29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/44


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ġunju 2009 — Wilo vs UASI (Forma ta’ kaxxa tal-krank [crankcase])

(Kawża T-253/09)

2009/C 205/80

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Wilo SE (Dortmund, il-Ġermanja) (rappreżentant: G. Braun, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni R 1184/2008-1 tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-30 ta’ Marzu 2009;

tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark tridimensjonali, li tirrappreżenta kaxxa tal-krank [crankcase] ta’ pompa tat-tisħin, għal prodotti fil-klassijiet 7 u 11 (Applikazzjoni Nru 5 805 692)

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li issa sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1)), peress li t-trade mark li għaliha saret applikazzjoni għandha l-karattru distintiv minimu mitlub.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 2009, L 78, p. 1)