6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-16 ta’ Ġunju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Højesteret — id-Danimarka) — Unomedical A/S vs Skatteministeriet

(Kawża C-152/10) (1)

(Tariffa Doganali Komuni - Klassifikazzjoni tariffarja - Nomenklatura Magħquda - Boroż ta’ tbattil għad-dijalisi tal-plastik esklużivament maħsuba għall-apparat ta’ dijalisi (kliewi artifiċjali) - Boroż li titbattal fihom l-awrina esklużivament maħsuba għall-kateteri - Intestaturi 9018 u 3926 - Kunċetti ta’ ‘bċejjeċ’ u ta’ ‘aċċessorji’ - Oġġetti oħrajn tal-plastik)

(2011/C 232/13)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Højesteret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Unomedical A/S

Konvenut: Skatteministeriet

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Højesteret — Interpretazzjoni tal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382) — Boroż tal-plastik għad-dijalisi intiżi esklużivament għall-użu ta’ apparat ta’ dijalisi — Klassifikazzjoni fis-subintestatura 9018 90 30 jew 3926 90 99 — Boroż tal-plastik li jitbattal likwidu fihom intiżi esklużivament għall-kateters — Klassifikazzjoni fis-subintestatura 9018 39 00 jew 3926 90 99 — Kunċett ta’ “bċejjeċ u aċċessorji”

Dispożittiv

In-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, fil-verżjonijiet applikabbli għall-kawża prinċipali, għandha tiġi interpretata fis-sens li borża ta’ tbattil għad-dijalisi, immanifatturata mill-plastik, li hija ddisinjata speċifikament għal apparat ta’ dijalisi (kilwa artifiċjali) u tista’ tintuża biss b’dan il-mod, bejn ix-xahar ta’ Mejju tas-sena 2001 u dak ta’ Diċembru tas-sena 2003, għandha tiġi klassifikata taħt is-subintestatura 3926 90 99 ta’ din in-nomenklatura bħala “plastik u oġġetti tiegħu” u li borża li titbattal fiha l-awrina, immanifatturata mill-plastik, li hija ddisinjata speċifikament għal kateter u konsegwentement tista’ tintuża biss b’dan il-mod, għall-istess perijodu, għandha tiġi kklassifikata taħt is-subintestatura 3926 90 99 tal-imsemmija nomenklatura, fis-seħħ f’dak iż-żmien, bħala “plastik u oġġetti tiegħu”.


(1)  ĠU C 148, 05.06.2010.