Kawża C-461/10

Bonnier Audio AB et

vs

Perfect Communication Sweden AB

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Högsta domstolen)

“Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati — Ipproċessar ta’ data permezz tal-internet — Ksur ta’ dritt esklużiv — Kotba awdjo aċċessibbli permezz ta’ server FTP permezz tal-internet b’indirizz IP ipprovdut mill-operatur tal-internet — Ordni indirizzata lill-operatur tal-internet sabiex jipprovdi l-isem u l-indirizz tal-utent tal-indirizz IP”

Sommarju tas-sentenza

  1. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Żamma ta’ data ġġenerata jew ipproċessata fil-kuntest tal-provvista ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli għall-pubbliku jew ta’ netwerks ta’ komunikazzjonijiet pubbliċi – Direttiva 2006/24 – Kamp ta’ applikazzjoni – Ksur ta’ dritt tal-awtur permezz tal-internet

    (Direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/58, 2004/48, Artikoli 8 u 15, u 2006/24)

  2. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Settur tat-telekomunikazzjonijiet – Ipproċessar ta’ data personali u protezzjoni tal-ħajja privata fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi – Direttiva 2002/58 – Rispett tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali – Direttiva 2004/48 – Ksur ta’ dritt tal-awtur permezz tal-internet

    (Direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/58 u 2004/48)

  1.  Id-Direttiva 2006/24, dwar iż-żamma ta’ data ġenerata jew proċessata b’konnessjoni mal-provvista ta’ servizzi pubblikament disponibbli ta’ komunikazzjoni elettronika jew ta’ netwerks ta’ komunikazzjoni pubblika, u li temenda d-Direttiva 2002/58, dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika), għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali, istitwita abbażi tal-Artikolu 8 tad-Direttiva 2004/48, fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, li għall-finijiet tal-identifikazzjoni ta’ abbonat għall-internet jew ta’ utent tal-internet, tippermetti li jiġi ordnat lil fornitur ta’ servizz tal-internet li jikkomunika lid-detentur ta’ dritt tal-awtur jew lill-aventi kawża tiegħu l-identità tal-abbonat li lilu jkun ġie allokat indirizz IP (protocol internet) li jkun serva għall-ksur tal-imsemmi dritt, peress li tali leġiżlazzjoni ma taqax għalhekk taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae tad-Direttiva 2006/24.

    Fil-fatt, fl-ewwel lok, minn qari flimkien tal-Artikolu 1 u tal-premessa 12 tad-Direttiva 2006/24 jirriżulta li din id-direttiva tikkostitwixxi leġiżlazzjoni speċjali u limitata sew, li tidderoga u tissostitwixxi d-Direttiva 2002/58 ta’ portata ġenerali u, b’mod partikolari, l-Artikolu 15(1) ta’ din l-aħħar direttiva.

    Fit-tieni lok, l-imsemmija leġiżlazzjoni nazzjonali għandha għan differenti minn dak segwit mid-Direttiva 2006/24. Hija tirrelata, fil-fatt, mat-trażmissjoni ta’ data, fil-kuntest ta’ proċeduri ċivili, għall-finijiet li jiġi kkonstatat ksur tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali filwaqt li d-Direttiva 2006/24 tikkonċerna biss l-ipproċessar u ż-żamma ta’ data ġġenerata jew ipproċessata mill-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli għall-pubbliku jew ta’ netwerks ta’ komunikazzjonijiet pubbliċi, għal finijiet ta’ investigazzjoni, ta’ skoperta u ta’ prosekuzzjoni ta’ reati serji, kif ukoll it-trażmissjoni tagħhom lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali. Huwa f’dan ir-rigward irrilevanti l-fatt li l-Istat Membru kkonċernat għadu ma ttrasponiex id-Direttiva 2006/24 minkejja li t-terminu sabiex isir dan skada.

    (ara l-punti 40, 43, 44, 46, 61 u d-dispożittiv)

  2.  Id-Direttivi 2002/58, dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika), u 2004/48, fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, li, għall-finijiet ta’ identifikazzjoni ta’ abbonat għall-internet jew ta’ utent tal-internet, tippermetti li jista’ jiġi ordnat lil fornitur ta’ servizz tal-internet li jikkomunika lid-detentur ta’ dritt tal-awtur jew lill-aventi kawża tiegħu l-identità tal-abbonat li lilu jkun ġie allokat indirizz IP (protocol internet) li jkun serva għall-ksur tal-imsemmi dritt, sa fejn din il-leġiżlazzjoni tippermetti, lill-qorti nazzjonali adita b’talba għal ordni li tikkomunika data personali, imressqa minn persuna li għandha locus standi, li tibbilanċja, skont iċ-ċirkustanzi ta’ kull kawża u billi jittieħdu inkunsiderazzjoni b’mod xieraq ir-rekwiżiti li jirriżultaw mill-prinċipju ta’ proporzjonalità, l-interessi opposti involuti.

    Fil-fatt, waqt it-traspożizzjoni ta’ dawn id-direttivi, huma l-Istati Membri li għandhom jiżguraw li jibbażaw ruħhom fuq interpretazzjoni tagħhom li tippermetti li jiġi żgurat bilanċ ġust bejn id-drittijiet fundamentali differenti protetti mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni. Sussegwentement, matul l-implementazzjoni tal-miżuri ta’ traspożizzjoni ta’ dawn id-direttivi, l-awtoritajiet kif ukoll il-qrati tal-Istati Membri għandhom mhux biss jinterpretaw id-dritt nazzjonali tagħhom b’mod konformi għal dawn id-direttivi, iżda jiżguraw ukoll li ma jibbażawx ruħhom fuq interpretazzjoni ta’ dawn id-direttivi li tidħol f’kunflitt mal-imsemmija drittijiet fundamentali jew mal-prinċipji ġenerali l-oħra tad-dritt Komunitarju, bħalma huwa l-prinċipju ta’ proporzjonalità.

    (ara l-punti 56, 61 u d-dispożittiv)

Kawża C-461/10

Bonnier Audio AB et

vs

Perfect Communication Sweden AB

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Högsta domstolen)

“Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati — Ipproċessar ta’ data permezz tal-internet — Ksur ta’ dritt esklużiv — Kotba awdjo aċċessibbli permezz ta’ server FTP permezz tal-internet b’indirizz IP ipprovdut mill-operatur tal-internet — Ordni indirizzata lill-operatur tal-internet sabiex jipprovdi l-isem u l-indirizz tal-utent tal-indirizz IP”

Sommarju tas-sentenza

  1. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Żamma ta’ data ġġenerata jew ipproċessata fil-kuntest tal-provvista ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli għall-pubbliku jew ta’ netwerks ta’ komunikazzjonijiet pubbliċi — Direttiva 2006/24 — Kamp ta’ applikazzjoni — Ksur ta’ dritt tal-awtur permezz tal-internet

    (Direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/58, 2004/48, Artikoli 8 u 15, u 2006/24)

  2. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Settur tat-telekomunikazzjonijiet — Ipproċessar ta’ data personali u protezzjoni tal-ħajja privata fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi — Direttiva 2002/58 — Rispett tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali — Direttiva 2004/48 — Ksur ta’ dritt tal-awtur permezz tal-internet