Kawża C-406/10

SAS Institute Inc.

vs

World Programming Ltd

[talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (England & Wales) (Chancery Division)]

“Proprjetà intellettwali — Direttiva 91/250/KEE — Protezzjoni ġuridika ta’ programmi tal-kompjuter — Artikoli 1(2) u 5(3) — Portata tal-protezzjoni — Kreazzjoni diretta jew permezz ta’ proċess ieħor — Programm tal-kompjuter protett mid-drittijiet tal-awtur — Tkomplija ta’ funzjonijiet mit-tieni programm mingħajr aċċess għall-kodiċi sors tal-ewwel wieħed — Dekompilazzjoni tal-kodiċi oġġett tal-ewwel programm tal-kompjuter — Direttiva 2001/29/KE — Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni — Artikolu 2(a) — Manwal ta’ użu ta’ programm tal-kompjuter — Riproduzzjoni fi programm ieħor tal-kompjuter — Ksur tad-drittijiet tal-awtur — Kundizzjoni — Espressjoni tal-kreazzjoni intellettwali tal-awtur tal-manwal ta’ użu”

Sommarju tas-sentenza

  1. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati – Direttiva 91/250 – Protezzjoni ġuridika ta’ programmi tal-kompjuter – Kamp ta’ applikazzjoni – Forma ta’ espressjoni ta’ programm tal-kompjuter – Kunċett

    (Direttiva tal-Kunsill 91/250, Artikolu 1(2))

  2. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati – Direttiva 91/250 – Protezzjoni ġuridika ta’ programmi tal-kompjuter – Eċċezzjonijiet għall-atti suġġetti għal restrizzjonijiet – Persuna li jkollha dritt tuża kopja ta’ programm tal-kompjuter

    (Direttiva tal-Kunsill 91/250, Artikolu 5(3))

  3. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati – Direttiva 2001/29 – Armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti tad-drittijiet tal-awtur u ta’ drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni – Dritt ta’ riproduzzjoni – Manwal ta’ użu ta’ programm tal-kompjuter

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/29, Artikolu 2(a))

  1.  L-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 91/250/KEE, dwar il-protezzjoni legali ta’ programmi tal-kompjuter, għandu jiġi interpretat fis-sens li la l-funzjonalità ta’ programm tal-kompjuter u lanqas il-lingwa ta’ programmar u l-format tal-fajls tad-data użati fil-kuntest ta’ programm tal-kompjuter biex jintużaw uħud mill-funzjonijiet tiegħu ma jikkostitwixxux forma ta’ espressjoni ta’ dan il-programm u ma humiex, bħala tali, protetti mid-drittijiet tal-awtur fuq il-programmi tal-kompjuter fis-sens ta’ din id-direttiva.

    Fil-fatt, li jiġi aċċettat li l-funzjonalità ta’ programm tal-kompjuter tista’ tiġi protetta mid-drittijiet tal-awtur terġa’ toffri l-opportunità li jiġu mmonopolizzati l-ideat għad-detriment tal-iżvilupp teknoloġiku u industrijali.

    Fir-rigward tal-lingwa ta’ programmar u l-format tal-fajls tad-data użati fil-kuntest ta’ programm tal-kompjuter li jinterpreta u jeżegwixxi programmi tal-applikazzjoni miktuba mill-utenti u għall-qari u kitba tad-data f’format speċifiku ta’ fajls tad-data, dawn huma l-elementi ta’ dan il-programm li permezz tagħhom l-utenti jużaw ċerti funzjonijiet tal-imsemmi programm.

    Madankollu, jekk terz jakkwista l-parti tal-kodiċi sors jew tal-kodiċi oġġett li tirrigwarda l-lingwa ta’ programmar jew għall-format tal-fajls ta’ data użati fil-kuntest ta’ programm tal-kompjuter u joħloq, billi juża dan il-kodiċi, elementi simili fil-programm tiegħu tal-kompjuter, din l-imġiba tista’ tikkostitwixxi riproduzzjoni parzjali skont l-Artikolu 4(a) tad-Direttiva 91/250.

    Fl-aħħar nett, il-lingwa ta’ programmar u l-format tal-fajls ta’ data jistgħu jibbenefikaw, bħala xogħlijiet, mill-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur, skont id-Direttiva 2001/29, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni, jekk huma kreazzjoni intellettwali tal-awtur tagħhom stess.

    (ara l-punti 40, 42, 43, 45, 46 u d-dispożittiv 1)

  2.  L-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 91/250, dwar il-protezzjoni legali ta’ programmi tal-kompjuter, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-persuna li kisbet kopja liċenzjata ta’ programm tal-kompjuter tista’, mingħajr il-permess tad-detentur tad-drittijiet tal-awtur, tosserva, tistudja jew tittestja l-funzjonament ta’ dan il-programm sabiex tiddetermina l-ideat u l-prinċipji li jservu ta’ bażi għal kwalunkwe element tal-imsemmi programm, meta twettaq operazzjonijiet koperti minn din il-liċenzja kif ukoll operazzjonijiet ta’ loading u ta’ tħaddim meħtieġa għall-użu tal-programm tal-kompjuter u kemm-il darba din ma tippreġudikax id-drittijiet esklużivi tad-detentur tad-drittijiet tal-awtur fuq dan il-programm.

    Ma jistgħux jiġu ppreġudikati d-drittijiet tal-awtur tal-programm tal-kompjuter meta, ix-xerrej leġittimu tal-liċenzja ma kellux aċċess għall-kodiċi sors tal-programm tal-kompjuter li fuqu ngħatat din il-liċenzja, iżda sempliċement studja, osserva u ttestja dan il-programm sabiex jirripproduċi l-funzjonalità tiegħu fit-tieni programm.

    (ara l-punti 61, 62 u d-dispożittiv 2)

  3.  L-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 2001/29, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li r-riproduzzjoni, f’programm tal-kompjuter jew f’manwal ta’ użu ta’ dan il-programm, ta’ ċerti elementi deskritti fil-manwal ta’ użu ta’ programm ieħor tal-kompjuter protett mid-drittijiet tal-awtur tista’ tikkostitwixxi ksur tad-drittijiet tal-awtur fuq dan il-manwal tal-aħħar jekk — u dan għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju — din ir-riproduzzjoni tikkostitwixxi l-espressjoni tal-kreazzjoni intellettwali tal-awtur stess tal-manwal ta’ użu tal-programm tal-kompjuter protett mid-drittijiet tal-awtur.

    (ara l-punt 70 u d-dispożittiv 3)

Kawża C-406/10

SAS Institute Inc.

vs

World Programming Ltd

[talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (England & Wales) (Chancery Division)]

“Proprjetà intellettwali — Direttiva 91/250/KEE — Protezzjoni ġuridika ta’ programmi tal-kompjuter — Artikoli 1(2) u 5(3) — Portata tal-protezzjoni — Kreazzjoni diretta jew permezz ta’ proċess ieħor — Programm tal-kompjuter protett mid-drittijiet tal-awtur — Tkomplija ta’ funzjonijiet mit-tieni programm mingħajr aċċess għall-kodiċi sors tal-ewwel wieħed — Dekompilazzjoni tal-kodiċi oġġett tal-ewwel programm tal-kompjuter — Direttiva 2001/29/KE — Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni — Artikolu 2(a) — Manwal ta’ użu ta’ programm tal-kompjuter — Riproduzzjoni fi programm ieħor tal-kompjuter — Ksur tad-drittijiet tal-awtur — Kundizzjoni — Espressjoni tal-kreazzjoni intellettwali tal-awtur tal-manwal ta’ użu”

Sommarju tas-sentenza

  1. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati — Direttiva 91/250 — Protezzjoni ġuridika ta’ programmi tal-kompjuter — Kamp ta’ applikazzjoni — Forma ta’ espressjoni ta’ programm tal-kompjuter — Kunċett

    (Direttiva tal-Kunsill 91/250, Artikolu 1(2))

  2. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati — Direttiva 91/250 — Protezzjoni ġuridika ta’ programmi tal-kompjuter — Eċċezzjonijiet għall-atti suġġetti għal restrizzjonijiet — Persuna li jkollha dritt tuża kopja ta’ programm tal-kompjuter

    (Direttiva tal-Kunsill 91/250, Artikolu 5(3))

  3. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati — Direttiva 2001/29 — Armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti tad-drittijiet tal-awtur u ta’ drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni — Dritt ta’ riproduzzjoni — Manwal ta’ użu ta’ programm tal-kompjuter