Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-24 ta’ Novembru 2011 – Il-Kummissjoni vs L-Italja

(Kawża C-379/10)

“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Prinċipju ġenerali ta’ responsabbiltà tal-Istati Membri għal ksur tad-dritt tal-Unjoni minn waħda mill-qrati tal-aħħar istanza tagħhom – Esklużjoni ta’ kull responsabbiltà tal-Istat li tirriżulta minn interpretazzjoni tar-regoli ta’ dritt jew minn evalwazzjoni tal-punti ta’ fatt u tal-provi mwettqa minn qorti tal-aħħar istanza – Limitazzjoni, mil-leġiżlatur nazzjonali, tar-responsabbiltà tal-Istat għall-każijiet ta’ frodi jew ta’ nuqqas serju mwettaq minn tali qorti”

Dritt tal-Unjoni - Drittijiet mogħtija lill-individwi - Ksur minn Stat Membru - Obbligu ta’ kumpens għad-dannu kkawżat lill-individwi - Kundizzjonijiet f’każ ta’ ksur imputabbli lil qorti suprema - Natura manifesta tal-ksur - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tillimita l-istabbiliment tar-responsabbiltà unikament għall-każijiet ta’ frodi jew ta’ nuqqas serju - Inammissibbiltà (ara l-punti 40-42, 46, 48 u d-dispożittiv)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ksur tal-prinċipju ġenerali tar-responsabbiltà tal-Istati Membri għal ksur tad-dritt tal-Unjoni minn waħda mill-qrati tal-aħħar istanza tagħhom - Responsabbiltà limitata unikament għall-każijiet ta’ frodi jew ta’ nuqqas serju.

Dispożittiv

1)

Ir-Repubblika Taljana,

 

–billi teskludi kull responsabbiltà tal-Istat Taljan għad-danni kkawżati fil-konfront ta’ individwi minħabba ksur tad-dritt tal-Unjoni mwettaq minn qorti nazzjonali tal-aħħar istanza, meta dak il-ksur jirriżulta minn interpretazzjoni tar-regoli ta’ dritt jew minn evalwazzjoni tal-punti ta’ fatt u tal-provi mwettqa minn dik il-qorti, u

 

–billi tillimita dik ir-responsabbiltà unikament għall-każijiet ta’ frodi jew ta’ nuqqas serju,

 

skont l-Artikolu 2(1) u (2) tal-liġi Nru 117 dwar il-kumpens għad-danni kkawżati fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet ġudizzjarji u r-responsabbiltà ċivili tal-ġudikanti [legge n. 117 (sul) risarcimento dei danni cagionati nell’ esercizio delle funzioni giudiziarie e responsabilità civile dei magistrati], tat-13 ta’ April 1988, naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont il-prinċipju ġenerali ta’ responsabbiltà tal-Istati Membri għal ksur tad-dritt tal-Unjoni minn waħda mill-qrati tal-aħħar istanza tagħhom.

2)

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.