ma’ qasam definit b’mod ċar, min-naħa l-oħra l-Artikolu 31 huwa maħsub li japplika irrispettivament minn kwalunkwe ġurisdizzjoni fuq il-mertu. Barra minn hekk, xejn ma jindika li waħda mid-dispożizzjonijiet inkwistjoni tista’ titqies bħala ġenerali jew speċjali meta mqabbla mal-oħra. Minn dan jirriżulta li l-Artikolu 31 tar-Regolament Nru 44/2001 għandu portata indipendenti minn dik tal-Artikolu 22(4) ta’ dan ir-regolament. Dan l-Artikolu 31 japplika meta qorti, minbarra dik li għandha ġurisdizzjoni fil-mertu, tirċievi talba għal miżuri provviżorji jew kawtelatorji, b’mod li l-Artikolu 22(4), li jikkonċerna l-ġurisdizzjoni fil-mertu, ma jkunx jista’, fil-prinċipju, jiġi interpretat fis-sens li jista’ jidderoga mill-imsemmi Artikolu 31 u, għalhekk, ma jkunx jista’ jwarrab l-applikazzjoni tiegħu.

    Fit-tieni lok, il-qorti li għandha l-kawża quddiemha b’mod inċidentali ma tagħtix deċiżjoni definittiva dwar il-validità tal-privattiva invokata, iżda tevalwa kif il-qorti li għandha ġurisdizzjoni bis-saħħa tal-Artikolu 22(4) tar-Regolament Nru 44/2001 ser tiddeċiedi f’dan ir-rigward, u tirrifjuta li tadotta l-miżura provviżorja mitluba jekk hija tqis li teżisti possibbiltà raġonevoli u mhux negliġibbli li l-privattiva invokata ser tiġi annullata mill-qorti li għandha ġurisdizzjoni. F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-riskju ta’ deċiżjonijiet konfliġġenti ma jeżistix, minħabba li d-deċiżjoni provviżorja meħuda mill-qorti li għandha l-każ quddiemha b’titolu inċidentali b’ebda mod ma tippreġudika d-deċiżjoni li għandha tittieħed fuq il-mertu mill-qorti li għandha ġurisdizzjoni taħt l-Artikolu 22(4) tar-Regolament Nru 44/2001.

    (ara l-punti 36, 39, 40, 48-51 u d-dispożittiv 2)

Kawża C-616/10

Solvay SA

vs

Honeywell Fluorine Products Europe BV et

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank ’s-Gravenhage)

“Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sentenzi — Regolament (KE) Nru 44/2001 — Azzjoni għal ksur ta’ privattiva Ewropea — Ġurisdizzjoni speċjali u esklużiva — Artikolu 6(1) — Numru ta’ konvenuti — Artikolu 22(4) — Kontestazzjoni tal-validità tal-privattiva — Artikolu 31 — Miżuri provviżorji jew kawtelatorji”

Sommarju tas-sentenza

  1. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali — Regolament Nru 44/2001 — Ġurisdizzjoni speċjali — Numru ta’ konvenuti — Ġurisdizzjoni tal-qorti ta’ waħda mill-konvenuti — Kundizzjoni — Rabta ta’ konnessjoni — Eżistenza ta’ riskju ta’ sentenzi irrikonċiljabbli — Portata — Kumpanniji stabbiliti fi Stati Membri differenti, akkużati separatament fi proċedura pendenti quddiem qorti ta’ wieħed minn dawn l-Istati Membri, ta’ ksur tal-istess parti nazzjonali ta’ privattiva Ewropea, minħabba atti riżervati li jikkonċernaw l-istess prodott — Inklużjoni — Evalwazzjoni li għandha twettaq il-qorti nazzjonali

    (Regolament tal-Kunsill Nru 44/2001, Artikolu 6(1))

  2. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali — Regolament Nru 44/2001 — Kompetenzi esklużivi — Kawżi “li għandhom x’jaqsmu mar-reġistrazzjoni jew validità ta’ patenti [privattivi]” — Portata — Miżuri provviżorji jew kawtelatorji — Invalidità ta’ privattiva Ewropea mqajma, b’mod inċidentali, bħala eċċezzjoni kontra l-adozzjoni ta’ miżura provviżorja intiża sabiex tipprojbixxi ksur transkonfinali — Assenza ta’ effett fuq il-ġurisdizzjoni tal-imħallef għal miżuri provviżorji