1. Ambjent — Promozzjoni tal-użu ta’ bijokarburanti jew ta’ karburanti oħra rinnovabbli għat-trasport — Direttiva 2003/30 — Bijoetanol — Kunċett
(Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/30, Artikolu 2(2)(a))
2. Dispożizzjonijiet fiskali — Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni — Dazji tas-sisa — Direttiva 92/83 — Alkoħol u xorb alkoħoliku — Alkoħol etiliku — Kunċett
(Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/30, Artikolu 2(2)(a), Direttiva tal-Kunsill 92/83, Artikolu 19(1))
1. Id-definizzjoni tal-bijoetanol li tinsab fl-Artikolu 2(2)(a) tad-Direttiva 2003/30, dwar il-promozzjoni tal-użu tal-bijokarburanti jew karburanti oħra rinnovabbli għat-trasporti, għandha tiġi interpretata fis-sens li tinkludi prodott li huwa miksub b’mod partikolari mill-bijomassa u li fih iktar minn 98.5 % alkoħol etiliku, ladarba jiġi offrut għall-bejgħ bħala bijokarburant għat-trasport.
(ara l-punt 47 u d-dispożittiv 1)
2. Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li prodott, li fih iktar minn 98.5 % alkoħol etiliku u li ma ġiex żnaturat permezz ta’ proċedura ta’ żnaturament prevista espressament, għandu japplika għalih id-dazju tas-sisa previst fl-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 92/83, dwar l-armonizzazzjoni tal-istrutturi tat-taxxi tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku, anki jekk huwa miksub mill-bijomassa permezz ta’ teknoloġija differenti minn dik użata għall-produzzjoni ta’ alkoħol etiliku ta’ oriġin agrikola, fih sustanzi li jrenduh mhux tajjeb għall-konsum mill-bniedem, jissodisfa r-rekwiżiti previsti mill-abbbozz ta’ standards Ewropew pr EN 15376 għall-bijoetanol użat bħala karburant u eventwalment jikkorrispondi għad-definizzjoni tal-bijoetanol li tinsab fl-Artikolu 2(2)(a) tad-Direttiva 2003/30, dwar il-promozzjoni tal-użu tal-bijokarburanti jew karburanti oħra rinnovabbli għat-trasporti.
(ara l-punt 66 u d-dispożittiv 2)