2.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/9 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-17 ta’ Frar 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appel de Rouen — Franza) — Marc Berel et vs Administration des douanes de Rouen, Receveur principal des douanes du Havre, Administration des douanes du Havre
(Kawża C-78/10) (1)
(Kodiċi Doganali tal-Komunità - Artikoli 213, 233 u 239 - Obbligu ta’ responsabbiltà in solidum ta’ diversi debituri għall-istess dejn doganali - Remissjoni tad-dazji fuq l-importazzjoni - Estinzjoni tad-dejn doganali - Possibbiltà ta’ kodebitur in solidum li jinvoka r-remissjoni mogħtija lil kodebitur ieħor - Nuqqas)
2011/C 103/14
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour d’appel de Rouen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Marc Berel, bħala mandatarju tal-kumpannija Port Angot Développement, Emmanuel Hess, bħala amministratur ġudizzjarju tal-kumpannija Port Angot Développement, Rijn Schelde Mondia France SA, Receveur principal des douanes de Rouen Port, Administration des douanes — Havre Port, Société Port Angot Développement, aventi kawża ta’ Manutention de Produits Chimiques et Miniers Maprochim SAS, Asia Pulp Paper France EURL
Konvenut: Administration des douanes de Rouen, Receveur principal des douanes du Havre, Administration des douanes du Havre
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Cour d’appel de Rouen — Interpretazzjoni tal-Artikoli 213, 233 u 239 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307) — Remissjoni tad-dazji fuq l-importazzjoni — Invokabbiltà minn kodebitur responsabbli in solidum tal-obbligi doganali sabiex jibbenefika minn remissjoni tad-drittijiet fuq l-importazzjoni preċedentement mogħtija lil kodebitur ieħor
Dispożittiv
L-Artikoli 213, 233 u 239 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 82/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-19 ta’ Diċembru 1996, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-applikazzjoni, fil-kuntest ta’ obbligu ta’ responsabbilità in solidum fir-rigward ta’ dejn doganali fis-sens ta’ dan l-Artikolu 213 bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ta’ prinċipju tad-dritt nazzjonali li minnu jirriżulta li r-remissjoni parzjali tad-dazji mogħtija abbażi tal-imsemmi Artikolu 239 lil wieħed mill-kodebituri tista’ tiġi invokata mill-kodebituri l-oħra kollha, b’tali mod li l-estinzjoni tad-dejn prevista fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 233(b) tal-istess kodiċi tikkonċerna d-dejn fih innifsu u għaldaqstant teħles lill-kodebituri in solidum kollha mill-ħlas ta’ dan tal-aħħar sal-limitu tal-ammont li għalih ingħatat ir-remissjoni.