18.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 90/30


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Frar 2009 – XXXLutz Marken vs UASI – Natura Selection (Linea Natura Natur hat immer Stil)

(Kawża T-54/09)

2009/C 90/48

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: XXXLutz Marken GmbH (Wels, l-Awstrija) (rappreżentant: H. Pannen, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Natura Selection SL (Barċellona, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-28 ta’ Novembru 2008 fil-Każ R 1787/2007-2;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “LineaNatura Natur hat immer Stil” għal prodotti fil-klassijiet 8, 14, 16, 20, 21, 24, 25 u 27 (Applikazzjoni Nru 4 626 693)

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Natura Selection S. L.

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark figurattiva “natura selection” (Trade mark Komunitarja Nru 2 016 384) għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 14, 16, 20, 25, 35, 38, 39 u 42 kif ukoll trade marks Komunitarji u Spanjoli oħra li jinkludu l-kelma “natura”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 14, 16, 20, 21, 24, 25, 27, 28, 35, 39 u 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1) sa fejn ma hemm ebda probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komuntarja (ĠU 1994, L 11, p. 1).