KONKLUŻJONIJIET TAL-AVUKAT ĠENERALI
TRSTENJAK
ippreżentati fid-29 ta’ Ġunju 2011 ( 1 )
Kawża C-135/10
SCF Consorzio Fonografici
vs
Marco Del Corso
[talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte d’appello di Torino (l-Italja)]
“Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati — Direttivi 92/100/KEE u 2006/115/KE — Drittijiet tal-artisti li jinterpretaw jew jeżerċitaw u ta’ produtturi ta’ fonogrammi — Artikolu 8(2) — Komunikazzjoni lill-pubbliku — Komunikazzjoni indiretta lill-pubbliku ta’ fonogrammi fil-kuntest ta’ xandiriet tar-radju kkomunikati fil-kamra għall-istennija fi klinika ta’ dentist — Ħtieġa ta’ skop ta’ lukru — Remunerazzjoni ekwa”
Werrej
I Introduzzjoni |
|
II Id-dritt applikabbli |
|
A Id-dritt internazzjonali |
|
1. Il-Konvenzjoni ta’ Ruma |
|
2. It-Trattat WIPO dwar il-Prestazzjonijiet u l-Fonogrammi |
|
3. Il-Ftehim TRIPs |
|
B Dritt tal-Unjoni |
|
1. Id-Direttiva 92/100 |
|
2. Id-Direttiva 2006/115 |
|
3. Id-Direttiva 2001/29 |
|
C Id-dritt nazzjonali |
|
III Il-fatti, il-proċedura quddiem il-qrati nazzjonali u d-domandi preliminari |
|
IV Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja |
|
V Osservazzjonijiet preliminari |
|
VI Ir-raba’ u l-ħames domandi preliminari |
|
A Argumenti prinċipali tal-partijiet |
|
B L-ammissibbiltà tar-rinviju preliminari |
|
C Evalwazzjoni tad-dritt |
|
1. L-interpretazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29 |
|
2. Id-dispożizzjoni rilevanti f’din il-kawża |
|
3. L-interpretazzjoni tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115 |
|
a) Kunċetti awtonomi tad-dritt tal-Unjoni |
|
b) Il-kuntest tad-dritt internazzjonali u tad-dritt tal-Unjoni |
|
c) Il-kunċett ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku |
|
i) Il-kunċett ta’ komunikazzjoni |
|
— Teħid inkunsiderazzjoni tal-premessa 27 tad-Direttiva 2001/29. |
|
— Teħid inkunsiderazzjoni tal-premessa 23 tad-Direttiva 2001/29 |
|
— Konklużjoni provviżorja |
|
ii) Il-kunċett ta’ komunikazzjoni “lill-pubbliku” |
|
iii) L-oġġezzjonijiet l-oħra |
|
— Il-ħtieġa li tintalab miżata għad-dħul |
|
— L-iskop ta’ lukru |
|
— Ir-rieda tal-pazjenti |
|
— L-oġġezzjonijiet l-oħra |
|
iv) Konklużjoni |
|
d) Il-kundizzjonijiet l-oħra |
|
4. Konklużjoni |
|
VII L-ewwel sat-tielet domandi preliminari |
|
A L-argumenti prinċipali tal-partijiet |
|
B Ammissibbiltà tad-domandi preliminari |
|
C Kunsiderazzjonijiet ta’ dritt |
|
VIII Konklużjoni |
I – Introduzzjoni
1. |
L-istess bħalma l-invenzjoni tal-istamperija minn Gutenberg wasslet fl-aħħar għal protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur fuq ix-xogħlijiet bil-miktub, l-invenzjoni tal-fonografu minn Edison mhux biss saħħet l-importanza tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur fuq ix-xogħlijiet mużikali, iżda wkoll fetħet it-triq għall-introduzzjoni tad-drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur għall-artisti li jinterpretaw jew jeżegwixxu, u għall-produtturi ta’ fonogrammi. L-użu ta’ fonogramma ma jikkonċernax biss id-dritt tal-awtur fuq ix-xogħol protett imma wkoll d-drittijiet relatati tal-artisti li jinterpretaw jew li jeżegwixxu u tal-produtturi ta’ fonogrammi. |
2. |
Din it-talba għal deċiżjoni preliminari mill-Corte d’appello di Torino (l-Italja, iktar ’il quddiem il-“qorti tar-rinviju”) tikkonċerna d-dritt għal remunerazzjoni ekwa skont l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/100/KEE, tad-19 ta’ Novembru 1992, dwar dritt ta’ kiri u dritt ta’ self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali ( 2 ), jew tad-Direttiva 2006/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar dritt ta’ kiri u dritt ta’ self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali (verżjoni kodifikata) ( 3 ) li għandhom jitħallsu għall-komunikazzjoni lill-pubbliku ta’ fonogramma li tkun diġà ġiet ippubblikata għal finijiet ta’ kummerċ. |
3. |
Il-qorti tar-rinviju tixtieq tkun taf, l-ewwel nett, jekk dentist li jsemma’ xandiriet tar-radju fil-klinika tiegħu huwiex obbligat iħallas remunerazzjoni ekwa għall-komunikazzjoni indiretta lill-pubbliku ta’ fonogrammi li jkunu kkomunikati fix-xandiriet tar-radju. |
4. |
It-tieni nett, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk id-dispożizzjonijiet ta’ dritt internazzjonali li fuqhom huma msejsa d-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni dwar id-dritt għal remunerazzjoni ekwa humiex applikabbli direttament fil-kuntest ta’ kawża bejn persuni privati u x’inhi r-relazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet ta’ dritt internazzjonali u d-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni. |
5. |
Fuq il-mertu, l-ewwel domanda hija simili għall-kwistjonijiet ittrattati fil-Kawża SGAE ( 4 ). F’din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat qabel kollox li hemm komunikazzjoni lill-pubbliku fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni ( 5 ), meta operatur ta’ lukanda jibgħat sinjal permezz ta’ apparat ta’ televiżjoni mqiegħed fil-kmamar, u dan, tkun xi tkun it-teknika ta’ xandir tas-sinjal li tkun ġiet utilizzata. Barra minn hekk, hija kkonstatat li n-natura privata tal-kmamar tal-lukanda ma tipprekludix in-natura pubblika tal-komunikazzjoni. F’dan il-każ, għandha b’mod partikolari ssir id-domanda jekk din il-ġurisprudenza, li tikkonċerna l-komunikazzjoni lill-pubbliku ta’ xogħlijiet protetti bid-drittijiet tal-awtur skont l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29, hijiex applikabbli għall-kunċett ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku fis-sens tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 92/100 jew tad-Direttiva 2006/115, li jagħmel riferiment għad-drittijiet relatati tal-artisti li jinterpretaw jew li jeżegwixxu, u għall-produtturi ta’ fonogrammi. |
6. |
Barra minn hekk, din il-kawża hija simili għall-Kawża C-162/10, Phonographic Performance, li fiha qed nippreżenta l-konklużjonijiet tiegħi fl-istess jum. Fil-kawża Phonographic Performance, il-kwistjoni hija b’mod partikolari li jkun magħruf jekk operatur ta’ lukanda jew guesthouse li jpoġġi apparat tat-televiżjoni jew tar-radju fil-kmamar tal-lukanda u jittrażmettilhom sinjal ta’ xandir għandux iħallas remunerazzjoni ekwa minħabba komunikazzjoni indiretta lill-pubbliku tal-fonogrammi użati fix-xandiriet tar-radju u tat-televiżjoni. |
II – Id-dritt applikabbli
A – Id-dritt internazzjonali
1. Il-Konvenzjoni ta’ Ruma
7. |
L-Artikolu 12 tal-Konvenzjoni internazzjonali għall-protezzjoni ta’ artisti, produtturi ta’ fonogrammi u organizzazzjonijiet tax-xandir, iffirmata f’Ruma fis-26 ta’ Ottubru 1961 (iktar ’il quddiem il-“Konvenzjoni ta’ Ruma”) ( 6 ) jipprovdi: “Meta fonogramma ppubblikata għal finijiet ta’ kummerċ, jew kopja ta’ dik il-fonogramma, hija utilizzata direttament għax-xandir jew għal kwalunkwe komunikazzjoni lill-publiku, remunerazzjoni ġusta u unika għandha titħallas mill-utent lill-artisti li jinterpretaw jew li jeżegwixxu, u lill-produtturi ta’ fonogrammi jew lilhom it-tnejn. Il-leġiżlazzjoni nazzjonali tista’, fin-nuqqas ta’ ftehim bejn dawn il-partijiet, tiddetermina l-kundizzjonijiet tat-tqassim ta’ din ir-remunerazzjoni.” [traduzzjoni mhux uffiċjali] |
8. |
L-Artikolu 15(1) tal-Konvenzjoni ta’ Ruma jipprovdi: “1. L-Istati kontraenti kollha għandhom il-fakultà li fil-leġiżlazzjoni nazzjonali jipprovdu għal eċċezzjonijiet għall-protezzjoni mogħtija b’din il-Konvenzjoni fil-każijiet li ġejjin:
|
9. |
L-Artikolu 16(1)(a) tal-Konvenzjoni ta’ Ruma jaqra kif ġej: “1. Meta jiffirmaw din il-Konvenzjoni, l-Istati kollha jaċċettaw l-obbligazzjonijiet kollha u jgawdu l-vantaġġi kollha li hija tipprovdi. B’danakollu, Stat jista’ f’kull waqt jispeċifika, f’dikjarazzjoni li tiġi ddepożitata mas-Segretarju Ġenerali tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti:
[…]” |
10. |
L-Italja hija parti kontraenti tal-Konvenzjoni ta’ Ruma, u hija bagħtet notifika skont l-Artikolu 16(1)(a)(ii), (iii) u (iv). |
11. |
L-Unjoni Ewropea ma hijiex parti kontraenti tal-Konvenzjoni ta’ Ruma. Huma biss l-Istati Membri li jistgħu jsiru partijiet kontraenti. |
2. It-Trattat WIPO dwar il-Prestazzjonijiet u l-Fonogrammi
12. |
It-Trattat tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali (WIPO) dwar il-Prestazzjonijiet u l-Fonogrammi (Genève, 1996) (iktar ’il quddiem id-“WPPT”), tal-20 ta’ Settembru 1996 ( 7 ), jinkludi dispożizzjonijiet ta’ liġi internazzjonali dwar id-drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur li jmorru lil hinn minn dawk tal-Konvenzjoni ta’ Ruma. |
13. |
L-Artikolu 1 tad-WIPO jipprovdi hekk: “Relazzjoni ma’ Konvenzjonijiet oħra (1) Xejn f’dan it-Trattat ma jnaqqas minn obbligi eżistenti li l-Partijiet Kontraenti għandhom lejn xulxin taħt il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni tal-Prestaturi [artisti], Produtturi tal-Fonogrammi u Organizzazzjonijiet ta’ Xandir magħmula f’Ruma, fis-26 t’Ottubru, 1961 (minn hawn ’il quddiem il-“Konvenzjoni ta’ Ruma”). (2) Il-protezzjoni mogħtija taħt dan it-trattat tħalli l-protezzjoni tad-dritt ta’ l-awtur f’xogħlijiet litterarji u artistiċi bla mittiefes u bl-ebda mod ma tolqotha. Għalhekk, l-ebda disposizzjoni ta’ dan it-Trattat ma tista’ tkun interpretata li qed tippreġudika tali protezzjoni (3) Dan it-Trattat mhux se jkollu x’jaqsam ma’ trattati oħrajn, u lanqas se jippreġudika drittijiet u obbligi taħt trattati oħrajn.” |
14. |
L-Artikolu 2(f) u (g) tad-WPPT li jagħti definizzjonijiet, jipprovdi hekk: “Għall-għanijiet tat-Trattat:
|
15. |
Il-Kapitolu II tad-WPPT jittratta d-drittijiet ta’ artisti li jinterpretaw jew jeżegwixxu, u l-Kapitolu III, id-drittijiet tal-produtturi ta’ fonogrammi. Il-Kapitolu IV fih dispożizzjonijiet komuni għall-artisti u għall-produtturi ta’ fonogrammi. L-Artikolu 15 tad-WPPT li jifforma parti minn dan l-aħħar kapitolu, jikkonċerna d-dritt għal remunerazzjoni għax-xandir u għall-komunikazzjoni lill-pubbliku, u jipprovdi: “(1) Prestaturi u produtturi ta’ fonogrammi għandhom id-dritt ta’ ħlas xieraq ta’ darba għall-użu dirett jew indirett ta’ fonogrammi ippubblikati għal skopijiet kummerċjali ta’ xandir jew kull komunikazzjoni lill-pubbliku. (2) Partijiet kontraenti jistgħu jistabbilixxu fil-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom li l-ħlas xieraq ta’ darba se jintalab lill-utent mill-prestatur jew mill-produttur ta’ fonogramma jew mit-tnejn. Partijiet kontraenti jistgħu jgħaddu leġislazzjoni naturali li, fin-nuqqas ta’ ftehim bejn il-prestatur u l-produttur ta’ fonogramma, tqiegħed termini dwar kif prestaturi u produtturi ta’ fonogrammi jaqsmu l-ħlas xieraq ta’ darba. (3) Kull Parti Kontraenti tista’, b’notifika mogħtija lid-Direttur Ġenerali ta’ l-WIPO, tiddikjara li se tibda tapplika d-disposizzjonijiet fil-Paragrafu 1 fir-rigward ta’ xi utenti biss, jew li b’xi mod se tillimita l-applikazzjoni tagħhom, jew li m’hi se tapplika xejn minn dawn id-disposizzjonijiet. (4) Għall-iskopijiet ta’ dan l-Artikolu fonogrammi li jkunu disponibbli għall-pubbliku b’mezzi ta’ fili jew mingħajr, b’tali mod li membri tal-pubbliku ikollhom aċċess għalihom minn post u f’ħin magħżul minnhom, se jkunu meqjusin li kienu ppublikati għal għanijiet kummerċjali.” |
16. |
L-Artikolu 16 tad-WPPT, imsejjaħ “Limitazzjonijiet u eċċezzjonijiet”, jipprovdi: “(1) Partijiet kontraenti jistgħu, fil-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom, idaħħlu l-istess tip ta’ limitazzjonijiet u eċċezzjonijiet rigward il-protezzjoni tal-prestaturi u l-produtturi tal-fonogrammi li għandhom, fil-leġislazzjoni nazzjonali taghom, għall-protezzjoni ta’ drittijiet ta’ l-awturi ta’ xogħlijiet letterarji u artistiċi. (2) Partijiet kontraenti se jorbtu kull limitazzjoni tad-drittijiet jew eċċezzjonijiet lid-drittijiet previsti f’dan it-Trattat ma’ ċerti kazi speċjali li ma joħolqux konflitti ma’ sfruttament normali tal-prestazzjoni jew fonogramma u li ma jippreġudikawx b’mod irraġjonevoli l-interessi leġittimi tal-prestatur jew tal-produttur tal-fonogramma.” |
17. |
L-Artikolu 23(1) tad-WIPO jipprovdi li l-partijiet kontraenti għandhom jimpenjaw ruħhom sabiex jadottaw, skont l-ordinament ġuridiku tagħhom, il-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw l-applikazzjoni ta’ dan it-trattat. |
18. |
L-Italja u l-Unjoni Ewropea huma partijiet kontraenti tad-WPPT. La waħda u lanqas l-oħra ma ppreżentaw notifika fit-termini tal-Artikolu 15(3) tad-WPPT. |
3. Il-Ftehim TRIPs
19. |
L-Artikolu 14 tal-Ftehim dwar l-aspetti tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali relatati mal-kummerċ ( 8 ) (iktar ’il quddiem “il-ftehim TRIPs”), li jirregola l-protezzjoni ta’ performers, Produtturi ta’ Fonogrammi (Ħsejjes tar-Rikordjar) u Organizzazzjonijiet tax-Xandir jipprovdi: “(1) Dwar l-iffissar tal-wirja tagħhom fuq fonogrammi, performers għandhom ikollhom il-possibbilità li ma jħallux l-atti li ġejjin meta jsiru mingħajr l-awtorizzazzjoni tagħhom: l-iffissar tal-wirja mhux fissa tagħhom u r-riproduzzjonijiet ta’ dan l-iffissar. Performers għandu jkollhom il-possibbiltà li jipprevenu l-atti li ġejjin meta jsiru mingħajr l-awtorizzazzjoni tagħhom: ix-xandir b’mezzi bla fili u l-komunikazzjoni lill-pubbliku tal-wirja f’ħin dirett. (2) Produtturi ta’ fonogrammi għandhom igawdu d-dritt għal awtorizzazzjoni jew projbizzjoni tar-riproduzzjonijiet diretti jew indiretti tal-fonogrammi tagħhom. […] (6) Kwalunkwe Membru jista’, dwar id-drittijiet mogħtija taħt il-paragrafi 1, 2 u 3, jipprovdi kondizzjonijiet, limitazzjonijiet, eċċezzjonijiet u riservi sal-limiti permessi taħt il-Konvenzjoni ta’ Ruma. Madankollu, id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 18 tal-Konvenzjoni ta’ Berne [Berna] (1971) għandhom japplikaw, mutatis mutandis, għad-drittijiet ta’ performers u l-produtturi tal-fonogrammi fil-fonogrammi.” |
B – Dritt tal-Unjoni ( 9 )
1. Id-Direttiva 92/100
20. |
Il-ħames, is-seba’ sal-għaxar, il-ħmistax sas-sbatax u l-għoxrin premessa tad-Direttiva 92/100 jipprovdu dan li ġej: “[...]
[...]
[...]
[...]
[…]” |
21. |
L-Artikolu 8 tad-Direttiva 92/100 jissejjaħ “Xandir u komunikazzjoni lill-pubbliku”. Huwa jipprovdi: “(1) L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-artisti d-dritt esklużiv li jawtorizzaw jew jipprevjenu x-xandir b’mezzi mingħajr fili u l-komunikazzjoni lill-pubbliku tal-wirjiet tagħhom, minbarra fejn il-wirja tkun fiha nnifisha diġa wirja mxandra jew tkun saret minn iffissar. (2) L-Istati Membri għandhom jipprovdu dritt biex jiżguraw li ħlas uniku ekwu jitħallas mill-utent, jekk fonogramm[a] [t]jixxandar għal finijiet kummerċjali, jew riproduzzjoni ta’ d[i]n il-fonogramm[a], tintuża għax-xandir b’mezzi mingħajr fili jew għal kull komunikazzjoni lill-pubbliku, u biex jiżguraw li dan il-ħlas jitqassam bejn l-artisti u l-produtturi tal-fonogramm[i] [kkonċernati] relevanti. L-Istati Membri jistgħu, fl-assenza ta’ ftehim bejn l-artisti u l-produtturi tal-fonogramm[a], jistipulaw il-kondizzjonijiet għat-tqassim ta’ dan il-ħlas bejniethom. (3) L-Istati Membri għandhom jipprovdu għall-organizzazzjonijiet tax-xandir id-dritt esklużiv biex jawtorizzaw jew jipprojbixxu x-xandir mill-ġdid tax-xandiriet tagħhom b’mezzi mingħajr fili, kif ukoll il-komunikazzjoni lill-pubbliku tax-xandiriet tagħhom jekk din il-komunikazzjoni ssir f’postijiet aċċessibbli għall-pubbliku fuq ħlas ta’ dritt tad-dħul.” |
22. |
L-Artikolu 10 tad-Direttiva 92/100 jipprovdi: “Limitazzjonijiet għad-drittijiet (1) L-Istati Membri jistgħu jipprovdu limitazzjonijiet għad-drittijiet imsemmija fil-Kapitolu II rigward ta’:
[…] (2) Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, kull Stat Membru jista’ jipprovdi għall-istess tipi ta’ limitazzjonijiet rigward il-protezzjoni ta’ artisti, produtturi ta’ fonogrammi, organizzazzjonijiet tax-xandir u ta’ produtturi ta’ l-ewwel iffissar ta’ films, hekk kif hemm provvdut rigward il-protezzjoni tad-drittijiet ta’ l-awtur f’xogħlijiet letterarji u artistiċi. Madankollu, jistgħu jkunu provvduti għal liċenzji obbligatorji, biss sal-punt fejn ikunu kompatibbli mal-Konvenzjoni ta’ Ruma. Madankollu, jistgħu jkunu previsti liċenzji obbligatorji, biss sal-punt fejn ikunu kompatibbli mal-Konvenzjoni ta’ Ruma. (3) Il-limitazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, għandhom jiġu applikati biss f’ċerti każi speċjali li ma jmorrux kontra l-isfruttar normali tal-materja u ma jippreġudikawx mingħajr raġuni l-interessi leġittimi tad-detentur tad-drittijiet.” |
2. Id-Direttiva 2006/115
23. |
Id-Direttiva 2006/115 ikkonsolidat id-Direttiva 1992/100. Il-premessi 3, 5, 7, 12, 13 u 16 tad-Direttiva 2006/115 huma fformulati kif ġej:
[…]
[…]
[…]
|
24. |
Il-Kapitolu II tad-Direttiva jirregola d-drittijiet relatati mad-dritt tal-awtur. L-Artikolu 8, li jirrigwarda x-xandir u l-komunikazzjoni lill-pubbliku, jipprovdi: “(1) L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-artisti d-dritt esklussiv li jawtorizzaw jew jipprojbixxu x-xandir b’mezzi mingħajr fili u l-komunikazzjoni lill-pubbliku tal-wirjiet tagħhom, ħlief fejn il-wirja tkun fiha nnifisha diġa wirja mxandra jew tkun saret minn iffissar. (2) L-Istati Membri għandhom jipprovdu dritt biex jiżguraw li jitħallas ħlas uniku ekwu mill-utent, jekk [t]jintuża fonogramm[a] ippubblikat[a] għall-finijiet kummerċjali, jew tintuża riproduzzjoni ta’ d[i]n il-fonogramm[a], għax-xandir b’mezzi mingħajr fili jew għal kull komunikazzjoni lill pubbliku, u biex jiżguraw li dan il-ħlas jitqassam bejn l-artisti u l-produtturi tal-fonogramm[i] relevanti. L-Istati Membri jistgħu, fin-nuqqas ta’ ftehim bejn l-artisti u l-produtturi tal-fonogramm[a], jistipulaw il-kondizzjonijiet għat-tqassim ta’ dan il-ħlas bejniethom. (3) L-Istati Membri għandhom jipprovdu għall-organizzazzjonijiet tax-xandir id-dritt esklussiv biex jawtorizzaw jew jipprojbixxu x-xandir mill-ġdid tax-xandiriet tagħhom b’mezzi mingħajr fili, kif ukoll il-komunikazzjoni lill-pubbliku tax-xandiriet tagħhom jekk din il-komunikazzjoni ssir f’postijiet aċċessibbli għall-pubbliku fuq ħlas ta’ miżata għad-dħul.” |
25. |
L-Artikolu 10 tad-Direttiva huwa intitolat “Limitazzjoni għad-drittijiet” u jgħid dan li ġej: “(1) L-Istati Membri jistgħu jipprovdu limitazzjonijiet għad-drittijiet imsemmija f’dan il-Kapitolu rigward ta’:
[…] (2) Irrispettivament mill-paragrafu 1, kull Stat Membru jista’ jagħmel dispożizzjoniet għall-istess tipi ta’ limitazzjonijiet rigward il-protezzjoni ta’ artisti, produtturi ta’ fonogrammi, organizzazzjonijiet tax-xandir u ta’ produtturi ta’ l-ewwel iffissar ta’ films, hekk bħad-dispożizzjonijet previsti fil-liġi tiegħu rigward il-protezzjoni tad-drittijiet ta’ l-awtur f’xogħlijiet letterarji u artistiċi. Madankollu, jistgħu jkunu previsti liċenzji obbligatorji, biss sal-punt fejn ikunu kompatibbli mal-Konvenzjoni ta’ Ruma. (3) Il-limitazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, għandhom jiġu applikati biss f’ċerti każi speċjali li ma jmorrux kontra l-isfruttar normali tal-materja u ma jippreġudikawx mingħajr raġuni l-interessi leġittimi tad-detentur tad-drittijiet.” |
26. |
L-Artikolu 14 tad-Direttiva huwa intitolat “Tħassir” u jipprovdi: “Id-Direttiva 92/100/KEE hija b’dan imħassra, bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi kif stabbilit fil-Parti B ta’ l-Anness I. Referenzi magħmula għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.” |
3. Id-Direttiva 2001/29
27. |
Il-premessi 9 sa 12, 15, 23, 24 u 27 tad-Direttiva 2001/29 huma fformulati kif ġej:
[…]
[…]
[…]
[…]” |
28. |
L-Artikolu 3(1) u (2) tad-Direttiva 2001/29 jipprovdi: “(1) L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-awturi bid-dritt esklussiv li jawtorizzaw jew jipprojbixxu kull komunikazzjoni lill-pubbliku tax-xogħlijiet tagħhom, bil-fili jew mezzi mingħajr fili, inklużi li jagħmlu disponibbli lill-pubbliku x-xogħlijiet tagħhom b’mod li membri tal-pubbliku jistgħu jkollhom aċċess għalihom minn post u f’ħin magħżul individwalment minnhom. (2) L-Istati Membri għandhom jipprovdu għad-dritt esklussiv biex jawtorizzaw jew jipprojbixxu li jagħmlu disponibbli lill-pubbliku, permezz tal-fili jew mingħajr fili, b’mod li l-membri tal-pubbliku jkunu jistgħu jkollhom aċċess għalihom minn post u f’ħin magħżul individwalment minnhom:
[…]
|
C – Id-dritt nazzjonali
29. |
L-Artikolu 72 tal-Liġi Nru 633, tat-22 ta’ April 1941, dwar il-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur u tad-drittijiet relatati (iktar ’il quddiem il-“Liġi dwar id-dritt tal-awtur”) jipprovdi: “Mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-awtur skont id-dispożizzjonijiet tat-Titolu I, il-produttur ta’ fonogrammi igawdi, għaż-żmien u taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-artikoli li ġejjin, id-dritt esklużiv:
|
30. |
L-Artikolu 73 (kif emendat fl-aħħar okkazzjoni bl-Artikolu 12(1) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 68 tad-9 ta’ April 2003) tal-imsemmija liġi jipprovdi: |
“1. Il-produttur ta’ fonogrammi, bl-istess mod bħall-artisti li jinterpretaw u l-artisti li jeżegwixxu li jkunu wettqu l-interpretazzjoni jew l-eżekuzzjoni ffissata jew riprodotta fil-fonogrami, indipendentement mid-drittijiet ta’ distribuzzjoni, ta’ kera u ta’ self li jappartjenu lilhom, għandhom id-dritt għal remunerazzjoni għall-użu, għal finijiet ta’ profitt, ta’ fonogrammi permezz taċ-ċinematografija, tax-xandir radjofoniku u televiżivi, inkluż il-komunikazzjoni lill-pubbliku bis-satellita, fil-festi pubbliċi, fil-postijiet pubbliċi u fi kwalunkwe okkażjoni oħra ta’ użu pubbliku tal-fonogrammi. L-eżerċizzju tad-dritt huwa f’idejn il-produttur, li għandu jaqsam ir-remunerazzjoni mal-artisti interessati li jinterpretaw jew li jeżegwixxu […]”.
31. |
L-Artikolu 73a ta’ din l-istess liġi (introdott permezz tal-Artikolu 9(1) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 685, tas-16 ta’ Novembru 1994) huwa fformulat kif ġej: “L-artisti li jinterpretaw u li jeżegwixxu kif ukoll il-produttur ta’ fonogramma użata għandhom ukoll id-dritt għal remunerazzjoni ekwa meta l-użu msemmi fl-Artikolu 73 isir minghajr skop ta’ lukru […]” |
III – Il-fatti, il-proċedura quddiem il-qrati nazzjonali u d-domandi preliminari
32. |
Società Consortile Fonografici (iktar ’il quddiem “SCF”) hija kumpannija li teżerċita d-drittijiet tal-awtur fl-Italja u barra mill-Italja. Hija tirrappreżenta lill-artisti li jinterpretaw u li jeżegwixxu, u lill-produtturi ta’ fonogrammi. |
33. |
Bħala mandatarja għall-ġestjoni, id-dħul u t-tqassim tad-drittijiet tal-produtturi ta’ fonogrammi assoċjati, fl-Italja u barra mill-Italja, SCF twettaq, b’mod partikolari, l-attivitajiet li ġejjin:
|
34. |
SCF daħlet f’negozjati mal-Associazione Dentisti Italiani (Assoċjazzjoni tad-Dentisti Taljani, iktar ’il quddiem l-“ADI”) bil-għan li tikkonkludi ftehim kollettiv li jistabbilixxi remunerazzjoni ekwa, fis-sens tal-Artikoli 73 jew 73a tal-Liġi dwar id-dritt tal-awtur, għall-komunikazzjoni ta’ fonogrammi, inkluż ix-xandir fil-kliniċi privati taħt kull forma, tkun li tkun. |
35. |
Wara li dawn in-negozjati fallew, SCF ħarrket lil M. Del Corso, dentist, quddiem it-Tribunale di Torino, bil-għan li jiġi kkonstatat li huwa kien xandar bħala mużika fl-isfond, fil-klinika privata tiegħu f’Torino, fonogrammi protetti, u li peress li din l-attività kienet tikkostitwixxi komunikazzjoni lill-pubbliku, kemm fis-sens tal-liġi Taljana dwar id-dritt tal-awtur, kif ukoll skont id-dritt internazzjonali u d-dritt Komunitarju, huwa kien obbligat li jħallas remunerazzjoni ekwa. L-iffissar tal-ammont tar-remunerazzjoni kellu jkun is-suġġett ta’ proċedura oħra. |
36. |
M. Del Corso talab li dan ir-rikors jiġi miċħud. Huwa sostna, l-ewwel nett, li SCF setgħet tinvoka d-dritt tal-awtur biss jekk huwa stess kien uża l-fonogrammi; madankollu, fil-klinika tiegħu, il-fonogrammi kienu jixxandru permezz tax-xandir. Kien għal din ir-raġuni li x-xandar kien obbligat li jħallas remunerazzjoni ekwa; għall-kuntrarju, M. Del Corso ma kienx obbligat jagħmel dan il-ħlas biex jisma’ x-xandira tar-radju. It-tieni nett, dan ma kienx każ ta’ xandira lill-pubbliku għaliex klinika ta’ dentist ma għandhiex tiġi kkunsidrata bħala post pubbliku. Il-pazjenti jkollhom aċċess għall-klinika biss b’appuntament. |
37. |
It-Tribunale di Torino ċaħad it-talba fir-rikors. Huwa kkunsidra li ma kienx hemm komunikazzjoni bi skop ta’ lukru u li, barra minn hekk, il-klinika ta’ dentist kienet post privat u, għalhekk, ma hijiex paragunabbli ma’ post pubbliku jew miftuħ għall-pubbliku. |
38. |
SCF appellat minn din is-sentenza. M. Del Corso talab li dan l-appell jiġi miċħud. |
39. |
L-Avukat Ġenerali tar-Repubblika Taljana tal-qorti tar-rinviju intervjena fil-kawża u talab ukoll li l-appell jiġi miċħud. |
40. |
Skont il-qorti tar-rinviju, id-dispożizzjonijiet tad-dritt internazzjonali, tad-dritt tal-Unjoni u tad-dritt nazzjonali lkoll jipprovdu lill-produtturi ta’ fonogrammi d-dritt li jitolbu remunerazzjoni għall-użu tal-fonogrammi li huma jkunu pproduċew għall-komunikazzjoni lill-pubbliku. Il-fatt li xandar ikun diġà ħallas remunerazzjoni ekwa ma jeskludix jew ma jnaqqasx minn dan id-dritt. Huwa minnu li l-awtorizzazzjoni mogħtija lil xandar tkun tinkludi wkoll il-possibbiltà li x-xandira tiġi użata minn persuna li għandha apparat ta’ riċezzjoni. Madankollu, l-użu f’kuntest pubbliku, pereżempju fil-postijiet pubbliċi jew minn numru kbir ta’ persuni minħabba possibbiltà ta’ aċċess ġenerali, iwassal għal benefiċċju addizzjonali li għandu, minnu nnifsu, jiġi remunerat separatament. Madankollu, għandu jiġi mistoqsi jekk il-kunċett ta’ komunikazzjon lill-pubbliku jinkludix ukoll il-komunikazzjoni f’uffiċċji privati bħalma huma l-kliniċi tad-dentisti, fejn il-pazjent bħala regola ġenerali jmur fuq appuntament u fejn il-programm tar-radju jixxandar mingħajr ma tittieħed inkunsiderazzjoni l-volontà tiegħu. |
41. |
Għalhekk il-qorti tar-rinviju għamlet id-domandi preliminari li ġejjin:
|
IV – Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja
42. |
It-talba għal deċiżjoni preliminari waslet fir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-15 ta’ Marzu 2010. |
43. |
SCF, M. Del Corso, il-Gvern Taljan u l-Irlanda, u l-Kummissjoni, ippreżentaw osservazzjonijiet fil-kuntest tal-proċedura bil-miktub. |
44. |
Rappreżentanti tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali, SCF, M. Del Corso, il-Gvern Taljan, dak Irlandiż, dak Grieg u dak Franċiż, u l-Kummissjoni, ipparteċipaw fis-seduta komuni li saret għal din il-kawża u l-Kawża Phonographic Performance (l-Irlanda), li saret fis-7 ta’ April 2011. |
V – Osservazzjonijiet preliminari
45. |
Billi tagħmel id-domandi preliminari, il-qorti tar-rinviju tixtieq tkun taf essenzjalment jekk dentist li jikkomunika xandiriet tar-radju fil-klinika tiegħu jikkomunikax b’mod indirett lill-pubbliku l-fonogrammi użati f’dawn ix-xandiriet u għandux għalhekk iħallas remunerazzjoni ekwa. |
46. |
Qabel kollox sejjer neżamina r-raba’ u l-ħames domandi preliminari li jirrigwardaw l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni. Wara, sejjer neżamina l-ewwel, it-tieni u t-tielet domandi li jirrigwardaw dispożizzjonijiet tad-dritt internazzjonali. |
VI – Ir-raba’ u l-ħames domandi preliminari
47. |
Meta tressaq ir-raba’ u l-ħames domandi preliminari, il-qorti tar-rinviju tixtieq tkun taf jekk dentist li jsemma’ xandira tar-radju fil-kamra għall-istennija tal-klinika tiegħu, jikkomunikax lill-pubbliku l-fonogrammi użati f’din ix-xandira fis-sens tal-Artikolu 3(2)(b) tad-Direttiva 2001/29 jew jagħmilhiex aċċessibbli lill-pubbliku u għandux, għalhekk, iħallas remunerazzjoni ekwa. |
A – Argumenti prinċipali tal-partijiet
48. |
Waqt is-seduta, il-partijiet kollha qalu, xi kultant anki billi tbegħdu mill-osservazzjonijiet bil-miktub tagħhom, li d-dispożizzjoni rilevanti f’din il-kawża hija l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115 jew tad-Direttiva 92/100 u mhux l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2001/29. |
49. |
Skont SCF u l-Gvern Franċiż, hemm komunikazzjoni lill-pubbliku fis-sens tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115. L-espressjoni “komunikazzjoni lill-pubbliku” użata fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29 u l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115 għandha tiġi interpretata b’mod uniformi u identiku fl-Unjoni kollha. Għalhekk is-sentenza SGAE, li tirrigwarda l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29 għandha tiġi applikata għall-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115. Qabel kollox, dan jirriżulta mill-formulazzjoni u mill-għan tad-direttivi. Il-fatt li d-Direttiva 2006/115 ma fihiex premessi simili għall-premessa 23 tad-Direttiva 2001/29, li tindika li l-kunċett ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku għandu jiġi interpretat f’sens wiesa’, ma jipprekludix din it-teżi. Fil-fatt, il-premessa 23 tkun żejda f’dan ir-rigward. Sa fejn iż-żewġ direttivi jipprovdu livelli ta’ protezzjoni differenti, dan jikkonċerna d-determinazzjoni tad-drittijiet u mhux il-kunċett ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku. Sussegwentement, il-fatt li l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29 jipprovdi għal dritt esklużiv lill-awtur u li, għall-kuntrarju, l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115 jipprovdi biss dritt ekonomiku lill-artisti li jinterpretaw u li jeżegwixxu u lill-produtturi ta’ fonogrammi, ma jfissirx li l-espressjoni “komunikazzjoni lill-pubbliku” użata fiż-żewġ dispożizzjonijiet għandha tiġi interpretata b’mod differenti. Barra minn hekk, il-fatt li, fil-livell tad-dritt internazzjonali, id-WPPT u t-Trattat fuq id-dritt tal-awtur (iktar ’il quddiem id-“WCT”) jużaw ukoll l-espressjoni identika “komunikazzjoni lill-pubbliku” jargumenta favur interpretazzjoni identika. Barra minn hekk, is-sentenza SENA ( 10 ) ma hijiex applikabbli għaliex fiha l-Qorti tal-Ġustizzja ttrattat biss in-natura ekwa tar-remunerazzjoni. Barra minn hekk, mill-istruttura tad-Direttiva 2001/29 jirriżulta li, fl-interpretazzjoni ta’ komunikazzjoni pubblika, ma hemmx lok li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-interessi ta’ persuni oħra kkonċernati. Fl-aħħar nett, il-Gvern Franċiż josserva li interpretazzjoni uniformi tal-kunċett ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku hija meħtieġa għaliex dan huwa importanti wkoll mill-perspettiva tat-tul tal-protezzjoni tad-dritt tal-awtur u tad-drittijiet relatati skont id-Direttiva tal-Parlament u tal-Kunsill 2006/116/KE, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar il-perjodu ta’ protezzjoni ta’ drittijiet tal-awtur u ta’ ċerti drittijiet relatati ( 11 ). |
50. |
Skont SCF u l-Gvern Franċiż, f’każ bħal dan inkwistjoni, hemm komunikazzjoni lill-pubbliku. |
51. |
L-ewwel nett, SCF tosserva li, bħala medja, kull dentist għandu numru sinjifikattiv ta’ pazjenti. Sussegwentement, il-fatt li l-pazjenti jkollhom aċċess għall-klinika tad-dentist biss b’appuntament u fuq bażi kuntrattwali ma jipprekludix in-natura pubblika tal-komunikazzjoni. |
52. |
It-tieni nett, sabiex isir magħruf jekk it-tfittxija tal-iskop ta’ lukru huwiex neċessarju sabiex ikun hemm komunikazzjoni lill-pubbliku, SCF tosserva qabel kollox li l-qorti tar-rinviju ma għamlitx din id-domanda. Sussidjarjament, SCF issostni li t-tfittxija ta’ tali skop ma hijiex neċessarja. Qabel kollox, il-formulazzjoni tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115 ma semmihx. Sussegwentement l-istruttura tad-Direttivi 2006/115 u 2001/29 ma tipprekludix din it-teżi. Mill-Artikolu 5 tad-Direttiva 2001/29 li, skont l-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2006/115, huwa applikabbli wkoll għad-drittijiet relatati tal-produtturi ta’ fonogrammi u ta’ artisti li jinterpretaw u li jeżegwixxu, jirriżulta li n-nuqqas tat-tfittxija tal-iskop ta’ lukru għandu jittieħed inkunsiderazzjoni biss fil-livell tal-eċċezzjonijiet u ta’ limitazzjonijiet u, għalhekk, mhux ukoll fil-livell tal-kunċett ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku. Barra minn hekk, skont il-ġurisprudenza, it-tfittxija ta’ tali skop ma hijiex neċessarja. Fl-aħħar nett, ftit huwa importanti li jkun magħruf jekk il-komunikazzjoni lill-pubbliku kellhiex effett fuq l-għażla tad-dentist. Sabiex ikun jista’ jinkiseb l-għan li jiġi ggarantit livell ta’ protezzjoni għoli lid-drittijiet tal-awtur, ma għandhiex tiġi eskluża minn qabel il-komunikazzjoni ta’ fonogrammi marbuta mal-eżerċizzju ta’ professjonijiet liberi mill-firxa ta’ protezzjoni tad-drittijiet intellettwali kkonċernati. |
53. |
It-tielet nett, SCF u l-Gvern Franċiż isostnu li għandu jiġi kkunsidrat li l-utent huwa d-dentist u mhux il-pazjent. Għalhekk ftit huwa importanti li l-komunikazzjoni ssir kompletament indipendentement mill-volontà tal-pazjenti u li, jekk ikun il-każ, dawn tal-aħħar lanqas biss jinteressahom mill-komunikazzjoni. |
54. |
M. del Corso jikkunsidra li r-raba’ u l-ħames domandi preliminari huma inammissibbli għaliex ma humiex rilevanti għas-soluzzjoni tal-kawża. Ma jirriżulta ippruvat la li huwa kkomunika xogħlijiet irreġistrati fuq fonogrammi lill-pazjenti tiegħu u lanqas li huwa tħallas miżata tad-dħul minħabba f’dik il-komunikazzjoni. |
55. |
Barra minn hekk, f’każ bħal dak inkwistjoni, ma hemm la komunikazzjoni lill-pubbliku u lanqas tqegħid għad-dispożizzjoni tal-pubbliku. Hemm komunikazzjoni lill-pubbliku ta’ fonogramma biss meta din tiġi effettivament ikkomunikata quddiem pubbliku, f’post pubbliku jew miftuħ għall-pubbliku, jew anki quddiem numru sinjifikattiv ta’ nies li jħallsu miżata tad-dħul f’postijiet privati. F’każ bħal dak inkwistjoni, in-natura pubblika meħtieġa hija nieqsa. L-ewwel nett, il-pazjenti fi klinika ta’ dentist ma jikkostitwixxux pubbliku għaliex ma għandhom ebda dimensjoni soċjali, ekonomika jew ġuridika awtonoma. It-tieni nett, is-servizz speċifiku, personali u intelletwali tad-dentist, ipprovdut fuq bażi kuntrattwali, ikun fuq quddiem nett. Il-fatt li tindaqq mużika f’dan il-kuntest ma għandux skop ta’ lukru. It-tielet nett, id-dentist, li jkun marbut li jippreżerva d-drittijiet personali tal-pazjenti tiegħu, ma jistax jipprovdi s-servizzi tiegħu fl-istess mument, b’tali mod li l-imsemmija pazjenti ma jkunux miġburin fil-klinika tiegħu fl-istess mument. Ir-raba’ nett, il-pazjenti ma jkunux ħallsu miżata tad-dħul. Il-ħames nett, il-kalkoli ta’ SCF dwar in-numru ta’ pazjenti ta’ dentist ma humiex eżatti. Lanqas ma jkun hemm tqegħid għad-dispożizzjoni tal-pubbliku. M. del Corso jsostni wkoll li l-perspettiva sostnuta minn SCF twassal sabiex jiġi kkunsidrat li l-fatt li persuna privata tisma’ l-mużika f’postijiet privati jiġi kkunsidrat bħala li jikkostitwixxi komunikazzjoni lill-pubbliku. |
56. |
Skont il-Gvern Taljan, ir-risposta għar-raba’ domanda preliminari għandha tkun fin-negattiv. Fis-sentenza SGAE, il-Qorti tal-Ġustizzja kienet ikkunsidrat li kien hemm komunikazzjoni lill-pubbliku fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29. Madankollu, f’din il-kawża, id-dispożizzjoni applikabbli għandha tkun l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 92/100. F’każ bħal dak inkwistjoni, ma hemmx komunikazzjoni lill-pubbliku fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni. L-ewwel nett, il-klinika ta’ dentist huwa post privat fejn il-pazjenti jmorru biss b’appuntament. Madankollu, f’każ bħal dak inkwistjoni, anki jekk jiġi skartat dan l-approċċ fiżiku favur approċċ funzjonali, ikun impossibbli li jiġi kkunsidrat li jkun hemm komunikazzjoni lill-pubbliku. Huwa minnu li n-numru ta’ persuni li jkunu jinsabu fl-istess ħin fil-klinika ma huwiex sinjifikattiv. Fil-fatt, għandu jiġi adottat approċċ ibbażat fuq l-effett ta’ suċċessjoni u ta’ akkumulazzjoni. Madankollu, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni l-għanijiet imfittxija mill-pazjenti. Il-pubbliku rilevanti fil-kuntest tad-Direttiva jiġi ffurmat biss minn persuni lesti li jħallsu sabiex ikollhom il-possibbiltà li jisimgħu l-kontenut tal-fonogrammi jew għaliex teżisti dik il-possibbiltà. Fil-fatt, ma jkunx iġġustifikat li jingħata dritt ekonomiku lill-produtturi ta’ fonogrammi u lill-artisti li jinterpretaw jew li jeżegwixxu jekk il-komunikazzjoni lill-pubbliku ma tkunx fiha nnifisha ta’ importanza ekonomika. Fir-rigward ta’ klijenti ta’ lukanda, il-komunikazzjoni jkollha importanza ekonomika, għaliex l-aċċess għall-programmi tar-radju u tat-televiżjoni jiffurmaw parti mis-servizzi offruti mil-lukanda li jittieħdu inkunsiderazzjoni mill-klijenti. Madankollu, fir-rigward ta’ pazjenti ta’ klinika ta’ dentist, il-komunikazzjoni ma jkollhiex importanza ekonomika. Huwa minnu li l-komunikazzjoni ta’ fonogrammi tista’ twassal sabiex l-istennija tal-pazjenti tkun iktar pjaċevoli iżda hija ma tkunx marbuta, la direttament u lanqas indirettament, mal-valur tas-servizz mogħti mid-dentist. Skont il-Gvern Taljan, ma hemmx lok li tingħata risposta għall-ħames domanda preliminari għaliex ir-risposta għar-raba’ domanda għandha tkun fin-negattiv. |
57. |
Skont il-Kummissjoni u l-Irlanda, il-kunċett ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku fis-sens tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 92/100 ma jistax jixxebbah mal-kunċett ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29. Għall-kuntrarju, fid-dawl tad-differenzi bejn dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet, għandha tingħata interpretazzjoni iktar restrittiva lil din l-espessjoni meta tintuża fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115. Għandu jittieħed inkunsiderazzjoni b’mod partikolari l-fatt li l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29 jagħti dritt esklużiv lill-awtur u li, għall-kuntrarju, l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 92/100 jagħti biss dritt għal remunerazzjoni ekwa lill-produttur ta’ fonogrammi. Barra minn hekk, jekk tingħata l-istess protezzjoni lill-awturi u lill-produtturi ta’ fonogrammi, dan ma jkunx konformi mad-dispożizzjonijiet tad-dritt internazzjonali u tad-dritt tal-Unjoni. |
58. |
Fin-nota tagħha, il-Kummissjoni sostniet li l-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku fis-sens tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115 għandha tkun ibbażata fuq l-Artikolu 2(g) u fuq l-Artikolu 15 tad-WPPT. Għalhekk, dan il-kunċett ikopri wkoll il-komunikazzjonijiet indiretti u jkun biżżejjed li l-ħsejjes iffissati fuq il-fonogrammi jkunu jistgħu jinstemgħu. Għalhekk, f’każ bħal dak inkwistjoni, hemm lok li jiġi kkunsidrat jekk hemmx komunikazzjoni. Madankollu, il-komunikazzjoni ma tkunx saret “lill-pubbliku”. Il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29 ma hijiex applikabbli għall-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 92/100. Fil-fatt, għandha tittieħed inkunsiderazzjoni n-natura pubblika jew privata tal-post tal-komunikazzjoni u tal-iskop ta’ lukru tagħha. Dan l-iskop ta’ lukru jkun nieqes fil-każ inkwistjoni għaliex l-għażla ta’ tabib ma tiddependix fuq kemm il-kamra għall-istennija tkun attraenti iżda fuq il-fiduċja li jgawdi minnha t-tabib u għalhekk il-komunikazzjoni ma jkollhiex influwenza fuq il-kwalità tas-servizz tat-tabib. |
59. |
Għall-kuntrarju, waqt is-seduta, il-Kummissjoni sostniet li, f’każ bħal dak inkwistjoni, lanqas ma hemm komunikazzjoni. Fil-fehma tagħha, fis-sentenza SGAE, il-Qorti tal-Ġustizzja ddefiniet biss in-natura pubblika tal-komunikazzjoni, iżda mhux il-kunċett ta’ komunikazzjoni. Il-kunċett ta’ komunikazzjoni għandu jiġi interpretat kif ipproponiet l-Avukat Ġenerali Kokott fil-kawża Football Association Premier League et ( 12 ). Mill-premessa 23 tad-Direttiva 2001/29 jirriżulta li l-kunċett ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku jkopri biss il-persuni li ma jkunux preżenti fil-post li minnu sseħħ il-komunikazzjoni. Issa, it-trażmissjoni ta’ xandira fuq apparat tar-radju fi klinika ta’ dentist issir quddiem pubbliku preżenti fil-post li minnu sseħħet il-komunikazzjoni. Kien ikun mod ieħor li kieku s-sinjal trażmess permezz ta’ tali apparat kien l-ewwel nett imxandar fuq netwerk. |
B – L-ammissibbiltà tar-rinviju preliminari
60. |
Ir-raba’ u l-ħames domandi preliminari huma ammissibbli. |
61. |
L-ewwel nett, l-oġġezzjoni ta’ M. Del Corso fis-sens li d-domandi ma humiex rilevanti għaliex ma ġiex stabbilit li hemm komunikazzjoni tal-programm tar-radju lill-pazjenti għandha tiġi miċħuda. Fil-fatt, mid-digriet tar-rinviju jirriżulta li l-qorti tar-rinviju kkunsidrat li hemm komunikazzjoni. Minħabba l-kooperazzjoni bejn il-qorti tar-rinviju u l-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest ta’ proċedura ta’ rinviju preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, il-Qorti tal-Ġustizzja hija marbuta li tibbaża ruħha fuq il-fatti li l-qorti tar-rinviju tikkomunikalha ( 13 ). |
62. |
It-tieni nett, il-fatt, invokat minn M. Del Corso, li huwa ma talabx miżata tad-dħul mingħand il-pazjenti tiegħu minħabba l-komunikazzjoni tal-programmi tar-radju ma tnaqqasx mir-rilevanza tad-domandi preliminari. Fil-fatt, il-qorti tar-rinviju staqsiet ġustament jekk, f’każ bħal dan, id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni jistgħux iwasslu li jimponu obbligu ta’ remunerazzjoni fuq id-dentist. |
C – Evalwazzjoni tad-dritt
63. |
Ir-raba’ u l-ħames domandi preliminari saru fil-kuntest tas-sentenza SGAE ( 14 ). Il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat li lukandier li jqassam sinjal ta’ xandir permezz ta’ apparati ta’ televiżjoni li jitqiegħdu fil-kmamar tal-klijenti, jikkomunika lill-pubbliku, fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29, ix-xogħlijiet użati fix-xandiriet tat-televiżjoni. Din id-dispożizzjoni tirregola d-dritt esklużiv ta’ awtur li jawtorizza jew jipprojbixxi l-komunikazzjoni pubblika tax-xogħlijiet tiegħu. F’dan il-każ, il-kwistjoni tirrigwarda b’mod partikolari l-punt li jkun magħruf jekk din il-ġurisprudenza, li tikkonċerna d-drittijiet tal-awtur u l-kmamar ta’ lukanda, hijiex applikabbli għad-drittijiet relatati tal-produtturi ta’ fonogrammi meta xandira tar-radju, li fiha jintużaw fonogrammi, tissemma’ fi klinika ta’ dentist. F’dan ir-rigward, qabel kollox nixtieq nittratta l-interpretazzjoni tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29 li saret mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża SGAE (parti 1). Sussegwentement, sejjer nuri liema hija, f’dan il-każ, id-dispożizzjoni rilevanti tad-dritt tal-Unjoni (parti 2) u kif għandha tiġi intepretata (parti 3). |
1. L-interpretazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29
64. |
Il-Qorti tal-Ġustizzja mmotivat id-deċiżjoni tagħha li l-tqassim ta’ sinjal lil klijent ta’ lukanda permezz ta’ apparat ta’ televiżjoni li jitqiegħed fil-kmamar tal-klijenti jikkostitwixxi komunikazzjoni lill-pubbliku fis-sens tal-Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva, tkun xi tkun it-teknika tat-trażmissjoni tas-sinjal użata, bil-mod li ġej: |
65. |
L-ewwel nett, hija rreferiet għall-premessi tad-Direttiva 2001/29. Qabelxejn, hija rreferiet għall-premessa 23, minn fejn jirriżulta li l-kunċett ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku għandu jinftiehem f’sens wiesa’ ( 15 ). Sussegwentement, hija kkunsidrat liema kien l-aħjar mezz sabiex jintlaħaq l-għan li jissemma fil-premessi 9 u 12 tad-Direttiva, li huwa dak li jiġi stabbilit livell ta’ protezzjoni favur l-awturi, li jippermettilhom jiksbu remunerazzjoni xierqa għall-użu tax-xogħlijiet tagħhom ( 16 ). |
66. |
It-tieni nett, il-Qorti tal-Ġustizzja invokat il-ġurisprudenza tagħha dwar dispożizzjonijiet oħra tad-dritt tal-Unjoni ( 17 ). |
67. |
It-tielet nett, hija bbażat ruħha fuq l-effetti ta’ akkumulazzjoni li jirriżultaw mill-fatt li, normalment, il-klijenti ta’ lukandi jinbidlu ta’ spiss fis-swali tat-televiżjoni u li, għalhekk, id-disponibbiltà tax-xogħlijiet tista’ takkwista importanza kunsiderevoli ( 18 ). |
68. |
Ir-raba’ nett, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat li, skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 11(b)(ii) tal-Konvenzjoni ta’ Berna, din tkun komunikazzjoni lill-pubbliku awtonoma, magħmula minn organizzazzjoni ta’ xandir differenti mill-organizzazzjoni oriġinali. B’hekk, din it-trażmissjoni ssir lil pubbliku differenti mill-pubbliku intiż mill-att ta’ komunikazzjoni oriġinali tax-xogħol, jiġifieri pubbliku ġdid ( 19 ). |
69. |
Il-ħames nett, il-Qorti tal-Ġustizzja ddefiniet in-natura pubblika ta’ komunikazzjoni indiretta billi għamlet riferiment għall-gwida tal-Konvenzjoni ta’ Berna żviluppata mid-WIPO. Meta jawtorizza x-xandir tax-xogħol tiegħu, l-awtur jieħu inkunsiderazzjoni biss l-utenti diretti, jiġifieri l-proprjetarji ta’ apparat ta’ riċezzjoni li, individwalment jew fl-isfera privata jew familjari, jirċievu x-xandiriet. Skont din il-gwida, peress li din ix-xandira hija mmirata lejn udjenza ikbar, u xi kultant għal skop ta’ lukru, parti ġdida mill-pubbliku li jirċeviha għandu l-possibbiltà li jibbenefika mis-smigħ jew mill-viżjoni tax-xogħol imxandar, u l-komunikazzjoni tax-xandira permezz ta’ loudspeaker jew strument simili, ma tibqax iktar sempliċi riċezzjoni tax-xandira nnifisha imma att indipendenti li bih ix-xogħol imxandar jiġi kkomunikat lil pubbliku ġdid ( 20 ). |
70. |
Is-sitt nett, hija kkonstatat li l-klijentela ta’ lukanda tifforma tali pubbliku ġdid. Il-lukanda hija organizzazzjoni li topera bl-għarfien sħiħ tal-konsegwenzi tal-aġir tagħha, sabiex tagħti aċċess għax-xogħol protett lill-klijenti tagħha ( 21 ). |
71. |
Is-seba’ nett, il-Qorti tal-Ġustizzja nnutat li huwa biżżejjed, sabiex ikun hemm komunikazzjoni lill-pubbliku, li x-xogħol jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku b’mod li l-persuni li jiffurmaw il-pubbliku jista’ jkollhom aċċess għalih ( 22 ). |
72. |
It-tmien nett, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-fatt li jingħata aċċess għax-xogħol imxandar lill-klijenti għandu jiġi kkunsidrat bħala għoti ta’ servizzi addizzjonali bl-għan li jittieħed xi benefiċċju. Lukanda ssegwi b’hekk skop ta’ lukru, għaliex l-offerta ta’ dan is-servizz jinfluwenza l-livell tal-lukanda, u, għalhekk, il-prezz tal-kmamar ( 23 ). |
73. |
Madankollu, id-disa’ nett, il-Qorti tal-Ġustizzja ċċarat li s-sempliċi provvista ta’ apparat ta’ riċezzjoni ma tikkostitwixxix, fiha nnifisha, komunikazzjoni fis-sens tad-Direttiva 2001/29. Għall-kuntrarju, jekk, permezz tal-apparat tat-televiżjoni hekk installat, il-lukanda tqassam is-sinjal lill-klijenti tagħha alloġġjati fil-kmamar tal-istabbiliment, ikun hemm komunikazzjoni lill-pubbliku fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, mingħajr ma jkun rilevanti li ssir magħrufa t-teknika tat-trażmissjoni tas-sinjal li tiġi użata ( 24 ). |
2. Id-dispożizzjoni rilevanti f’din il-kawża
74. |
Fir-raba’ domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tirreferi għall-Artikolu 3(2)(b) tad-Direttiva 2001/29. Din id-dispożizzjoni hija irrilevanti f’din il-kawża. Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3(2)(a) u (b) tad-Direttiva 2001/29, ma humiex applikabbli għaliex huma jirregolaw biss il-każ tat-tqegħid għad-dispożizzjoni. Issa, it-trażmissjoni ta’ programm tar-radju ma jikkorrispondix għal dan it-tqegħid għad-dispożizzjoni. Sabiex inkun koprejt kollox, nosserva li l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29 lanqas ma huwa rilevanti għaliex din il-kawża ma tikkonċernax xogħlijiet protetti mid-dritt tal-awtur, iżda d-drittijiet relatati tal-produtturi ta’ fonogrammi u tal-artisti li jinterpretaw u li jeżegwixxu. |
75. |
Għall-kuntrarju, id-dispożizzjoni rilevanti hija l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 92/100 jew tad-Direttiva 2006/115. Hija teżiġi li l-Istati Membri jipprovdu għal remunerazzjoni unika u ekwa li ssir mill-utent meta fonogramma ppubblikata għal finijiet kummerċjali, jew riproduzzjoni ta’ dik il-fonogramma, tintuża għal xandira mingħajr fili jew għal kwalunkwe komunikazzjoni lill-pubbliku, u sabiex jiġi żgurat li din ir-remunerazzjoni tinqasam bejn l-artisti li jinterpretaw jew li jeżegwixxu u l-produtturi ta’ fonogrammi kkonċernati. |
76. |
Kif il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, sabiex tagħti risposta utli lil qorti tar-rinviju, tforniha bl-indikazzjonijiet li jidhrilha neċessarji ( 25 ), ser neżamina minn hawn ’il quddiem l-interpretazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet rilevanti. Sussegwentement, peress li d-Direttiva 2006/115 ikkodifikat id-Direttiva 92/100 u peress li l-Artikolu 8(2) huwa identiku fiż-żewġ direttivi, ser ninvoka biss l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115; madankollu, l-osservazzjonijiet tiegħi jkunu jgħoddu wkoll bl-istess mod għad-dispożizzjoni korrispondenti tad-Direttiva 92/100. Barra minn hekk, għall-finijiet ta’ simplifikazzjoni, ser neżamina biss il-każ fejn fonogramma hija ppubblikata għal finijiet kummerċjali; madankollu l-osservazzjonijiet tiegħi jgħoddu wkoll għal kopja ta’ tali fonogramma. |
3. L-interpretazzjoni tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115
77. |
Qabel kollox, nixtieq nippreċiża li l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115 jikkostitwixxu kunċetti awtonomi tad-dritt tal-Unjoni (a) li għandhom jiġu interpretati billi jittieħed inkunsiderazzjoni l-kuntest tagħhom fid-dritt internazzjonali (b). Sussegwentement, ser neżamina l-kunċett ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku (c), kif ukoll il-kundizzjonijiet l-oħra previsti fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115 (d). |
a) Kunċetti awtonomi tad-dritt tal-Unjoni
78. |
Fin-nuqqas ta’ riferiment għad-dritt tal-Istati Membri, il-kunċetti użati fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva jikkostitwixxu kunċetti awtonomi tad-dritt tal-Unjoni. Mir-rekwiżiti tal-applikazzjoni uniformi tad-dritt tal-Unjoni fl-Istati Membri kollha u mill-prinċipju ta’ trattament ugwali, jirriżulta li huma għandhom jiġu interpretati b’mod uniformi ( 26 ). Dan huwa l-uniku mod li bih jista’ jintlaħaq l-għan stabbilit fil-premessa 6 tad-Direttiva 2006/115, jiġifieri li jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju tal-attivitajiet kreattivi, artistiċi u ta’ intrapriża permezz tat-tqegħid fis-seħħ ta’ protezzjoni ġuridika armonizzata fil-Komunità. |
79. |
Madankollu, f’ċerti każijiet, jista’ jkun li l-armonizzazzjoni tkun limitata ħafna, b’tali mod li l-intensità normattiva tal-kunċett tkun baxxa ħafna. F’tali każijiet, id-dritt tal-Unjoni jimponi biss qafas regolatorju wiesa’ li l-Istati Membri għandhom jikkompletaw ( 27 ). Huwa dan li ġie kkunsidrat mill-Qorti tal-Ġustizzja fir-rigward tar-remunerazzjoni ekwa fis-sens tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115 ( 28 ). Madankollu, peress li għandha tiġi evalwata individwalment l-intensità normattiva ta’ wħud mill-kunċetti użati f’dispożizzjoni, huwa impossibbli li minnha jinsiltu konklużjonijiet fir-rigward tal-kunċetti l-oħra użati fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115. |
b) Il-kuntest tad-dritt internazzjonali u tad-dritt tal-Unjoni
80. |
Barra minn hekk, id-dispożizzjoni dwar id-dritt għal remunerazzjoni ekwa tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115 għandha tiġi interpretata billi jittieħed inkunsiderazzjoni l-kuntest tagħha fid-dritt internazzjonali. |
81. |
Fil-fatt, id-dritt għal remunerazzjoni ekwa huwa rregolat mid-dritt internazzjonali permezz tal-Artikolu 12 tal-Konvenzjoni ta’ Ruma u permezz tal-Artikolu 15 tad-WPPT. Għalhekk, l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115 għandu jiġi interpratat billi jittieħdu inkunsiderazzjoni d-dispożizzjonijiet tad-dritt internazzjonali. |
82. |
Fir-rigward tad-WPPT, dan jirriżulta mill-fatt li l-Unjoni nnifisha hija parti kontraenti. Fil-fatt, skont ġurisprudenza stabbilita, id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni għandhom jiġu interpretati fid-dawl tad-dritt internazzjonali, b’mod partikolari meta huma jfittxu li jimplementaw ftehim internazzjonali ffirmat mill-Unjoni ( 29 ). |
83. |
Ċertament, fir-rigward tal-Konvenzjoni ta’ Ruma, hemm lok li jiġi osservat li l-Unjoni Ewropea ma hijiex hija stess parti kontraenti. Madankollu, mill-premessa 7 tad-Direttiva 2006/115, li tindika li l-liġijiet tal-Istati Membri għandhom jiġu approssimati fl-osservanza tal-konvenzjonijiet internazzjonali li fuqhom huma msejsa l-liġijiet dwar id-dritt tal-awtur u dwar id-drittijiet relatati ta’ ħafna mill-Istati Membri, jirriżulta li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni d-dispożizzjonijiet ta’ din il-konvenzjoni. |
c) Il-kunċett ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku
84. |
Mill-formulazzjoni tiegħu, jistgħu jiġu distinti żewġ elementi fil-kunċett ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku. L-ewwel nett, għandu jkun hemm il-komunikazzjoni. Fit-tieni lok, din il-komunikazzjoni għandu jkollha natura pubblika. |
i) Il-kunċett ta’ komunikazzjoni
85. |
Ċertament, id-Direttiva 2006/115 ma tiddefinixxix b’mod speċifiku x’għandu jinftiehem bit-terminu “komunikazzjoni” fis-sens tad-Direttiva 2006/115. Madankollu, il-formulazzjoni u l-kuntest ta’ din id-dispożizzjoni jipprovdu indikazzjonijiet dwar l-interpretazzjoni li għandha tingħatalu. |
86. |
Kif spjegajt hawn fuq ( 30 ), il-kunċett ta’ komunikazzjoni fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni għandu jiġi interpretatat billi jittieħdu inkunsiderazzjoni d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12 tal-Konvenzjoni ta’ Ruma u tal-Artikolu 15 tad-WPPT. F’dan ir-rigward, id-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikolu 15(1) u tal-Artikolu 2(g) tad-WIPO huma b’mod partikolari importanti. L-Artikolu 15(1) jipprovdi li l-artisti li jinterpretaw jew li jeżegwixxu u l-produtturi ta’ fonogrammi għandhom dritt għal remunerazzjoni ekwa u unika meta l-fonogrammi ppubblikati għal finijiet ta’ kummerċ jintużaw direttament jew indirettament għax-xandir jew għal kwalunkwe komunikazzjoni lill-pubbliku. Fl-Artikolu 2(g) tad-WPPT, il-kunċett ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku ta’ fonogramma huwa ddefinit bħala trażmissjoni lill-pubbliku, b’kull mezz ieħor minbarra x-xandir, ta’ ħsejjes minn interpretazzjoni jew eżekuzzjoni, jew ta’ ħsejjes jew ta’ rappreżentazzjonijiet ta’ ħsejjes iffissati fuq fonogramma. Barra minn hekk, huwa ċar li, għall-finijiet tal-Artikolu 15, it-terminu “komunikazzjoni lill-pubbliku” jinkludi wkoll il-fatt li jissemmgħu lill-pubbliku l-ħsejjes jew ir-rappreżentazzjonijiet ta’ ħsejjes iffissati fuq fonogramma. |
87. |
Dan jippermetti li jinsiltu l-konklużjonijiet li ġejjin fir-rigward tal-kunċett ta’ komunikazzjoni fis-sens tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115: |
88. |
L-ewwel nett, l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115 isemmi l-komunikazzjonijiet indiretti jew diretti. Dan qabel kollox jirriżulta mill-formulazzjoni ċara u mill-oriġini ta’ din id-dispożizzjoni. Fil-fatt, mill-oriġini tad-Direttiva 92/100 jirriżulta li ma kienx meqjus neċessarju li jiġi ppreċiżat iktar il-kunċett ta’ komunikazzjoni billi jiżdiedu l-kliem “indirett jew dirett”, għaliex, meta wieħed juża dan it-terminu, huwa ċar li dan jinkludi wkoll il-komunikazzjonijiet indiretti ( 31 ). Issa, wara d-dħul fis-seħħ tiegħu, l-Artikolu 15 tad-WPPT, li jipprovdi li d-dritt jeżisti wkoll f’każ ta’ komunikazzjoni indiretta, jargumenta favur din l-interpretazzjoni ( 32 ). |
89. |
It-tieni nett, sabiex ikun hemm komunikazzjoni, huwa biżżejjed li l-ħsejjes iffissati fuq fonogramma jkunu jistgħu jinstemgħu. Huwa ta’ ftit importanza jekk il-ħsejjes ikunux instemgħu jew le mill-klijent. Qabel kollox, l-Artikolu 2(g) tad-WPPT, li jipprovdi li l-ħoss għandu jkun jinstema’, jargumenta f’dan is-sens. Sussegwentement, skont l-ispirtu u l-għan tad-Direttiva 2006/115, għandu jkun biżżejjed li l-konsumatur ikollu l-possibbiltà ġuridika u effettiva li jgawdi l-fonogrammi ( 33 ). Din l-interpretazzjoni għandha wkoll il-vantaġġ li tikkorrispondi għal dik tal-kunċett ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29. |
90. |
Fid-dawl ta’ dawn il-provvedimenti, jeżistu numru ta’ raġunijiet sabiex il-kunċett ta’ komunikazzjoni jiġi interpretat fis-sens tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115 fis-sens li, bħal fil-każ inkwistjoni, dentist, li jsemma’ xandiriet tar-radju lill-pazjenti fil-klinika tiegħu permezz ta’ apparat tar-radju, jikkomunika indirettament il-fonogrammi użati fix-xandiriet tar-radju. |
91. |
F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni ssostni li, bħala regola, il-kunċett ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku fis-sens tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115 ma għandux jiġi interpretat f’sens usa’ mill-kunċett ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29. Għandu jiġi kkunsidrat li l-leġiżlatur tal-Unjoni ried li jipprovdi livell ogħla ta’ protezzjoni lid-drittijiet tal-awtur milli lid-drittijiet relatati tal-produtturi ta’ fonogrammi u tal-artisti li jinterpretaw u li jeżegwixxu u li, għalhekk, ikun kuntrarju għas-sistema ta’ protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur, li jingħataw drittijiet ikbar lill-produtturi ta’ fonogrammi u lill-artisti skont l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115 milli lill-awturi skont l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29. |
92. |
Għalhekk għandu jiġi mistoqsi jekk għandhomx jittieħdu inkunsiderazzjoni l-premessi 23 u 27 tad-Direttiva 2001/29 fl-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku fis-sens tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115 u jekk dan iwassalx sabiex jiġi kkunsidrat li, f’każ bħal dak inkwistjoni, ma hemmx komunikazzjoni lill-pubbliku fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni. |
– Teħid inkunsiderazzjoni tal-premessa 27 tad-Direttiva 2001/29.
93. |
Qabel kollox, għandu jiġi mistoqsi jekk, f’każ bħal dak inkwistjoni, fid-dawl tal-premessa 27 tad-Direttiva 2001/29, għandux jiġi kkunsidrat li hemm komunikazzjoni. |
94. |
Skont din il-premessa, is-sempliċi provvista ta’ installazzjonijiet iddestinati sabiex jippermettu jew jirrealizzaw komunikazzjoni, fiha nnifisha ma tikkostitwixxix komunikazzjoni. Din il-premessa għandha tiġi kkunsidrata flimkien mad-dikjarazzjoni tal-partijiet dwar l-Artikolu 8 tad-WCT li dwarha ftiehmu l-partijiet kontraenti. Skont din id-dikjarazzjoni, it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ kundizzjonijiet materjali li jippermettu komunikazzjoni, ma jikkostitwixxix fih innifsu komunikazzjoni fis-sens tad-WCT jew tal-Konvenzjoni ta’ Berna. |
95. |
Fil-fehma tiegħi, dan ma għandux jiġi interpretat fis-sens li, f’każ bħal dak inkwistjoni, ma hemmx komunikazzjoni fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29 jew tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115 ( 34 ). Għall-kuntrarju, jidhirli li din id-dikjarazzjoni għandha tinftiehem fis-sens li l-persuni li jpoġġu għad-dispożizzjoni apparat ta’ riproduzzjoni mingħajr ma jikkontrollaw fl-istess waqt l-aċċess għax-xogħlijiet protetti bid-dritt tal-awtur, ma jwettqux b’daqshekk komunikazzjoni lill-pubbliku. Hekk jiġri pereżempju meta apparat tat-televiżjoni jew tar-radju jinbigħ jew jinkera, jew meta min jipprovdi aċċess għall-internet jillimita ruħu sabiex jipprovdi dak l-aċċess għall-internet. Madankollu, f’każ bħal dak inkwistjoni, id-dentist ma jillimitax ruħu sabiex ipoġġi għad-dispożizzjoni l-apparat ta’ riproduzzjoni. Għall-kuntrarju, huwa stess isemma’ x-xandira tar-radju lill-pazjenti tiegħu u għalhekk, indirettament, il-fonogrammi użati fix-xandiriet tar-radju. |
96. |
Għalhekk, f’każ bħal dak inkwistjoni, il-premessa 27 tad-Direttiva 2001/29 ma tipprekludix milli jiġi kkunsidrat li hemm komunikazzjoni fis-sens tal-Artikolu 3(1) u tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115. |
– Teħid inkunsiderazzjoni tal-premessa 23 tad-Direttiva 2001/29
97. |
Skont il-premessa 23 tad-Direttiva 2001/29, id-dritt ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku għandu jinftiehem bħala li jkopri kull komunikazzjoni lill-pubbliku li ma jkunx preżenti fil-post li minnu toriġina l-komunikazzjoni. |
98. |
Waqt is-seduta, il-Kummissjoni sostniet (u b’hekk tbegħdet mill-osservazzjonijiet bil-miktub li hija kienet diġà ppreżentat) li, fid-dawl ta’ din il-premessa, huwa dubjuż jekk hemmx komunikazzjoni. F’dan ir-rigward, hija invokat il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Kokott fil-kawża Football Association Premier League et ( 35 ) fejn meta rreferiet għal din il-premessa, hija kkunsidrat li r-riċezzjoni ta’ xandira mxandra fuq apparat tat-televiżjoni ma tikkostitwixxix komunikazzjoni fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29. Ikun hemm komunikazzjoni biss meta jkun hemm xandira ġdida indipendenti mix-xandira oriġinali, bħal meta s-sinjal inizjali ta’ xandira jiġi riċevut u wara mxandar mill-ġdid lil diversi apparati ( 36 ). Fid-dawl ta’ dan, il-Kummissjoni tqis li, issa, fis-sentenza SGAE, il-Qorti tal-Ġustizzja kienet eżaminat biss in-natura pubblika tal-komunikazzjoni, iżda mhux il-komunikazzjoni fiha nnifisha. |
99. |
Argument bħal dan ma jistax jiġi milqugħ. |
100. |
Fil-fatt, huwa impossibbli li mill-premessa 23 tad-Direttiva 2001/29 jiġi dedott li, f’każ bħal dak inkwistjoni, ma jkunx hemm komunikazzjoni fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29. |
101. |
Kuntrarjament għal dak li sostniet il-Kummissjoni, fis-sentenza SGAE, il-Qorti tal-Ġustizzja ma llimitatx ruħha sabiex tinterpreta n-natura pubblika tal-komunikazzjoni. Hija ċċarat li, sabiex jiġi kkunsidrat li jkun hemm komunikazzjoni fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29, huwa biżżejjed li x-xandira ta’ sinjal permezz ta’ apparat tat-televiżjoni jipprovdi aċċess għal xogħol. Fil-fatt, il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat espressament li jkun hemm komunikazzjoni lill-pubbliku indipendentement mit-teknika ta’ komunikazzjoni tas-sinjal li tintuża ( 37 ). Fil-fehma tiegħi, din l-ispjegazzjoni tista’ tfisser biss li, sabiex ikun hemm komunikazzjoni, ftit huwa importanti li l-apparat tat-televiżjoni jirċievi huwa stess ix-xandira jew li qabel kollox ikun hemm xandira ġdida tas-sinjal lis-sett tat-televiżjoni, distinta mix-xandira inizjali. |
102. |
Għalhekk, hemm żewġ approċċi kuntradittorji fir-rigward tal-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ komunikazzjoni. L-approċċ adottat mill-Qorti tal-Ġustizzja jqiegħed fuq quddiem l-għan tal-protezzjoni mogħtija lill-awturi, irrispettivament mill-modalitajiet tekniċi; u għalhekk ser nirreferi għalih iktar ’il quddiem bħala l-approċċ funzjonali. Għall-kuntrarju, l-approċċ invokat mill-Kummissjoni huwa bbażat fuq distinzjoni bejn il-każ ta’ xandira mill-ġdid tas-sinjal u dak ta’ apparat ta’ riċezzjoni. Peress li dan l-approċċ jistrieħ fuq il-modalitajiet tekniċi, ser nirreferi għalih iktar ’il quddiem bħala l-approċċ tekniku. |
103. |
Fil-fehma tiegħi, hemm kunsiderazzjonijiet validi li jargumentaw favur l-approċċ adottat mill-Qorti tal-Ġustizzja. |
104. |
L-ewwel nett, l-għan tal-protezzjoni xierqa tad-drittijiet tal-awtur u tad-drittijiet relatati msemmi fil-premessi 9 u 10 tad-Direttiva 2001/29, kif ukoll fil-premessi 5, 12 u 13 tad-Direttiva 2006/115, jargumenta favur l-approċċ funzjonali. Fid-dawl ta’ dan l-għan, jidhirli iktar konvinċenti li dan ikun ibbażat fuq iċ-ċirku tal-persuni li għalihom tirreferi l-awtorizzazzjoni jew ir-remunerazzjoni ekwa. |
105. |
It-tieni nett, il-fatt li dan ma huwiex previst mid-dritt internazzjonali ma jipprekludix dan l-approċċ funzjonali. Huwa minnu li, fil-livell internazzjonali, ma hemmx qbil dwar in-natura vinkolanti ta’ dan il-kriterju ( 38 ). Madankollu, dan ma jipprekludix l-applikazzjoni ta’ dan il-kriterju fil-livell tad-dritt tal-Unjoni. Fil-fatt, filwaqt li d-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt internazzjonali jipprovdu biss protezzjoni minima lid-drittijiet tal-awtur u lid-drittijiet relatati, il-partijiet kontraenti jistgħu jmorru lil hinn minnhom. Barra minn hekk, għandu jiġi osservat f’dan ir-rigward li, għalkemm ebda trattat internazzjonali ma jimponi fuq il-partijiet kontraenti li japplikaw approċc funzjonali, xi dokumenti interpretattivi li ma għandhomx natura vinkolanti, bħall-gwida tad-WIPO, jissuġġerulhom jagħmlu hekk ( 39 ). |
106. |
It-tielet nett, kuntrarjament għall-fehma tal-Kummissjoni, ma nistax niddeduċi b’mod ċar biżżejjed mill-premessa 23 tad-Direttiva 2001/29 u mill-oriġini tagħha, li l-leġiżlatur tal-Unjoni ried jeskludi l-komunikazzjoni lill-pubbliku ta’ xandira bbażata fuq apparat ta’ riċezzjoni mill-firxa tal-kunċett ta’ komunikazzjoni, fis-sens tal-Artikolu 3 tad-Direttiva. |
107. |
Fil-kuntest tal-proċedura leġiżlattiva, il-Parlament Ewropew kien ippropona li jiġi ċċarat f’din il-premessa li d-dritt ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku ma jestendix għar-rappreżentazzjonijiet jew għall-eżekuzzjonijiet diretti. Il-Kummissjoni kienet aċċettat dan fil-proposta emendata tagħha. Il-Kunsill kien, ċertament, sostna din il-proposta fuq il-mertu; madankollu, kien iddeċieda li ma jsemmix il-kunċett ta’ rappreżentazzjoni diretta, peress li, fin-nuqqas ta’ definizzjoni komuni, din kienet twassal għal inċertezza ġuridika. Minflok, il-Kunsill kien ipprefera li jiċċara l-kamp ta’ applikazzjoni effettiva tal-kunċett ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku fis-sens tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2001/29 ( 40 ). |
108. |
Għalhekk, l-għan tal-premessa 23 huwa dak li jeskludi r-rappreżentazzjonijiet u l-eżekuzzjonijiet diretti mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-kunċett ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku mingħajr ma juża dan il-kunċett ta’ rappreżentazzjonijiet u ta’ eżekuzzjonijiet diretti. Kif jirriżulta mill-formulazzjoni ta’ din il-premessa, il-leġiżlatur tal-Unjoni pprova jilħaq dan il-għan billi jeskludi parti mill-pubbliku mill-kunċett ta’ pubbliku rilevanti, jiġifieri, dik il-parti mill-pubbliku li tkun preżenti fil-post li minnu ssir il-komunikazzjoni ( 41 ). Għalhekk, dak li huwa rilevanti hawnhekk huwa l-assenza tal-pubbliku mill-post li minnu ssir il-komunikazzjoni u mhux l-aspetti tekniċi. |
109. |
Għalhekk, mill-għan imfittex mil-leġiżlatur tal-Unjoni fil-premessa 23, u mill-formulazzjoni tagħha, jista’ jiġi dedott li l-imsemmi leġiżlatur ried jillimita biss iċ-ċirku tal-persuni li jistgħu jikkostitwixxu l-pubbliku, iżda mhux il-kamp ta’ applikazzjoni tal-kunċett ta’ komunikazzjoni. |
110. |
Fil-qosor, għandu jiġi kkonstatat li la l-premessa 23 u lanqas l-oriġini tad-Direttiva ma jipprovdu bażi suffiċjenti sabiex wieħed ikun jista’ jikkunsidra li l-kunċett ta’ komunikazzjoni fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29 għandu, mill-perspettiva teknika, jiġi limitat għall-każ fejn ikun hemm trażmissjoni tas-sinjal lil apparat tat-televiżjoni jew tar-radju differenti mix-xandira oriġinali, u li r-riċezzjoni diretta permezz tal-apparat tat-televiżjoni jew tar-radju għandha tiġi eskluża mill-applikazzjoni ta’ dan il-kunċett. |
– Konklużjoni provviżorja
111. |
Bħala konklużjoni provviżorja, għandu jiġi konkluż li dentist li jsemma’ xandira tar-radju fil-klinika tiegħu permezz ta’ apparat tar-radju jikkomunika indirettament, fis-sens tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115, il-fonogrammi użati fix-xandira. |
ii) Il-kunċett ta’ komunikazzjoni “lill-pubbliku”
112. |
Id-Direttiva 2006/115 lanqas ma tiddefinixxi x’għandu jinftiehem bin-natura “pubblika” tal-komunikazzjoni. |
113. |
F’dan ir-rigward, b’mod differenti mid-definizzjoni tal-kunċett ta’ komunikazzjoni, id-definizzjoni legali tal-komunikazzjoni lill-pubbliku mogħtija fl-Artikolu 2(g) tad-WPPT ma hija ta’ ebda għajnuna. Fil-fatt, in-natura pubblika, li tikkostitwixxi l-element li għandu jiġi ddefinit, lanqas ma hija speċifikata hemm. Huwa indikat biss li l-fonogramma għandha tkun tista’ tinstema’ mill-pubbliku, u b’hekk, f’dan ir-rigward, id-definizzjoni tidher nieqsa minn sustanza. |
114. |
Madankollu, f’dan ir-rigward, huwa possibbli li jsir riferiment għall-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, imsemmija hawn fuq, dwar l-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29 ( 42 ). Kif spjegajt fil-konklużjonijiet tiegħi ta’ llum stess fil-kawża Phonographic Performance (l-Irlanda), bħala regola l-espressjoni “lill-pubbliku” fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29 u fis-sens tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115 għandha tiġi interpretata b’mod identiku. Għal din ir-raġuni nirreferi għall-osservazzjonijiet korrispondenti fil-punti 96 sa 111 ta’ dawk il-konklużjonijiet. |
115. |
Fid-dawl tal-kriterji żviluppati mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza SGAE, hemm raġunijiet validi sabiex jiġi kkunsidrat li, f’każ bħal dak inkwistjoni wkoll, hemm komunikazzjoni lill-pubbliku. Fil-fatt, anki f’każ bħal dak inkwistjoni, il-fonogrammi jiġu kkomunikati indirettament billi tissemma’ x-xandira tar-radju lil pubbliku ġdid. Huwa minnu li l-pazjenti jdumu inqas fil-klinika ta’ dentist milli f’kamra ta’ lukanda; madankollu, huma jinbidlu iktar ta’ spiss, u b’hekk, anki f’dan il-każ, jista’ jiġi kkunsidrat li jeżisti l-effett ta’ suċċessjoni u ta’ akkumulazzjoni li jagħti importanza kunsiderevoli lit-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-fonogrammi. |
116. |
F’dan ir-rigward, madankollu, għandu jiġi mistoqsi wkoll jekk, għar-raġunijiet indikati hawn taħt, il-kunċett ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku fis-sens tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115 għandux, fid-dawl tal-premessa 23 tad-Direttiva 2001/29, jiġi interpretat fis-sens li, f’każ bħal dak inkwistjoni, ma jkunx hemm komunikazzjoni lill-pubbliku. Bħalma spjegajt iktar ’il fuq, fil-premessa 23 tad-Direttiva 2001/29, il-leġiżlatur tal-Unjoni ried jeskludi mill-pubbliku fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva, il-persuni preżenti fil-post li minnu toriġina l-komunikazzjoni. Dan kien maħsub sabiex jevita li r-rappreżentazzjonijiet u l-eżekuzzjonijiet jaqgħu taħt il-kunċett ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku ( 43 ). |
117. |
Il-Kummissjoni sostniet, meta rreferiet għall-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Kokott fil-kawża Football Association Premier League et, li b’hekk dan jeskludi l-persuni preżenti fuq il-post fejn jinsab apparat ta’ riċezzjoni. Fil-fatt, fejn hemm apparat ta’ riċezzjoni, il-post li minnu toriġina l-komunikazzjoni jkun il-post fejn jinsab is-sett tat-televiżjoni ( 44 ). |
118. |
Dan l-argument għandu jiġi miċħud. |
119. |
L-ewwel nett, din it-teżi ma hijiex kompatibbli mal-approċċ adottat mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza SGAE. Fil-fatt, minn din is-sentenza jirriżulta li, anki fejn hemm apparat ta’ riċezzjoni, il-post tal-oriġini tal-komunikazzjoni ma huwiex dak fejn jinsab is-sett tat-televiżjoni ( 45 ). |
120. |
L-argumenti favur l-approcċ tal-Qorti tal-Ġustizzja huma wkoll l-aħjar. Fil-fatt, ir-riferiment għall-post tal-oriġini, li jsir fil-premessa 23 tad-Direttiva 2001/29, ma għandux jinftiehem fis-sens li, fejn hemm apparat ta’ riċezzjoni, dan il-post huwa dak li fih jinsab is-sett tat-televiżjoni. |
121. |
Qabel kollox, il-kelma “toriġina”, kif tinftiehem b’mod naturali, ma tindikax il-post fejn finalment isseħħ il-komunikazzjoni. |
122. |
Sussegwentement, l-oriġini tad-Direttiva, diġà invokata hawn fuq, targumenta favur din l-interpretazzjoni. Fil-fatt, meta ċċara l-premessa 23, il-leġiżlatur tal-Unjoni ried jevita li r-rappreżentazzjoni u l-eżekuzzjoni pubblika ma jaqgħux taħt il-kunċett ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku ( 46 ). Dan il-għan jintlaħaq billi l-pubbliku li ma huwiex imbiegħed mill-post ta’ rappreżentazzjoni jew eżekuzzjoni tax-xogħol huwa eskluż mill-kunċett ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku ( 47 ). Madankollu s-semmiegħa ta’ programm bir-radju huma mbiegħda. |
123. |
Barra minn hekk, ir-rabta bejn il-premessi 23 u 24 tad-Direttiva 2001/29 tipprekludi approċċ li jikkunsidra li, fejn hemm apparat ta’ riċezzjoni, il-post tal-oriġini tal-komunikazzjoni huwa dak fejn jinstab l-apparat. Fil-fatt, skont il-premessa 24, id-dritt ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni lill-pubbliku previst fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2001/29 għandu jinftiehem fis-sens li dan jinkludi l-atti kollha ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni tal-pubbliku li ma jkunx preżenti fil-post tal-oriġini tal-komunikazzjoni. Jekk, f’dan ir-rigward ukoll, jiġi kkunsidrat li l-post tal-oriġini tat-tqegħid għad-dispożizzjoni huwa dak fejn jinsab l-apparat li fuqu l-fonogramma finalment titgawda, dan prattikament iċaħħad kull effettività lill-Artikolu 3(2) tad-Direttiva. Fil-fatt, ta’ spiss, dan huwa apparat li jinsab f’dar privata. Għalhekk jidhirli iktar konvinċenti li l-premessa 23, kif ukoll il-premessa 24, jiġu interpretati fis-sens li huwa biss il-pubbliku tar-rappreżentazzjoni jew tal-eżekuzzjoni diretta li huwa eskluż mill-applikazzjoni tal-kunċett ta’ komunikazzjoni fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29. |
124. |
Barra minn hekk, l-inkonsistenza tar-riżultati li dan iwassal għalihom tikkuntrasta ma’ approċċ li jikkunsidra li, meta jkun hemm apparat ta’ riċezzjoni, il-post tal-oriġini tal-komunikazzjoni huwa dak fejn jinsab l-apparat. Fil-fatt, skont dan l-approċċ, meta numru ta’ riċevituri tar-radju jinsabu f’bar, ma jkunx hemm komunikazzjoni lill-pubbliku fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29. Għall-kuntrarju, meta żewġ riċevituri biss tar-radju jkunu jinsabu f’bar u sinjal jintbagħat lilhom mill-ġdid minn apparat li jkun qiegħed fil-kantina tal-bini, ikun hemm komunikazzjoni fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29. Jidhirli li ma huwiex probabbli li l-leġiżlatur tal-Unjoni ried jaċċetta riżultat daqstant kontradittorju. |
125. |
Għalhekk, f’każ bħal dan inkwistjoni, il-post tal-oriġini tal-komunikazzjoni fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29 huwa l-post fejn ir-rappreżentazzjoni jew l-eżekuzzjoni oriġinali tiġi rreġistrata. |
126. |
L-oġġezzjoni tal-Kummissjoni għalhekk għandha tiġi miċħuda għaliex, għar-raġunijiet preċedenti, mill-premessa 23 ma jirriżultax li l-pubbliku preżenti quddiem riċevitur tat-televiżjoni ma jistax jiġi kkunsidrat bħala kopert mill-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29. |
127. |
Għalkemm kuntrarjament għall-ġurisprudenza preċedenti tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja kellha tinterpreta l-kunċett ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29 fis-sens li din ma tkoprix il-pubbliku preżenti quddiem riċevitur tat-televiżjoni, hija jkollha xorta waħda tiċħad l-oġġezzjoni tal-Kummissjoni għaliex dan l-approċċ ma jistax jiġi applikat għall-kunċett ta’ komunikazzjoni fis-sens tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115. Fil-fatt, il-kunċett ta’ komunikazzjoni fis-sens tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115 għandu jiġi interpretat fid-dawl tad-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikolu 15 u tal-Artikolu 2(g) tad-WPPT. Skont dawn id-dispożizzjonijiet, hemm ukoll komunikazzjoni ta’ fonogrammi meta l-ħsejjes iffissati fuq fonogramma jissemmgħu lill-pubbliku. B’hekk, il-pubbliku preżenti fil-post tal-komunikazzjoni f’kull każ jaqa’ taħt il-kunċett ta’ komunikazzjoni fis-sens tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115 ( 48 ). |
128. |
Konsegwentement, il-premessa 23 tad-Direttiva 2001/29 ma tiħtieġx li l-kunċett ta’ komunikazzjoni “lill-pubbliku” jiġi interpretat fis-sens tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115 fis-sens li, fil-każ tar-riċevituri tar-radju, il-pubbliku preżenti fil-post fejn jinsab l-apparat ma għandux jittieħed inkunsiderazzjoni. |
iii) L-oġġezzjonijiet l-oħra
129. |
L-argumenti l-oħra tal-partijiet lanqas ma huma konvinċenti. |
– Il-ħtieġa li tintalab miżata għad-dħul
130. |
Qabel kollox, il-ħlas ta’ miżata għad-dħul ma huwiex neċessarju sabiex ikun hemm komunikazzjoni lill-pubbliku fis-sens tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115. L-ewwel nett, ma hemm xejn fil-formulazzjoni tal-Artikolu 8(2) li jindika l-eżistenza ta’ din il-kundizzjoni. It-tieni nett, ir-rabta sistematika li teżisti mal-Artikolu 8(3) tal-imsemmija direttiva tipprekludi din il-kundizzjoni. Din id-dispożizzjoni tagħti lill-organizzazzjonijiet ta’ xandir id-dritt esklużiv li jawtorizzaw jew li jipprojbixxu l-komunikazzjoni lill-pubbliku tax-xandiriet tagħhom meta din l-komunikazzjoni ssir f’postijiet aċċessibbli għall-pubbliku permezz tal-ħlas ta’ miżata tad-dħul. Peress li din id-dispożizzjoni teħtieġ, b’mod kumulattiv, kemm l-eżistenza ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku u kemm il-komunikazzjoni fil-postijiet aċċessibbli lill-pubbliku permezz tal-ħlas ta’ miżata tad-dħul, jista’ jiġi argumentat, a contrario sensu, li l-eżistenza ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku ma teħtieġ la li l-post ikun pubbliku u lanqas li jkun hemm il-ħlas ta’ miżata tad-dħul. |
– L-iskop ta’ lukru
131. |
Sussegwentement, l-oġġezzjonijiet fis-sens li ma jkunx hemm komunikazzjoni lill-pubbliku għaliex, fil-każ inkwistjoni, l-iktar importanti huwa s-servizz tad-dentist u mhux il-komunikazzjoni tal-fonogrammi, u għaliex id-dentist ma jkunx qiegħed isegwi skop ta’ lukru, ma jidhrux konvinċenti. |
132. |
L-ewwel nett, sabiex ikun hemm komunikazzjoni lill-pubbliku, ma huwiex neċessarju li l-utent ikollu skop ta’ lukru. |
133. |
Qabel kollox, l-espressjoni “komunikazzjoni lill-pubbliku” ma tindikax il-ħtieġa ta’ skop ta’ lukru. |
134. |
Sussegwentement, jipprekludu din il-ħtieġa mhux biss ir-rabta mad-dispożizzjoni diġà ċċitata tal-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2006/115, iżda wkoll ir-rabta mal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2001/29 li għalih jirreferi l-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2006/115. B’hekk, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5(3)(a), (b) u (j) tad-Direttiva 2001/29 jipprovdu li l-Istati Membri għandhom il-fakultà li jipprovdu eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku meta jkun hemm użi privileġġjati speċifikati u li ma jsegwux għan kummerċjali jew għan kummerċjali li jmur lil hinn mill-attività privileġġjata. A contrario sensu jirriżulta li jista’ jkun hemm ukoll komunikazzjoni lill-pubbliku li ma ssegwix skop ta’ lukru. |
135. |
Barra minn hekk, lanqas mis-sentenza SGAE ma jirriżulta li huwa meħtieġ l-iskop ta’ lukru. Huwa minnu li l-Qorti tal-Ġustizzja rrilevat l-iskop ta’ lukru tal-lukandiera. Madankollu, dan ma jfissirx li hija kkunsidrat li din hija kundizzjoni neċessarja sabiex tissussisti komunikazzjoni lill-pubbliku ( 49 ). |
136. |
Barra minn hekk, li jkun jinħtieġ l-iskop ta’ lukru ser iwassal għal problemi diffiċli ta’ delimitazzjoni. Fil-fatt, dan iwassal sabiex tkun meħtieġa deċiżjoni skont il-każ dwar jekk il-komunikazzjoni ta’ fonogramma tkunx ta’ importanza daqstant żgħira li tinħeba wara l-prestazzjoni prinċipali. |
137. |
Fl-aħħar nett, fid-dawl ta’ dawn l-argumenti, għandu jiġi miċħud ukoll l-argument tal-Gvern Taljan fis-sens li ma għandux jingħata dritt ekonomiku bħal dak previst fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115 fil-każ fejn, meta ssir il-komunikazzjoni lill-pubbliku, l-utent ma jfittixx l-iskop ta’ lukru. Ma narax għalfejn, pereżempju fil-każ ta’ manifestazzjoni politika, l-awtur ikun igawdi minn dritt esklużiv u, għall-kuntrarju, il-produtturi ta’ fonogrammi u l-artisti li jinterpretaw jew li jeżegwixxu ma jkollhom ebda dritt. Barra minn hekk, l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115 jippermetti li jittieħed inkunsiderazzjoni n-nuqqas ta’ skop ta’ lukru tal-utent waqt l-evalwazzjoni tar-remunerazzjoni ekwa għal dak l-użu. |
138. |
It-tieni nett, sussidjarjament, nixtieq nosserva li f’każ bħal dak inkwistjoni, huwa kompletament possibbli li jkun jeżisti l-iskop ta’ lukru. Anki jekk ix-xandiriet tar-radju li jinstemgħu mill-pazjenti fi klinika ta’ dentist ma jikkostitwixxux ċertament element essenzjali tas-servizz tad-dentist, ma jistax jiġi kkontestat li huma jservu ta’ utilità prattika. Fil-fatt, għall-pazjenti li jkunu qed jistennew, bħala regola ġenerali jkun iktar pjaċevoli li jisimgħu x-xandiriet tar-radju minflok il-ħoss tad-drill mill-kamra tat-trattament. Barra minn hekk, dawn ix-xandiriet huma maħsuba sabiex jagħmlu iktar pjaċevoli l-istennija li hija frekwenti fil-kliniċi tad-dentisti. Fl-opinjoni tiegħi, il-fatt li l-prezz tat-trattament ma jiddependix fuq il-possibbiltà jew le li jinstemgħu fonogrammi, ma huwiex tali li jeskludi l-iskop ta’ lukru. Fil-fatt, sabiex jiġi kkunsidrat li teżisti din l-intenzjoni, ikun biżżejjed li jkun hemm element tali, mill-perspettiva tal-pazjenti, li jtejjeb l-immaġni globali tas-servizz. Fid-dawl tal-argumenti preċedenti, jidhirli li dan l-element jissussisti wkoll. |
– Ir-rieda tal-pazjenti
139. |
Sabiex tiġi evalwata n-natura pubblika tal-komunikazzjoni, ftit huwa importanti jekk din isseħħx mingħajr involviment tal-pazjent, u jekk dan tal-aħħar jqishiex, jekk ikun il-każ, bħala inkwetanti. |
– L-oġġezzjonijiet l-oħra
140. |
L-oġġezzjonijiet l-oħra lanqas ma huma konvinċenti. |
141. |
L-ewwel nett, sabiex il-komunikazzjoni jkollha natura pubblika fis-sens tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115, ma huwiex neċessarju li l-pubbliku jifforma entità soċjali, ekonomika jew ġuridika indipendenti. Qabel kollox, din id-dimensjoni probabbilment lanqas ma tissussisti fil-każijiet l-oħra fejn jeżisti mingħajr ebda dubju l-pubbliku, bħal pereżempju fl-istazzjonijiet tal-ferrovija jew fl-istazzjonijiet tas-subway. Barra minn hekk, fil-qasam tad-drittijiet tal-awtur u tad-drittijiet relatati, fir-rigward tan-natura pubblika, il-kobor jew l-omoġeneità tal-grupp tal-persuni li jistgħu jiffurmaw il-pubbliku ftit huma importanti ( 50 ). |
142. |
It-tieni nett, għandha tiġi miċħuda l-oġġezzjoni fis-sens li l-pazjenti kollha ta’ dentist ma jkunux miġbura fl-istess ħin fil-klinika, billi jiġi rilevat li huwa biżżejjed l-effett ta’ akkumulu li jista’ jinkiseb bit-total ta’ stennijiet suċċessivi fil-kamra għall-istennija. |
iv) Konklużjoni
143. |
Għalhekk, l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115 għandu jiġi interpretat fis-sens li hemm komunikazzjoni lill-pubbliku fis-sens ta’ dik id-dispożizzjoni, meta dentist iqiegħed apparat tar-radju fil-kamra għall-istennija tiegħu u jittrażmetti programm tar-radju. |
d) Il-kundizzjonijiet l-oħra
144. |
Fir-rigward tal-utent fis-sens tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115, għandu jiġi kkonstatat li kull min jikkomunika l-fonogrammi lill-pubbliku jkun qed jużahom fis-sens ta’ dik id-dispożizzjoni. |
145. |
Fir-rigward tal-obbligu li titħallas remunerazzjoni ekwa, jiena nirreferi għall-punti 118 sa 144 tal-konklużjonijiet tiegħi ta’ llum stess fil-Kawża C-160/10, Phonographic Performance. |
4. Konklużjoni
146. |
Għalhekk, l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115 għandu jiġi interpretat fis-sens li dentist li jpoġġi apparat tar-radju fil-klinika tiegħu, u permezz tiegħu jsemma’ xandiriet tar-radju lill-pazjenti tiegħu, huwa obbligat iħallas remunerazzjoni ekwa għall-komunikazzjoni indiretta tal-fonogrammi li jintużaw fix-xandiriet tar-radju. |
VII – L-ewwel sat-tielet domandi preliminari
147. |
Billi tressaq l-ewwel u t-tieni domandi preliminari, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Konvenzjoni ta’ Ruma, tad-WPPT u tal-ftehim TRIPs humiex direttament applikabbli fl-ordinament ġuridku tal-Unjoni, u jekk individwi jistgħux jibbenefikaw minnhom direttament. Billi tagħmel it-tielet domanda preliminari, hija tistaqsi jekk il-kunċett ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku fis-sens tad-dispożizzjonijiet tad-dritt internazzjonali li hija tirreferi għalihom jikkorrispondix għall-kunċett ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku fis-sens tad-Direttivi 92/100 u 2001/29, u, jekk dan ma huwiex il-każ, liema minn dawn is-sorsi għandu jipprevali. |
A – L-argumenti prinċipali tal-partijiet
148. |
Skont SCF, ir-risposta għal dawn id-domandi għandha tkun fl-affermattiv. Id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt internazzjonali jiffurmaw parti integrali mill-ordni ġuridiku tal-Unjoni u huma direttament applikabbli fir-relazzjonijiet tad-dritt privat. Barra minn hekk, id-dritt tal-Unjoni għandu, sa fejn possibbli, jirċievi interpretazzjoni konformi mad-dritt internazzjonali, iżda jista’ jmur lil hinn mid-dispożizzjonijiet tad-dritt internazzjonali. Id-dritt tal-Unjoni jista’ jagħti livell ogħla ta’ protezzjoni mid-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt internazzjonali għaliex id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-awtur u tad-drittijiet relatati għaddejjin minn evoluzzjoni kontinwa. |
149. |
Skont M. Del Corso, il-Konvenzjoni ta’ Ruma hija direttament applikabbli fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni għaliex hija ġiet integrata fil-ftehim TRIPs, li għalih l-Unjoni Ewropea aderixxiet. L-Unjoni Ewropea aderixxiet ukoll għad-WPPT. Il-kwistjoni ta’ prevalenza hija ta’ ftit importanza, peress li d-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt internazzjonali u tad-dritt tal-Unjoni huma identiċi. |
150. |
Skont il-Gvern Taljan, ma hemmx lok li tingħata risposta għall-ewwel tliet domandi. L-Unjoni Ewropea adottat id-direttivi sabiex iddaħħal id-WIPO fis-seħħ. Għalhekk, hija biss l-interpretazzjoni ta’ din id-direttiva li hija importanti. |
151. |
Skont il-Kummissjoni, ir-risposta għal dawn l-ewwel żewġ domandi għandha tkun fin-negattiv. Fir-rigward tal-Konvenzjoni ta’ Ruma, minn dak li ntqal hawn fuq jirriżulta diġà li din ma tiffurmax parti mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni. Fir-rigward tal-ftehim TRIPs u d-WPPT, il-Kummissjoni tosserva li l-qorti tar-rinviju ma semmietx dispożizzjonijiet partikolari. Fir-rigward tad-dispożizzjonijiet imsemmija mill-qorti tar-rinviju fit-talba tagħha għal deċiżjoni preliminari, ir-risposta għal dawn id-domandi għandha tkun fin-negattiv. Skont il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, dispożizzjoni ta’ trattat internazzjonali tkun direttament applikabbli biss meta jkun fiha obbligu ċar, preċiż u mingħajr kundizzjonijiet li ma tirrikjedi ebda att ta’ traspożizzjoni addizzjonali. Fir-rigward tal-Ftehim Ġenerali dwar Tariffi u Kummerċ (iktar ’il quddiem il-“GATT”), il-Qorti tal-Ġustizzja dejjem ċaħdet li dan it-trattat internazzjonali għandu effett dirett. Din il-ġurisprudenza tapplika wkoll għall-ftehim TRIPs u għad-WPPT. L-istess bħall-ftehim TRIPs, id-WIPO jipprovdi li l-partijiet kontraenti għandhom idaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet ta’ dan it-trattat. Dan jinsab ikkonfermat mill-Artikolu 14 tad-WCT u mill-Artikolu 23(1) tad-WIPO, li jipprovdu espressament li l-partijiet kontraenti għandhom jadottaw il-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw l-implementazzjoni ta’ dawn it-trattati. L-Unjoni kienet ħadet dawn il-miżuri ta’ implementazzjoni fid-Direttiva 2001/29. |
B – Ammissibbiltà tad-domandi preliminari
152. |
Fid-dawl tar-risposti li ngħataw lir-raba’ u lill-ħames domandi preliminari, għandi dubji serji dwar kemm il-qorti tar-rinviju verament għandha bżonn risposti għall-ewwel tliet domandi. Fil-fatt, fir-raba’ u l-ħames domandi, l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115 ġie interpretat fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tad-dritt internazzjonali. Ġaladarba l-qorti tar-rinviju tista’, fil-kawża prinċipali, tieħu inkunsiderazzjoni d-dispożizzjonijiet ta’ dawn id-direttivi konformement mad-dispożizzjonijiet tad-dritt internazzjonali, l-applikazzjoni indipendenti tad-dispożizzjonijiet tad-dritt internazzjonali hija ta’ ftit importanza. |
153. |
Madankollu, ma huwiex possibbli li dawn id-domandi jiġu miċħuda bħala li ma humiex rilevanti għas-soluzzjoni tal-kawża. Fil-fatt, il-kwistjoni tal-applikazzjoni diretta tad-dispożizzjonijiet tad-dritt internazzjonali tista’ tkun rilevanti jekk il-qorti tar-rinviju ma tistax tieħu inkunsiderazzjoni l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115. Huwa minnu li jidhirli possibbli li tingħata interpretazzjoni konformi mad-Direttiva (u għalhekk konformi mad-dritt internazzjonali) lid-dispożizzjonijiet ekwivalenti tad-dritt nazzjonali. Madankollu, il-mistoqsija jekk din l-interpretazzjoni hijiex possibbli hija fl-aħħar mill-aħħar, kwistjoni ta’ dritt nazzjonali li hija ta’ kompetenza biss tal-qorti tar-rinviju li tiddeċiedi. Fil-każ (fil-fehma tiegħi ftit probabbli) li interpretazzjoni konformi mad-Direttiva ma hijiex possibbli, il-fatt li din hija kawża bejn individwi għandu diġà jostakola applikazzjoni diretta tal-Artikolu 8(2) tad-direttiva. |
154. |
Għalhekk l-ewwel tliet domandi ma jistgħux jitqiesu li ma humiex rilevanti għas-soluzzjoni tal-kawża. |
C – Kunsiderazzjonijiet ta’ dritt
155. |
Madankollu, fid-dawl tal-fatt li r-risposta għall-ewwel tliet domandi preliminari ser ikollha utilità ferm żgħira għall-kawża prinċipali, nixtieq nirrispondihom fil-qosor. |
156. |
Dispożizzjoni ta’ ftehim iffirmat mill-Komunità ma’ pajjiżi terzi għandha tiġi kkunsidrata bħala direttament applikabbli meta, fid-dawl tat-termini li fiha u tal-għan u n-natura tal-ftehim, hija għandha obbligu ċar u preċiż li ma jkunx suġġett, fl-implementazzjoni jew fl-effetti tiegħu, għall-intervent ta’ xi att ulterjuri. Konsegwentement, hija għandha tkun suffiċjentement ċara u inkundizzjonata. ( 51 ). |
157. |
L-Artikolu 12 tal-Konvenzjoni ta’ Ruma diġà ma jistax jiġi kkunsidrat bħala dispożizzjoni direttament applikabbli tad-dritt tal-Unjoni, għaliex l-Unjoni ma hijiex parti kontraenti. |
158. |
Fir-rigward tal-ftehim TRIPs, invokat mill-qorti tar-rinviju, għandu qabel kollox jiġi osservat li dan ma fih ebda dispożizzjoni ekwivalenti għall-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115. Fil-fatt, l-Artikolu 14 tal-ftehim TRIPs, li jirregola d-drittijiet relatati tal-artisti li jinterpretaw jew li jeżegwixxu u tal-produtturi ta’ fonogrammi, ma fih ebda dritt ekwivalenti għal remunerazzjoni ekwa, la tal-artisti u lanqas tal-produtturi ta’ fonogrammi ( 52 ). |
159. |
Fi kwalunkwe każ, l-attitudini ferm restrittiva tal-Qorti tal-Ġustizzja fir-rigward tal-applikabbiltà diretta tal-ftehim WTO bħala regola ġenerali targumenta kontra applikabbiltà diretta tal-ftehim TRIPs. Skont ġurisprudenza stabbilita li ma jiniex ser neżamina fid-dettal, għar-raġunijiet indikati iktar ’il fuq, fid-dawl tan-natura u l-istruttura tagħhom, il-ftehim WTO u, għalhekk, il-ftehim TRIPs, ma humiex adattati għal applikazzjoni diretta ( 53 ). |
160. |
Fir-rigward tal-applikazzjoni diretta tal-Artikolu 15 tad-WPPT, għandu qabel kollox jiġi mistoqsi jekk dan it-trattat jaħsibx b’mod ġenerali sabiex jagħti drittijiet direttament lil individwi. F’dan ir-rigward, għandu b’mod partikulari jittieħed inkunsiderazzjon l-Artikolu 23(1) tad-WPPT li jipprovdi li l-partijiet kontraenti għandhom jadottaw, konformement mal-ordinament ġuridiku, il-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw l-implementazzjoni ta’ dan it-trattat. Din id-dispożizzjoni tista’ tiġi mifhuma fis-sens li huwa obbligu tal-Istati Membri li jieħdu l-miżuri addizzjonali, u dan jargumenta kontra l-applikabbiltà diretta tad-WPPT. Insostenn ta’ dan l-argument, għandu jingħad ukoll li diversi dispożizzjonijiet tal-WPPT jagħtu flessibbiltà kbira lill-partijiet kontraenti. Madankollu, huwa meħtieġ li jiġi mistoqsi jekk l-Artikolu 23(1) tad-WPPT jipprekludix applikazzjoni diretta ta’ ċerti dispożizzjonijiet tad-WPPT meta dawn huma suffiċjentement determinati u mhux suġġetti għal kundizzjonijiet. |
161. |
Ma huwiex neċessarju li tingħata risposta għal din id-domanda għall-finijiet ta’ din il-kawża. Fil-fatt, l-Artikoli 2(g) u 15 tad-WIPO ma fihomx dispożizzjonijiet suffiċjentement speċifiċi dwar il-punt li jkun magħruf jekk id-dritt għal remunerazzjoni ekwa japplikax ukoll għal każ bħal dak inkwistjoni fejn il-kunċett ta’ komunikazzjoni huwa interpretat b’mod funzjonali u fejn in-natura pubblika tal-komunikazzjoni hija bbażata fuq l-idea ta’ suċċessjoni u akkumulazzjoni tal-pubbliku. Fil-fatt, huwa paċifiku li, f’dawn il-każijiet, id-WPPT ma fihx dispożizzjonijiet speċifiċi. Fin-nuqqas ta’ indikazzjonijiet dwar id-delimitazzjoni bejn il-kunċetti ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku u ta’ komunikazzjoni privata fid-WPPT, il-partijiet kontraenti jgawdu minn flessibbiltà wiesgħa sabiex jiddeċiedu meta huma jikkunsidraw li hemm komunikazzjoni lill-pubbliku ( 54 ). |
162. |
Ma huwiex possibbli li ssir oġġezzjoni li, fis-sentenza SGAE, il-Qorti tal-Ġustizzja bbażat ruħha fuq id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt internazzjonali sabiex tinterpreta l-kunċett ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29. Fil-fatt, il-Qorti tal-Ġustizzja ma għamlitx riferiment għad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Berna sabiex tiddeċiedi l-kwistjoni dwar jekk il-kriterju tal-ħolqien ta’ ċirku ġdid ta’ semmiegħa jistax iservi bħala kriterju tal-eżistenza ta’ komunikazzjoni ġdida lill-pubbliku. Il-partijiet kontraenti għall-Konvenzjoni ta’ Berna kienu tbegħdu minn dan il-kriterju volontarjament ( 55 ). Il-Qorti tal-Ġustizzja bbażat l-interpretazzjoni tagħha fuq il-gwida tal-Konvenzjoni ta’ Berna tad-WIPO, jiġifieri dwar dokument li ġuridikament ma huwiex vinkolanti. Għalhekk in-natura pubblika ma ġietx ippreċiżata fil-livell tad-dritt internazzjonali iżda biss fil-livell tad-dritt tal-Unjoni, fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29. |
163. |
Għalhekk, l-Artikolu 2(g) u l-Artikolu 15 tad-WIPO ma humiex dispożizzjonijiet li l-partijiet fil-kawża prinċipali jistgħu jinvokaw. |
VIII – Konklużjoni
164. |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għad-domandi preliminari bil-mod li ġej:
|
( 1 ) Lingwa oriġinali: il-Ġermaniż.
( 2 ) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 120.
( 3 ) ĠU L 376, p. 28.
( 4 ) Sentenza tas-7 ta’ Diċembru 2006 (C-306/05, Ġabra p. I-11519).
( 5 ) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230.
( 6 ) Nota li ma hijiex rilevanti għall-verżjoni Maltija.
( 7 ) Ara d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/278/KE, tas-16 ta’ Marzu 2000, dwar l-approvazzjoni, f’isem il-Komunità Ewropea, tat-Trattat WIPO dwar id-Dritt tal-Awtur u tat-Trattat WIPO dwar il-Prestazzjonijiet u l-Fonogrammi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 33, p 208).
( 8 ) Anness 1 C tal-Ftehim li introduċa d-WTO (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 21, p. 305)
( 9 ) Billi bbażajt ruħi fuq it-terminoloġija użata fit-TUE u t-TFUE, jiena nuża l-frażi “dritt tal-Unjoni” ugwalment sabiex nirreferi għad-dritt Komunitarju u għad-dritt tal-Unjoni. Iktar ’il quddiem f’dawn il-konklużjonijiet, jiena ser niċċita d-dispożizzjonijiet ta’ liġi primarja applikabbli ratione temporis.
( 10 ) Sentenza tas-6 ta’ Frar 2003 (C-245/00, Ġabra p. I-1251).
( 11 ) ĠU L 372, p. 12.
( 12 ) Konklużjonijiet tat-3 ta’ Frar 2011 (C-403/08 u C-429/08, kawża pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja).
( 13 ) Ara f’dan ir-rigward is-sentenzi tas-27 ta’ Marzu 1963, Da Costa en Schaake et (28/62 sa 30/62, Ġabra p. 59, punti 65 u 81); tal-1 ta’ Marzu 1973, Bollmann (62/72, Ġabra p. 269, punt 4); tal-10 ta’ Lulju 1997, Palmisani (C-261/95, Ġabra p. I-4025, punt 31); u tat-12 ta’ Frar 2008, Kempter (C-2/06, Ġabra p. I-411, punti 41 et seq).
( 14 ) Iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 4.
( 15 ) Sentenza SGAE, iċċitata iktar ’il fuq, punt 36.
( 16 ) Ibidem, punt 36.
( 17 ) Ibidem, punt 37. F’dan ir-rigward, hija qabel kollox invokat is-sentenza tat-2 ta’ Ġunju 2005, Mediakabel (C-89/04, Ġabra p. I-4891, punt 30), fejn, f’dak li jirrigwarda l-Artikolu 1(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE, tat-3 ta’ Ottubru 1989, dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir bit-televiżjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 224) hija interpretrat il-kunċett ta’ xandir tat-televiżjoni fis-sens li x-xandir ta’ programmi televiżivi mmirati lill-pubbliku għandhom bħala għan numru mhux determinat ta’ eventwali telespettaturi. Sussegwentement, hija invokat is-sentenza tal-14 ta’ Lulju 2005, Lagardère Active Broadcast (C-192/04, Ġabra p. I-7199, punt 31), fejn, fir-rigward tal-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/83/KEE, tas-27 ta’ Settembru 1993, dwar il-kordinazzjoni ta’ ċerti regoli dwar id-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati ma’ drittijiet tal-awtur applikabbli għal xandir bis-satellita u ritrasmissjoni bil-cable (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 134), hija interpretat il-kunċett ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku bis-satellita fis-sens li din għandha tindirizza numru mhux determinat ta’ telespettaturi possibbli.
( 18 ) Sentenza SGAE, punti 38 et seq.
( 19 ) Ibidem, punt 40.
( 20 ) Ibidem, punt 41.
( 21 ) Ibidem, punt 42.
( 22 ) Ibidem, punt 43.
( 23 ) Ibidem, punt 44.
( 24 ) Ibidem, punt 45 et seq.
( 25 ) Sentenzi tat-18 ta’ Jannar 2001, Stockholm Lindöpark (C-150/99, Ġabra p. I-493, punt 38), u tat-18 ta’ Ġunju 2009, Stadeco (C-566/07, Ġabra p. I-5295, punt 43).
( 26 ) Sentenza SGAE, iċċitata iktar ’il fuq, punt 31.
( 27 ) Sentenza SGAE (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 10, punt 34).
( 28 ) Ibidem, punti 34 sa 38.
( 29 ) Sentenzi tal-10 ta’ Settembru 1996, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja (C-61/94, Ġabra p. I-3989, punt 52); u SGAE (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 4, punt 35). Ara f’dan ir-rigward F. Rosenkranz, “Die völkerrechtliche Auslegung des EG-Sekundärrechts dargestellt am Beispiel des Urheberrechts”, Europäische Zeitschrift für Wirtschaftsrecht 2007, p. 238 et seq, b’mod partikolari p. 239 et seq.
( 30 ) Ara l-punt 81 ta’ dawn il-konklużjonijiet.
( 31 ) J. Reinbothe, S. Lewinski, The E.C. Directive on Rental and Lending Rights and on Piracy, Sweet & Maxwell 1993, p. 97.
( 32 ) L-Artikolu 12 tal-Konvenzjoni ta’ Ruma ma jipprovdix għal dritt bħal dan ħlief fil-każ ta’ trażmissjoni diretta. F’dan ir-rigward, il-partijiet kontraenti tad-WPPT marru lil hinn mill-Konvenzjoni ta’ Ruma.
( 33 ) Ara f’dan ir-rigward il-punt 67 tal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Sharpston, tat-13 ta’ Lulju 2006, fil-Kawża SGAE (sentenza ċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 4), kif ukoll il-punt 22 tal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali La Pergola, tad-9 ta’ Settembru 1999, fil-Kawża Egeda (sentenza tat-3 ta’ Frar 2000, C-293/98, Ġabra p. I-629).
( 34 ) F’dan is-sens ukoll, J. N. Ullrich, “Die ‘öffentliche Wiedergabe’ von Rundfunksendungen in Hotels nach dem Urteil ‘SGAE’ des EuGH (Rs. C-306/05)”, Zeitschrift für Urheber- und Medienrecht 2008, p. 112 et seq, b’mod partikolari p. 117 et seq.
( 35 ) Iċċitati iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 12.
( 36 ) Punti 127 sa 147 tal-konklużjonijiet.
( 37 ) Ara l-preżentazzjoni tas-sentenza fil-punti 65 sa 73 ta’ dawn il-konklużjonijiet..
( 38 ) Ara l-punt 50 tal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Sharpston fil-kawża SGAE (sentenza ċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 4).
( 39 ) Sentenza SGAE (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 4, punt 41).
( 40 ) Ara l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew konformement mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE dwar il-pożizzjoni komuni mwaqqfa mill-Kunsill fid-dawl tal-adozzjoni ta’ direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti tad-dritt ta’ awtur u tad-drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (SEC/2000/1734 finali).
( 41 ) M. Walter, S. Lewinsky, European Copyright Law, Oxford University Press 2010, p. 981.
( 42 ) Ara l-punti 65 sa 73 ta’ dawn il-konklużjonijiet.
( 43 ) Ara l-punti 106 sa 109 ta’ dawn il-konklużjonijiet.
( 44 ) Ara l-punti 144 u 146 tal-konklużjonijiet fil-Kawża Football Association Premier League et (iċċitati iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 12).
( 45 ) Jekk ikun mod ieħor, ma jistax ikun hemm komunikazzjoni lill-pubbliku meta jkun hemm apparat ta’ riċezzjoni, punt li, madankollu, jidher li l-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat f’din il-kawża.
( 46 ) Ara l-punt 104 ta’ dawn il-konklużjonijiet.
( 47 ) J. Reinbothe, “Die EG-Richtlinie zum Urheberrecht in der Informationsgesellschaft”, Gewerblicher Rechtsschutz und Urheberrecht Internationaler Teil 2001, p. 733 et seq, b’mod partikolari p. 736.
( 48 ) S. Lewinsky, International Copyright and Policy, Oxford University Press 2008, p. 481.
( 49 ) Ara f’dan is-sens M. Walter u S. Lewinsky (iċċitati iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 41), p. 990.
( 50 ) Ara f’dan is-sens M. Walter u S. Lewinsky (iċċitat iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 41), p. 990.
( 51 ) Sentenzi tat-30 ta’ Settembru 1987, Demirel (12/86, Ġabra p. 3719, punt 14), u tas-16 ta’ Ġunju 1998, Racke (C-162/96, Ġabra p. I-3655, punt 31).
( 52 ) Ara f’dan ir-rigward C. Correa, Trade related aspects of intellectual Property rights, Oxford University Press 2007, p. 156 u 162, kif ukoll J. Busche u P. Stoll, Trips — Internationales und europäisches Recht des geistigen Eigentums, Carl Heymanns Verlag, p. 268 u 272.
( 53 ) Sentenza tat-23 ta’ Novembru 1999, Il-Portugall vs Il-Kunsill (C-149/96, Ġabra p. I-8395, punt 47).
( 54 ) Ara S. Lewinski u M. Walter (iċċitati iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 41), p. 988.
( 55 ) Ara l-punt 50 tal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Sharpston fil-Kawża SGAE (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 4).