Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2009 – Noko Ngele vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑390/09 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”

Proċeduri għal miżuri provviżorji - Miżuri provviżorji - Rikors prinċipali miċħud minn qabel - Talba li ma għadx għandha skop - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni (Artikolu 279 TFUE) (ara l-punti 3, 4)

Suġġett

Talba sabiex jiġu ordnati miżuri provviżorji bil-għan li jiġi żgurat il-kumpens tad‑dannu allegatament imġarrab mir-rikorrenti minħabba l-aġir allegatament illegali ta’ membru tal-Kummissjoni u ta’ ċerti membri tal-persunal ta’ din l‑istituzzjoni.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal miżuri provviżorji.

2)

Ir-rikorrenti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.