Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ Ottubru 2011 – PAKI Logistics vs UASI (PAKI)

(Kawża T-526/09)

“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali PAKI – Raġuni assoluta għal rifjut – Trade mark li tmur kontra l-ordni pubbliku jew il-moralità – Artikolu 7(1)(f) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade marks li jmorru kontra l-ordni pubbliku jew il-moralità (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(f)) (ara l-punti 33, 34, 37)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-23 ta’ Ottubru 2009 (Każ R 1805/2007‑1), dwar talba għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali PAKI bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

PAKI Logistics GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).

3)

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.