2.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-10 ta’ Mejju 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Isvezja

(Kawża C-479/10) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ambjent - Direttiva 1999/30/KE - Kontroll tat-tniġġis - Valuri ta’ limitu għall-konċentrazzjonijiet ta’ PM10 fl-arja ambjentali)

2011/C 194/10

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Alcover San Pedro u K. Simonsson, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: A. Falk u C. Meyer-Seitz, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Aritkolu 5(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/30/KE, tat-22 ta’ April 1999, dwar il-valuri ta’ limitu tad-dijossidu tal-kubrit, tad-dijossidu tan-nitroġenu u l-ossidi tan-nitroġenu, materji f’ partiċelli u ċomb fl-arja ambjentali.(ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 4, p. 164) — Eċċess tal-valuri ta’ limitu għall-partiċelli ta’ PM10 fl-arja ambjentali matul is-snin 2005, 2006 u 2007 fiż-żoni SW 2 u SW 4 u matul is-snin 2005 u 2006 fiż-żona SW 5

Dispożittiv

(1)

Billi eċċeda l-valuri ta’ limitu applikabbli għall-konċentrazzjonijiet ta’ PM10 fl-arja ambjentali matul is-snin 2005 sa 2007 fiż-żoni SW 2 u SW 4, u matul is-snin 2005 u 2006 fiż-żona SW 5, ir-Renju tal-Isvezja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/30/KE, tat-22 ta’ April 1999, dwar il-valuri ta’ limitu tad-dijossidu tal-kubrit, tad-dijossidu tan-nitroġenu u l-ossidi tan-nitroġenu, materji f’ partiċelli u ċomb fl-arja ambjentali.

(2)

Ir-Renju tal-Isvezja huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 328, 04.12.2010.